EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0072R(02)

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 li jistabbilixxi l- Impriża Konġunta ENIAC ( ĠU L 30, 4.2.2008 )

ĠU L 219, 14.8.2008, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/72/corrigendum/2008-08-14/oj

14.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 219/72


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 li jistabbilixxi l-“Impriża Konġunta ENIAC”

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 30, ta' l-4 ta' Frar 2008 )

Fit-titolu tar-Regolament kemm fil-qoxra kif ukoll fil-paġna 21:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2007 ta' l-20 ta' Diċembru 2007”;

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 ta' l-20 ta' Diċembru 2007”.

F'paġna 35, fl-Anness – Statuti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, l-Artikolu 19(3):

minflok:

“3.   Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implimentati permezz ta' sejħiet għal proposti. (…)”;

aqra:

“3.   Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Konġunta ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implimentati permezz ta' sejħiet għall-offerti. (…)”.

F'paġna 37, fl-Anness – Statuti ta' l-Impriża Konġunta ENIAC, l-Artikolu 23 (3.4.2):

minflok:

“3.4.2

Suġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi proġett ikun meħtieġ jittrasferixxi l-obbligi tiegħu sabiex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti pre-avviż ta' mill-inqas 45 jum lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment previst, (…)”;

aqra:

“3.4.2

Suġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi proġett ikun meħtieġ jittrasferixxi l-obbligi tiegħu sabiex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti pre-avviż ta' mill-inqas 45 jum lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment previst (1), (…)



Top