Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0087

    2009/87/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, l-Olanda u l-Portugall li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 414)

    ĠU L 33, 3.2.2009, p. 38–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/87(1)/oj

    3.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 33/38


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta’ Jannar 2009

    dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, l-Olanda u l-Portugall li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 414)

    (It-testi bl-Estonjan, l-Olandiż u l-Portugiż biss huma awtentiċi)

    (2009/87/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/396/KE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Finlandiża “MAVI”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP”, “INGA” u “IFAP”.

    (2)

    Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil-qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta’ ħlas Estonjana “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “INGA”.

    (3)

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja konċernata, jiġifieri l-2007, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

    (4)

    Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jħejju rapport dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabelli mudelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2008. Fuq il-bażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew minn tmien snin, rispettivament. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

    (5)

    Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jieħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jieħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u għalhekk għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

    (6)

    Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri konċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2008/396/KE.

    (7)

    Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B’dan huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Estonjana “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “INGA” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007.

    L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru konċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Renju tal-Olanda u lir-Repubblika Portugiża.

    Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Jannar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 33.

    (3)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 162.


    ANNESS

    APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

    SENA FINANZJARJA 2007

    AMMONT LI SE JKUN IRKUPRAT MILL-, JEW IMĦALLAS LILL-, ISTAT MEMBRU

    MS

     

    2007 - Infiq / Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom

    Total a + b

    Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1)

    Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005

    Total inkluż tnaqqis u sospensjonijiet

    Ħlasijiet lil Stat Membru għas-sena finanzjarja (2)

    Ammont li se jkun irkuprat mill- (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru

    Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru skont id-Deċiżjoni 2008/396/KE

    Ammont li se jkun irkuprat mill- (-) jew imħallas lill- (+) Istat Membru skont din id-Deċiżjoni (3)

    huma approvati

    mhumiex approvati

    = infiq / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

    = total tal-infiq / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

     

     

    a = xxxxx – A (col.i)

    b = xxxxx – A (col.h)

    ċ = a + b

    d = xxxxx – C1 (col. e)

    e = xxxxx – ART32

    f = ċ + d + e

    g

    h = f – g

    i

    j = h – i

    EE

    EEK

    48 756 155,26

    0,00

    48 756 155,26

    0,00

    0,00

    48 756 155,26

    43 218 699,70

    5 537 455,56

    0,00

    5 537 455,56

    EE

    EUR

    35 127 040,45

    0,00

    35 127 040,45

    0,00

    0,00

    35 127 040,45

    35 126 777,91

    262,54

    0,00

    262,54

    NL

    EUR

    1 013 075 985,35

    0,00

    1 013 075 985,35

    – 197 851,62

    –99 891,82

    1 012 778 241,91

    1 014 343 940,20

    –1 565 698,29

    0,00

    –1 565 698,29

    PT

    EUR

    528 151 439,51

    189 388 757,34

    717 540 196,85

    –35 399,52

    0,00

    717 504 797,33

    717 209 444,82

    295 352,51

    0,00

    295 352,51


    MS

     

    nfiq (4)

    Dħul assenjat (4)

    Fond taz-zokkor

    L-Artikolu 32 (= e)

    Total (= j)

    Infiq (5)

    Dħul assenjat (5)

    05 07 01 06

    6701

    05 02 16 02

    6803

    6702

    k

    l

    m

    n

    o

    p = k + l + m + n + o

    EE

    EEK

    5 537 455,56

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    5 537 455,56

    EE

    EUR

    262,54

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    262,54

    NL

    EUR

    163 611,00

    –1 629 417,47

    0,00

    0,00

    –99 891,82

    –1 565 698,29

    PT

    EUR

    295 352,51

    0,00

    0,00

    0,00

    0,00

    295 352,51


    (1)  Rigward NL, tnaqqis magħmul għal “tnaqqis ieħor” (–1 338,54 EUR) diġà kien rreġistrat mill-Istat Membru fil-kontijiet. It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħhom jiżdiedu partikolarment il-korrezzjonijiet għal meta ma ġewx irrispettati d-dati ta' skadenza tal-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2007.

    (2)  Il-ħlasijiet li saru f'EUR huma maqsuma skont il-munita tad-dikjarazzjonijiet. Fil-każ tal-EE l-infiq totali nqasam f'partijiet bl-EUR u bil-munita nazzjonali (l-Art. 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006).

    (3)  Għall-kalkolu tal-ammont li se jkun irkuprat mill-, jew imħallas lill-Istat Membru, l-ammont li tqis huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (il-kolonna a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-infiq mhux approvat (il-kolonna b). Ir-rata tal-kambju applikabbli: L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

    (4)  Jekk il-parti tad-dħul assenjat għandha tkun vantaġġuża għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 07 01 06.

    (5)  Jekk il-parti tad-dħul assenjat tal-Fond taz-Zokkor għandha tkun vantaġġuża għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 02 16 02.

    Note:Nomenklatura 2009 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.


    Top