EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0006R(03)

Rettifika tad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008)

ĠU L 225, 28.8.2015, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/6/corrigendum/2015-08-28/oj

28.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/49


Rettifika tad-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 52 tas-27 ta' Frar 2008 )

F'paġna 13, l-Artikolu 1(8), l-Artikolu 7(2) il-ġdid:

minflok:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jiżguraw il-forniment ta' servizzi universali billi jakkwistaw dawn is-servizzi skond ir-regoli u r-regolamenti applikabbli dwar l-akkwist pubbliku, inkluż, kif previst mid-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkordina l-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku ta' entitajiet li joperaw fis-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (*), il-proċeduri kompetittivi ta' djalogu jew dawk innegozjati bil-pubblikazzjoni ta' notifika ta' kuntratt jew mingħajrha.

(…)

aqra:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jiżguraw il-forniment ta' servizzi universali billi jakkwistaw dawn is-servizzi skond ir-regoli u r-regolamenti applikabbli dwar l-akkwist pubbliku, inkluż, kif previst mid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (**), il-proċeduri kompetittivi ta' djalogu jew dawk innegozjati bil-pubblikazzjoni ta' notifika ta' kuntratt jew mingħajrha.

(…)



Top