Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0973

    2008/973/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8135) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 345, 23.12.2008, p. 90–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/973/oj

    23.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 345/90


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-15 ta' Diċembru 2008

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8135)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/973/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żrigħ (1), u l-aktar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/56/KE tipprevedi li, b’effett minn ċerti dati, l-Istati Membri jistgħu ma jibqgħux jiddeterminaw għalihom infushom l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi mal-patata taż-żrigħ li tkun ġejja mill-Komunità u li tkun tikkonforma ma’ dik id-Direttiva.

    (2)

    Madankollu, billi għadha ma tlestietx il-ħidma għat-twaqqif ta’ ekwivalenza Komunitarja għall-patata taż-żrigħ mill-pajjiżi terzi kollha kkonċernati, id-Direttiva 2002/56/KE ppermettiet li l-Istati Membri jestendu sal-31 ta’ Marzu 2008 l-validità tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li kienu diġà ħadu għall-patata taż-żrigħ minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn ekwivalenza Komunitarja. Din id-data ntgħażlet b’referenza għat-tmiem tal-perjodu fejn il-patata taż-żrigħ titqiegħed fis-suq.

    (3)

    Peress li dan ix-xogħol għadu ma tlestiex u sal-aħħar tal-2008 se jibda staġun tas-suq ġdid, huwa neċessarju li tkun estiża l-validità tad-deċożjonijiet ta’ ekwivalenza tal-Istati Membri.

    (4)

    Id-Direttiva 2002/56/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2002/56/KE, “il-31 ta’ Marzu 2008” tinbidel għal “il-31 ta’ Marzu 2011”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.


    Top