This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0726
Commission Regulation (EC) No 726/2008 of 25 July 2008 on the issue of licences for importing rice under the tariff quotas opened for the July 2008 subperiod by Regulation (EC) No 327/98
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 726/2008 tal- 25 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju ta’ l-2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 726/2008 tal- 25 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju ta’ l-2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98
ĠU L 198, 26.7.2008, p. 34–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 726/2008
tal-25 ta’ Lulju 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għall-perjodu sekondarju ta' Lulju ta’ l-2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni, (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' l-10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 stabbilixxa u ffissa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skond il-pajjiż ta' l-oriġini u f'diversi subperjodi skond l-Anness IX tar-Regolament imsemmi u għar-Regolament tal-Kumissjoni (KE) (ir-Regolament (KE) Nru 60/2008 (4) li jiftaħ perjodu sekondarju speċifiku fi Frar 2008, għall-kwota tariffarja għall-importazzjoni tar-ross mitħun u nofs mitħun li joriġina mill-Istati Uniti ta' l-Amerika). |
(2) |
Il-perjodu sekondarju tax-xahar ta’ Lulju huwa t-tieni perjodu sekondarju għall-kwoti tar-ross previsti bil-punti b), c) u d) ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, u t-tielet perjodu sekondarju għall-kwoti tar-ross li joriġina mit-Tajlandja, mill-Awstralja u oriġini oħra minbarra t-Tajlandja, l-Awstralja u l-Istati Uniti previsti fil-punt a) tal-paragrafu msemmi u r-raba perjodu sekondarju għall-kwota tar-ross li joriġina fl-Istati Unit kif jissemma fil-punt a) tal-paragrafu msemmi. |
(3) |
Min-notifika magħmula skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4154 – 09.4166, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju ta' l-2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwoti kkonċernati. |
(4) |
Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4149, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Lulju ta' l-2008, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, huma inqas minn il-kwantitajiet disponibbli. |
(5) |
Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet totali disponibbli għall-perjodu sekondarju li jsegwi u li għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127, 09.4128, 09.4129, 09.4130, 09.4148, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119 u 09.4166, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numri tas-serje 09.4154 – 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Lulju ta' l-2008, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skond il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbilit/i fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4148 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, kif imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98 għall-perjodu sekondarju li jmiss huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 se jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta' Settembru 2008.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(3) ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1538/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 49).
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għall-perjodu sekondarju tax-xahar ta' Lulju ta' l-2008 u l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu sekondarju ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98
a) Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju ta' l-2008 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru ta' l-2008 (f'kg) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4127 |
— (2) |
2 158 640 |
It-Tajlandja |
09.4128 |
— (2) |
6 119 |
L-Awstralja |
09.4129 |
— (2) |
448 500 |
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4130 |
— (3) |
0 |
b) Kwota ta' ross imqaxxar kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 , provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju ta' l-2008 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru ta' l-2008 (f'kg) |
Il-pajjiżi kollha |
09.4148 |
— (3) |
0 |
ċ) Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , provduta bl-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju ta' l-2008 |
It-Tajlandja |
09.4149 |
— (2) |
L-Awstralja |
09.4150 |
— (1) |
Il-Gujana |
09.4152 |
— (1) |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4153 |
— (1) |
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4154 |
1,754388 % |
d) Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:
Oriġini |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Lulju ta' l-2008 |
Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru ta' l-2008 (f'kg) |
It-Tajlandja |
09.4112 |
— (3) |
22 509 |
L-Istati Uniti ta' l-Amerika |
09.4116 |
— (3) |
1 880 |
L-Indja |
09.4117 |
— (3) |
107 912 |
Il-Pakistan |
09.4118 |
— (3) |
0 |
Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor |
09.4119 |
— (3) |
105 802 |
Il-pajjiżi kollha |
09.4166 |
1,170606 % |
0 |
(1) L-ebda applikazzjoni għal koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan il-perjodu sekondarju: l-ebda applikazzjonijiet ta' liċenzji ma ġew notifikati lill-Kummissjoni.
(2) l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: ghaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma accettabbli.
(3) aktar kwantità disponibbli għal dan il-perjodu sekondarju.