Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0181

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2008 tat- 28 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kodifikata) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 56, 29.2.2008, p. 8–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/181/oj

    29.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 56/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 181/2008

    tat-28 ta’ Frar 2008

    li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (Verżjoni kodifikata)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad-29 ta’ Marzu 1999 dwar il-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja biex tippromwovi t-trasport fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999 tas-16 ta’ April 1999 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2)

    Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arrranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja kif definita fir-Regolament fuq imsemmi.

    (3)

    Huwa xieraq li jinżammu r-rati kontributorji speċjali u t-tunellaġġi ekwivalenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 (4), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1102/89 (5) billi dawn urew li huma effettivi.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat appoġġ finanzjarju reċiproku bejn il-fondi tal-passaġġi fuq l-ilma interni, huwa konsiljabbli għall-Kummissjoni, bil-għajnuna tad-diversi awtoritajiet tal-fondi, fil-bidu ta’ kull sena, li jdaħħlu fil-kontijiet ir-riżorsi disponibbli fil-fond tar-riserva u jibbilanċjaw il-kontijiet fil-każ ta’ miżuri ta’ titjib.

    (5)

    L-Istati Membri konċernati u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw it-trasportaturi tal-passaġġi fuq l-ilma interni fuq livell Komunitarju ġew konsultati dwar il-miżuri stabbiliti minn dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Skop

    Dan ir-Regolament jiffissa r-rata tal-kontribuzzjonijiet reċiproċi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999, il-proporzjonijiet għar-regola “qadim għall-ġdid”, u l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja.

    Artikolu 2

    Kontribuzzjonijiet speċjali

    1.   Il-kontribuzzjonijiet speċjali għad-diversi tipi u kategoriji ta’ bastimenti għandhom ikunu bejn is-70 % u l-115 % tar-rati li ġejjin:

    (a)

    Il-bastimenti li jġorru merkanzija xotta:

    (i)

    il-barkuni li jmexxu lilhom infushom: EUR 120 kull tunellata metrika;

    (ii)

    il-barkuni li jiġu mbuttati: EUR 60 kull tunellata metrika;

    (iii)

    iċ-ċattri EUR 43 kull tunellata metrika;

    (b)

    it-tankers:

    (i)

    il-barkuni li jmexxu lilhom infushom: EUR 216 kull tunellata metrika;

    (ii)

    il-barkuni li jiġu mbuttati: EUR 108 kull tunellata metrika;

    (iii)

    iċ-ċattri EUR 39 kull tunellata metrika;

    (ċ)

    il-laneċ ta’ rmonk: EUR 180/kW b'żjieda lineari ta’ EUR 240/kW fejn is-saħħa tal-mutur tkun ugwali jew aktar minn 1 000 kW.

    2.   Fil-każ ta’ bastimenti b'kapaċità piż mejjet ta’ anqas minn 450 tunellata metrika, ir-rati massimi għall-kontribuzzjonijiet speċjali stabbiliti fil-paragrafu 1 jitnaqqsu bi 30 %.

    Fil-każ ta’ bastimenti tal-kapaċità piż mejjet bejn l-450 u s-650 tunellata metrika, ir-rati massimi għall-kontribuzzjonijiet speċjali għandhom jitnaqqsu b'0,15 % għal kull tunellata metrika li bihom il-kapaċità tal-volum tal-bastiment tkun anqas minn 650 tunellata metrika.

    Fil-każ ta’ bastimenti b'kapaċità piż mejjet ta’ bejn is-650 u l-1 650 tunellata metrika, ir-rati massimi għall-kontribuzzjonijiet speċjali għandhom jindikaw żieda lineari minn 100 % sa 115 %. Fil-każ ta’ bastimenti b'kapaċità piż mejjet ta’ aktar minn 1 650 tunellata metrika, ir-rati massimi għall-kontribuzzjonijiet speċjali għandhom jibqgħu ta’ 115 %.

    Artikolu 3

    Tunnellaġġ ekwivalenti

    1.   Meta sid ta’ bastiment idaħħal għas-servizz wieħed mill-bastimenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 718/99 u jippreżenta għar-rimi bastiment jew bastimenti ta’ tip ieħor, it-tunellaġġ ekwivalenti li jitiqies għandu jiġi stabbilit, f'kull waħda miż-żewġ kategoriji indikati hawn taħt, skond il-koeffiċjenti ta’ l-aġġustament li ġejjin:

    (a)

    Bastimenti li jġorru merkanzija xotta:

    (i)

    barkuni li jmexxu lilhom infushom ta’ aktar minn 650 tunellata metrika: 1,00,

    (ii)

    barkuni li jiġu mbuttati ta’ aktar minn 650 tunellata metrika: 0,50,

    (iii)

    ċattri ta’ aktar minn 650 tunellata metrika: 0,36.

    (b)

    Tankers:

    (i)

    barkuni li jmexxu lilhom infushom ta’ aktar minn 650 tunellata metrika: 1,00,

    (ii)

    barkuni li jiġu mbuttati ta’ iktar minn 650 tunellata metrika: 0,50,

    (iii)

    ċattri ta’ aktar minn 650 tunellata metrika: 0,18.

    2.   Fil-każ ta’ bastimenti b'kapaċità piż mejjet ta’ anqas minn 450 tunellata metrika, il-koeffiċjenti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitnaqqsu bi 30 %. Fil-każ ta’ bastimenti tal-kapaċitcà piż mejjet ta’ bejn is-650 u l-450 tunellata metrika, dawn il-koeffiċjenti għandhom jitnaqqsu b'0,15 % għal kull tunellata metrika li bihom il-kapaċità ta’ volum tal-bastiment tkun anqas minn 650 tunellata metrika. Fil-każ ta’ bastimenti b'kapaċità piż mejjet ta’ bejn 650 u 1-1 650 tunellata metrika, il-koeffiċjenti għandhom jindikaw żieda lineari minn 100 % għal 115 %.

    Artikolu 4

    Proporzjonijiet ta’ “Qadim għall-Ġdid”

    Id-dħul fis-servizz ta’ bastimenti għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999.

    (1)

    Fil-każ ta’ trasportaturi ta’ merkanzija xotta, il-proporzjon (bejn it-tunellaġġ il-qadim u t-tunellaġġ il-ġdid) għandu jkun ta’ 0:1.

    (2)

    Fil-każ ta’ tankers, il-proporzjon għandu jkun ta’ 0:1.

    (3)

    Fil-każ ta’ laneċ ta’ rmonk, il-proporzjon għandu jkun ta’ 0:1.

    Artikolu 5

    L-Appoġġ Finanzjarju Reċiproku

    1.   Bil-għan li jiddaħħlu fil-kontijiet ir-riżorsi disponibbli fil-fondi tar-riserva jew biex jiġu operati l-arranġamenti ta’ appoġġ reċiproku finanzjarju bejn il-kontijiet u d-diversi fondi msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999, kull fond għandu jikkomunika din l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni fil-bidu ta’ kull sena.

    (a)

    id-dħul tal-fond fis-sena ta’ qabel, safejn dawn il-flus irċevuti jkunu intiżi għall-ħlas ta’ premiums għar-rimi jew għal miżuri msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 (Rdn);

    (b)

    l-obbligi finanzjarji li jkun daħal għalihom il-fond matul is-sena ta’ qabel dwar il-premiums tar-rimi jew il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 (Pn);

    (ċ)

    iż-żejjed tal-fond fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel derivat minn flus riċevuti li jkunu intiżi għall-ħlas ta’ premiums għar-rimi jew għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999) (Sn).

    2.   Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ l-awtoritajiet tal-fond, għandha tiffissa, bis-saħħa ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

    (a)

    l-obbligi finanzjarji li jkun daħal għalihom il-fond matul is-sena ta’ qabel dwar il-premiums ta’ l-iskrappjar jew il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 (Pt);

    (b)

    it-total tal-flus riċevuti mill-fondi kollha matul is-sena ta’ qabel (Rdt);

    (ċ)

    it-total ta’ l-eċċess tal-fondi kollha fl-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel (St);

    (d)

    l-obbligi finanzjarji annwali aġġustati ta’ kull fond (Pnn), kalkulati kif ġej:

    Pnn = ((Pt)/(Rdt + St)) × (Rdn + Sn)

    (e)

    għal kull fond, id-differenza bejn l-obbligi finanzjarji annwali (Pn) u l-obbligi annwali finanzjarji aġġustati (Pnn);

    (f)

    l-ammonti li kull fond, li l-obbligi annwali tiegħu jkunu anqas mill-obbligi finanzjarji annwali aġġustati (Pn < Pnn) jittrasferixxi lil fond b'obbligi finanzjarji annwali akbar mill-obbligi annwali aġġustati (Pn > Pnn).

    3.   Kull wieħed mill-fondi involuti għandu jittrasferixxi l-ammonti msemmija tal-paragrafu 2 punt (f) lill-fondi l-oħra sal-1 ta’ Marzu tas-sena kurrenti.

    Artikolu 6

    Konsultazzjoni

    Dwar il-materji kollha li għandhom x'jaqsmu mal-politika tal-kapaċità tal-flotta Komunitarja kif ukoll ma’ l-emendi għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni ta’ grupp magħmul minn esperti mill-organizzazzjonjiet professjonali li jirrappreżentaw it-trasportaturi tal-passaġġi ta’ l-ilma interni fuq livell Komunitarju u l-Istati Membri konċernati. Dan il-grupp għandu jkun magħruf bħala “Il-Grupp ta’ l-Esperti dwar il-Politika għall-Kapaċità u l-Promozzjoni tal-Flotot Komunitarji”.

    Artikolu 7

    Dispożizzjonijiet finali

    Ir-Regolament (KE) Nru 805/1999 hu mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 8

    Dħul fis-Seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 28 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 90, 2.4.1999, p. 1.

    (2)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 64. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2003 (ĠU L 62, 6.3.2003, p. 18).

    (3)  Ara l-Anness I.

    (4)  ĠU L 116, 28.4.1989, p. 25. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 742/98 (ĠU L 103, 3.4.1998, p. 3).

    (5)  ĠU L 116, 28.4.1989, p. 30. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 812/1999 (ĠU L 103, 20.4.1999, p. 5).


    ANNESS I

    Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999

    (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 64)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1532/2000

    (ĠU L 175, 14.7.2000, p. 74)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 997/2001

    (ĠU L 139, 23.5.2001, p. 11)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2002

    (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 11)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2003

    (ĠU L 62, 6.3.2003, p. 18)


    ANNESS II

    Tabella ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 805/1999

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1) sentenza ta’ introduzzjoni

    Artikolu 2(1) sentenza ta’ introduzzjoni

    Artikolu 2(1) l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(1)(a)

    Artikolu 2(1) l-ewwel inċiż, l-ewwel subinċiż

    Artikolu 2(1)(a)(i)

    Artikolu 2(1) l-ewwel inċiż, it-tieni subinċiż

    Artikolu 2(1)(a)(ii)

    Artikolu 2(1) l-ewwel inċiż, it-tielet subinċiż

    Artikolu 2(1)(a)(iii)

    Artikolu 2(1) it-tieni inċiż

    Artikolu 2(1)(b)

    Artikolu 2(1) it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż

    Artikolu 2(1)(b)(i)

    Artikolu 2(1) it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż

    Artikolu 2(1)(b)(ii)

    Artikolu 2(1) it-tieni inċiż, it-tielet subinċiż

    Artikolu 2(1)(b)(iii)

    Artikolu 2(1) it-tielet inċiż

    Artikolu 2(1)(ċ)

    Artikolu 2(2) l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(2) l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 2(2) it-tieni inċiż

    Artikolu 2(2) it-tieni subparagrafu

    Artikolu 2(2) it-tielet inċiż

    Artikolu 2(2) it-tielet subparagrafu

    Artikolu 2(3)

    Artikolu 3(1) sentenza ta’ introduzzjoni

    Artikolu 3(1) sentenza ta’ introduzzjoni

    Artikolu 3(1) l-ewwel inċiż

    Artikolu 3(1)(a)

    Artikolu 3(1) l-ewwel inċiż, l-ewwel subinċiż

    Artikolu 3(1)(a)(i)

    Artikolu 3(1) l-ewwel inċiż, it-tieni subinċiż

    Artikolu 3(1)(a)(ii)

    Artikolu 3(1) l-ewwel inċiż, it-tielet subinċiż

    Artikolu 3(1)(a)(iii)

    Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

    Artikolu 3(1)(b)

    Artikolu 3(1) it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż

    Artikolu 3(1)(b)(i)

    Artikolu 3(1) it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż

    Artikolu 3(1)(b)(ii)

    Artikolu 3(1) it-tieni inċiż, it-tielet subinċiż

    Artikolu 3(1)(b)(iii)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5(1) sentenza ta’ introduzzjoni

    Artikolu 5(1) sentenza ta’ introduzzjoni

    Artikolu 5(1) l-ewwel inċiż

    Artikolu 5(1)(a)

    Artikolu 5(1) it-tieni inċiż

    Artikolu 5(1)(b)

    Artikolu 5(1) it-tielet inċiż

    Artikolu 5(1)(ċ)

    Artikolu 5(2) l-ewwel inċiż

    Artikolu 5(2)(a)

    Artikolu 5(2) it-tieni inċiż

    Artikolu 5(2)(b)

    Artikolu 5(2) it-tielet inċiż

    Artikolu 5(2)(ċ)

    Artikolu 5(2) ir-raba’ inċiż

    Artikolu 5(2)(d)

    Artikolu 5(2) il-ħames inċiż

    Artikolu 5(2)(e)

    Artikolu 5(2) is-sitt inċiż

    Artikolu 5(2)(f)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 6

    Artikolu 6

    Artikolu 7

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Anness I

    Anness II


    Top