Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0428

2009/428/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Ġunju 2009 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4165) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 139, 5.6.2009, pp. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2013; Imħassar b' 32011L0065

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/428/oj

5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2009

li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4165)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/428/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju [perikolużi] fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/95/KE tesiġi li l-Kummissjoni tirrevedi l-eżenzjoni ta’ ċerti materjali u komponenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mill-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(2)

Il-valutazzjoni teknika u xjentifika meħtieġa twettqet, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jħarsu l-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2002/95/KE huma attwalment disponibbli u li l-eżenzjoni mogħtija f’dan ir-rigward għandha tiġi rriveduta.

(3)

Għalhekk id-Direttiva 2002/95/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti. Waqt il-konsultazzjoni ssemmiet il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produtturi jingħataw żmien suffiċjenti għall-kwalifika xierqa tar-rotaturi RIG Faraday bir-restrizzjoni taċ-ċomb kif stipulat bid-Direttiva 2002/95/KE. Għalhekk għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-impatti fuq is-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni jgħelbu l-benefiċċji tas-sostituzzjoni għall-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur, b’mod partikolari f’tagħmir rilevanti għas-sikurezza pereżempju s-sistemi ta’ komunikazzjoni.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(2)   ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE, il-punt 22 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“22.

Iċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jintużaw għal sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika sal-31 ta’ Diċembru 2009.”

Top