Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0826

    2008/826/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ottubru 2008 li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach , Juniperus L . u Pinus L ., li joriġinaw fil-Ġappun (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6269)

    ĠU L 290, 31.10.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/826/oj

    31.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 290/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Ottubru 2008

    li testendi l-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni 2002/887/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6269)

    (2008/826/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/887/KE tat-8 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward pjanti li huma mċekkna naturalment jew artifiċjalment ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun (2) tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprevedu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-pjanti ta’ Chamaecyparis Spach, Juniperus L. u Pinus L., li joriġinaw fil-Ġappun, għal perjodi limitati u soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

    (2)

    Minħabba li ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni għadhom japplikaw u m’hemm ebda tagħrif ġdid li jagħti lok għal reviżjoni tal-kondizzjonijet speċifiċi, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża.

    (3)

    Ir-Renju Unit talab estensjoni ta’ din id-deroga.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2002/887/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2002/887/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-ewwel paragrafu u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, “l-1 ta’ Awwissu 2007 u l-1 ta’ Awwissu 2008” jsiru “l-1 ta’ Awwissu 2009 u l-1 ta’ Awwissu 2010”;

    (2)

    It-tabella fl-Artikolu 4 tinbidel bit-tabella li ġejja:

    Pjanti

    Perjodu

    Chamaecyparis:

    1.11.2008 sal-31.12.2010

    Juniperus:

    1.11.2008 sal-31.3.2009, u 1.11.2009 sal-31.3.2010

    Pinus:

    1.11.2008 sal-31.12.2010

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Novembru 2008.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

    (2)  ĠU L 309, 12.11.2002, p. 8.


    Top