Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1065

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1065/2007 tas- 17 ta’ Settemrbu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 dwar miżuri tranżitorji fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

ĠU L 243, 18.9.2007, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1065/oj

18.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 243/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1065/2007

tas-17 ta’ Settemrbu 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 493/2006 dwar miżuri tranżitorji fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 tas-27 ta’ Marzu 2006 dwar miżuri tranżitorji fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (2) jipprevedi l-irtirar preventiv. Għaldaqstant, meta jinqabeż ċertu limitu, il-produzzjoni ta’ kull impriża, li tkun anqas mill-kwota, titqies bħala rtirata fis-sens ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, jew fuq talba ta’ l-impriża, li għandha tiġi ppreżentata qabel il-31 ta’ Jannar 2007, meqjusa bħala prodotta barra l-kwota fis-sens ta’ l-Artikolu 12 ta’ l-imsemmi Regolament.

(2)

Fid-data ta’ skadenza tal-31 ta’ Jannar 2007, il-produtturi ta’ l-iżoglukożju, kuntrarjament għall-produtturi taz-zokkor, ma kinux f'qagħda li jressqu din it-talba, minħabba n-natura kontinwa tal-produzzjoni tagħhom, matul is-sena kollha. Għall-finijiet ta’ l-ekwità, jeħtieġ li l-iskadenza msemmija aktar ’il fuq, titressaq għall-aħħar tas-sena tas-suq 2006/2007 għall-produtturi ta’ l-iżoglukożju biex ikunu jistgħu jiddeċiedu u jressqu talba informata.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 493/2006 jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 493/2006, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

“1.   Għal kull impriża, il-parti tal-produzzjoni taz-zokkor, ta’ l-iżoglukożju u tal-ġulepp ta’ l-inulina għas-sena tas-suq 2006/2007, prodotta skond il-kwota allokata skond il-kwoti stipulati bl-Anness IV, li taqbeż il-limitu stabbilit bil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija meqjsua bħala rtirata fis-sens ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament(KE) Nru 318/2006 jew fuq talba ta’ l-impriża ppreżentata qabel il-31 ta’ Jannar 2007 għaz-zokkor u qabel it-30 ta’ Settembru 2007 għall-iżoglukożju, meqjusa in toto jew in parte bħala prodotta barra l-kwota fis-sena ta’ l-Artikolu 12 ta’ l-imsemmi Regolament.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)   ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 739/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 22).


Top