EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0340
2008/340/EC: Commission Decision of 25 April 2008 amending Decision 2006/133/EC requiring Member States temporarily to take additional measures against the dissemination of Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (the pine wood nematode) as regards areas in Portugal, other than those in which it is known not to occur (notified under document number C(2008) 1580)
2008/340/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1580)
2008/340/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1580)
ĠU L 115, 29.4.2008, p. 41–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 26/09/2012; Imħassar b' 32012D0535
29.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 115/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ April 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/133/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal- Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1580)
(2008/340/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tifrix tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/133/KE tat-13 ta’ Frar 2006 li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra t-tixrid tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-pini - PWN) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma jeżistix (2), il-Portugall ħa miżuri kontra t-tixrid tan-nematodu tal-pini. |
(2) |
Il-Portugall bagħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-miżuri fl-2007 li juri li l-PWN ma nfirixx lil hinn miż-żoni demarkati, iżda li għadu jeżisti f’dawk iż-żoni. |
(3) |
L-implimentazzjoni tal-miżuri Portugiżi fl-2007 kienet evalwata mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fil-laqgħat tiegħu tas-26-27 ta’ Novembru 2007. Kien ġie konkluż li t-tnaqqis fil-livell ta’ infezzjoni taż-żona demarkata li mmirat għalih id-Deċiżjoni 2006/133/KE ma kienx inkiseb għal kollox. |
(4) |
Għalhekk, il-Portugall għandu jkompli jieħu miżuri bħal dawn fil-forma ta’ pjan ta’ qerda sal-31 ta’ Marzu 2012, tul ta’ żmien realistiku sabiex jinkiseb progress sinifikanti fil-kontroll tal-PWN. |
(5) |
Biex tikber l-effiċjenza ta’ dawk il-miżuri fil-każ ta’ tifqigħ iżolat fiż-żoni ta’ lqugħ tan-naħa demarkata, għandha tiġi stabbilita “żona ta’ ffukar” fi ħdan iż-żona ta’ lqugħ fejn jinġarru l-pjanti suxxettibbli. Madwar iż-żona ta’ ffukar għandu jkun hemm żona fejn il-pjanti suxxettibbli jiġu spezzjonati regolarment (“żona ta’ sikurezza”). |
(6) |
Ir-rekwiżiti għall-moviment ta’ injam suxxettibbli fil-forma ta’ materjal għall-ippakkjar li joriġina fiż-żona ta’ demarkazzjoni għandu jkun konformi ma’ l-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 dwar il-Linji ta’ Gwida għar-regolamentazzjoni ta’ materjal għall-ippakkjar magħmul mill-injam fil-kummerċ internazzjonali. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2006/133/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/133/KE hi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 Sal-31 ta’ Marzu 2012, il-Portugall għandu jassigura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness fir-rigward ta’ l-injam, il-qxur tas-siġar u l-pjanti suxxettibbli li se jinġarru fi ħdan jew minn żoni demarkati fil-Portugall, u definiti skond l-Artikolu 5, lejn żoni oħra fil-Portugall jew lejn Stati Membri oħra. Sal-31 ta’ Marzu 2012, il-Portugall għandu jimplimenta pjan ta’ qerda biex jikkontrolla t-tifrix tal-PWN bil-għan li jeqirdu. Dak il-pjan għandu jinkludi dettalji dwar il-ġestjoni, fiż-żona demarkata, ta’ speċijiet ta’ pjanti magħrufa bħala suxxettibbli ħafna għall-PWN skond il-kundizzjonijiet fil-Portugall. Dan il-pjan għandu jiġi rivedut kull sena sal-31 ta’ Diċembru”. |
(2) |
Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4, il-kelmiet “sal-15 ta’ Diċembru 2006 u 15 ta’ Diċembru 2007” jinbidlu bil-kelmiet “kull sena sal-15 ta’ Diċembru”. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/133/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).
(2) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 34.
ANNESS
L-Anness tad-Deċizjoni 2006/133/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 1(e) jinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
Il-punt 2(a) jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
F’punt 2(e) il-frażi ta’ introduzzjoni tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
(4) |
Il-Punt 2(g) jinbidel b’dan li ġej:
|