EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0749

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/2008 tat- 30 ta’ Lulju 2008 li jemenda diversi regolamenti li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella

ĠU L 202, 31.7.2008, p. 37–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/749/oj

31.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 202/37

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 749/2008

tat-30 ta’ Lulju 2008

li jemenda diversi regolamenti li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti permezz ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2) jipprovdi ċerti regoli rigward in-notifiki ta’ l-Istati Membri lill-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet jew derogi addizzjonali li jistgħu jiġu stabbiliti mir-regolamenti settorjali. Huwa xieraq li jkunu pprovduti, fir-Regolamenti tal-Kummissjoni speċifiċi għal ċerti kwoti fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella, aktar regoli dettaljati dwar in-notifiki li jikkonċernaw il-liċenzji ta’ importazzjoni f’dak is-settur. B’mod partikolari, sabiex ikunu ċċarati l-obbligi relatati mad-data ta’ l-għeluq għan-notifiki relatati mal-kwantitajiet koperti mil-liċenzji ta’ importazzjoni, tali obbligi għandhom ikunu stabbiliti għal kull kwota tariffarja għall-importazzjoni kkonċernata u għalhekk fuq dak il-punt jeħtieġ li ssir deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom ikunu emendati skond dan:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 tas-17 ta’ Frar 2003 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja għaċ-ċanga u għall-vitella li joriġinaw fiċ-Ċilì (3);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/2004 tat-8 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għal kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa mingħajr għadam li toriġina fl-Iżvizzera (4);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 Kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (5);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 529/2007 tal-11 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (mill-1 ta’ Lulju 2007 sat- 30 ta’ Ġunju 2008) (6);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2007 tas-16 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008) (7);

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ l-annimali bovini maskili ta’ età żgħira għat-tismin (8); u

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez ta’ l-Alpi u tal-muntanji (9).

(2)

Il-kwota tariffarja għall-importazzjoni mifutħa mir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 tiġi ġestita fuq il-bażi tad-dokumenti maħruġa mill-pajjiż terz ikkonċernat. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottobru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti, li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi IV, V u VI għal dan ir-Regolament u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*).

(*)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.”"

(2)

Għandhom jiġu miżjuda l-Annessi l-ġodda IV, V u VI, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (**), il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (***) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (****), ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

(**)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3."

(***)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13."

(****)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.”"

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni;

(b)

mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   In-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru kif ġie indikat fl-Annessi IV, V u VI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji tal-prodotti kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.”

(3)

Għandhom jiġu miżjuda l-Annessi l-ġodda IV, V u VI, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Fir-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni;

(b)

mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Jannar 2009.

3.   Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija kif indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*****).

Artikolu 4

Fir-Regolament (KE) Nru 529/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fix-xahar preċedenti;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mit-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

3.   Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’piż tal-prodotti f’kilogrammi u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (******).

Artikolu 5

Fir-Regolament (KE) Nru 545/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

“Artikolu 11a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fix-xahar preċedenti;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

3.   Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi f’piż tal-prodotti f’kilogrammi għal kull numru ta’ l-ordni u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*******).

Artikolu 6

Fir-Regolament (KE) Nru 558/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni;

(b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.

3.   Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (********).

Artikolu 7

Fir-Regolament (KE) Nru 659/2007, għandu jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

b)

mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet tal-prodotti li effettivament ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni.

Madankollu, skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, mill-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jibda fl-1 ta’ Lulju 2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa mill-1 ta’ Lulju 2009.

3.   Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 (*********).

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (GU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 127).

(3)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 332/2008 (ĠU L 102, 12.4.2008, p. 17).

(4)  ĠU L 362, 9.12.2004, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 47, 16.2.2006, p. 21).

(5)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 395).

(6)  ĠU L 123, 12.5.2007, p. 26.

(7)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5).

(8)  ĠU L 132, 24.5.2007, p. 21.

(9)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.

ANNESS I

ANNESS IV

In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni

Minn: … lil: …

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (1)

Il-kwantità

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4181

ANNESS V

In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni

Minn: … lil: …

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (2)

Il-kwantità li ma ntużatx

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4181

ANNESS VI

In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 297/2003

Il-kwantitajiet tal-prodotti imqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … lil: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (3)

Il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4181

(1)  Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

(2)  Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

(3)  Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

ANNESS II

ANNESS IV

In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (maħruġa) – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom inħarġu liċenzji ta’ importazzjoni

Minn: … sa: …

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (1)

Il-kwantità

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4202

ANNESS V

In-notifika tal-liċenzji ta’ importazzjoni (il-kwantitajiet li ma ntużawx) – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ma ntużawx il-liċenzji ta’ importazzjoni

Minn: … sa: …

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (2)

Il-kwantità li ma ntużatx

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4202

ANNESS VI

In-notifika tal-kwantitajiet tal-prodotti mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa – Ir-Regolament (KE) Nru 2092/2004

L-Istat Membru: …

L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 2092/2004

Il-kwantitajiet ta’ prodotti mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni).

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodott (3)

Il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa

(piż tal-prodott f’kilogrammi)

09.4202

(1)  Il-kategorja jew il-kategoriji tal-prodott kif ġie indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008

Top