This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0553
2008/553/EC: Commission Decision of 30 June 2008 repealing Decision 2008/377/EC concerning certain protection measures relating to classical swine fever in Slovakia (notified under document number C(2008) 3223) (Text with EEA relevance)
2008/553/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Ġunju 2008 li tħassar id-Deċiżjoni 2008/377/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3223) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/553/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Ġunju 2008 li tħassar id-Deċiżjoni 2008/377/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fis-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3223) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 178, 5.7.2008, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 178/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Ġunju 2008
li tħassar id-Deċiżjoni 2008/377/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer fis-Slovakkja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3223)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/553/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għal kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Seħħew tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer fis-Slovakkja. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/377/KE tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni marbuta mad-Deni Klassiku tal-Ħnieżer fis-Slovakkja ġiet adottata sabiex issaħħaħ il-miżuri meħuda mis-Slovakkja (2) fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3). |
(3) |
L-informazzjoni pprovduta mis-Slovakkja turi li t-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru nqerdu u r-riżultati ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika juru li d-deni klassiku tal-ħnieżer ma nxteridx aktar. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2008/377/KE għandha għalhekk titħassar. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/377/KE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 130, 20.5.2008, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/419/KE (ĠU L 147, 6.6.2008, p. 65).
(3) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).