This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0987
2008/987/EC: Commission Decision of 16 December 2008 on the allocation to Latvia of additional fishing days in the Baltic Sea within subdivisions 25 and 26 (notified under document number C(2008) 8217)
2008/987/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar l-allokazzjoni lil-Latvja ta’ jiem ta’ sajd addizzjonali fil-Baħar Baltiku fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8217)
2008/987/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar l-allokazzjoni lil-Latvja ta’ jiem ta’ sajd addizzjonali fil-Baħar Baltiku fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8217)
ĠU L 352, 31.12.2008, pp. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 352/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta' Diċembru 2008
dwar l-allokazzjoni lil-Latvja ta’ jiem ta’ sajd addizzjonali fil-Baħar Baltiku fis-subdiviżjonijiet 25 u 26
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8217)
(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)
(2008/987/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1404/2007 tat-26 ta' Novembru 2007 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008 (1), u b’mod partikolari l-punt 1.3 tal-Anness II tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-punt 1.1 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007 jispeċifika l-għadd ta’ jiem li fihom bastiment li jistad bix-xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’għeżula, għeżula tat-tħabbil jew pariti b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, konzijiet minbarra xolfa mitluqa mal-kurrent, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix jista’ jkun nieqes mill-port fis-subdiviżjonijiet 25-27 u 28.2 bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta l-Artikolu 8(1)(b) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (2). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 169/2008 (3), is-subdiviżjonijiet 27 u 28.2 ta’ l-ICES huma esklużi mill-ambitu ta’ ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd u minn ċerti obbligi tar-reġistrazzjoni għall-2008, b’segwitu għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007. |
|
(3) |
Il-punt 1.3 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007 jippermetti lill-Kummissjoni biex talloka sa 4 jiem addizzjonali tas-sajd nieqsa mill-port fuq il-bażi tal-waqfiet permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li seħħew mill-1 ta' Jannar 2005. |
|
(4) |
F’Jannar 2008, il-Latvja ressqet talba f’konformità mal-Punt 1.4 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007, li fiha, b’mod partikolari, lista ta’ bastimenti Latvjanti li jistadu bl-irkapti msemmija hawn fuq u li waqfu l-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2005. Il-Latvja ressqet informazzjoni supplimentari fl-4 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju 2008. |
|
(5) |
Skond id-database Komunitarja għat-TAC u l-Kwoti, il-Latvja skambjat 661 tunnellata mis-694 tunnellata tal-kwota tal-merluzz tagħha fis-subdiviżjoni 22-24. Il-jiem nieqsa mill-port diġà stabbiliti għal-Latvja għas-sajd fis-subdiviżjoni 22-24 huma biżżejjed għall-opportunitajiet tas-sajd li għad fadlilha, u ma hemm l-ebda ħtieġa biex jiġu allokati jiem addizzjonali għal din iż-żona. |
|
(6) |
Fid-dawl tad-dejta mressqa, jistgħu jiġu allokati lil-Latvja 4 ijiem addizzjonali flimkien mal-178 jum fuq il-baħar diġà permessi għall-bastimenti li jistadu bl-irkaptu msemmi hawn fuq, biex din tużahom fl-2008 fis-subdiviżjonijiet tal-ICES 25 u 26. |
|
(7) |
Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għadd massimu ta’ jiem, kif stabbilit fil-punt 1.1 (b) tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1404/2007, li fih bastiment tas-sajd Latvjan jista’ jkun nieqes mill-port, kull sena, fis-subdiviżjonijiet 25 u 26 tal-Baħar Baltiku għandu jiżdied b’4 ijiem addizzjonali. Il-bastimenti tas-sajd li jistadu bix-xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew b’irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, b’għeżula, għeżula tat-tħabbil jew pariti b’malji ta’ 90 mm jew aktar, b’konzijiet tal-qiegħ, minbarra xolfa mitluqa mal-kurrent, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 1.