Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0785

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2007 ta’ l- 4 ta’ Lulju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 175, 5.7.2007, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2020; Imħassar b' 32020R0166

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/785/oj

    5.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 175/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 785/2007

    ta’ l-4 ta’ Lulju 2007

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) bħala addittiv fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għas-simna, dundjani għas-simna, tiġieġ li jbidu, papri għas-simna, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa li jridu jkunu klassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu tas-6-phytase EC 3.1.3.26 prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 (2).

    (5)

    Kienet ippreżentata data ġdida flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tiġieġ għas-simna, dundjani għas-simna, tiġieġ li jbidu, papri għas-simna, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2006 li l-preparazzjoni tas-6-phytase EC 3.1.3.26 prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233) (Phyzyme XP 5000G Phyzyme XP 5000L) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (3). Ikkonkludiet ukoll li dik il-preparazzjoni ma tippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq dawn il-kategoriji addizzjonali ta’ annimali. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. L-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, skond kif inhu xieraq.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

    (2)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 16.

    (3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-preparazzjoni ta’ l-enżima Phyzyme™ XP 5000L u Phyzyme™ XP 5000G bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għas-simna, dundjani għas-simna, tiġieġ li jbidu, papri għas-simna, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fis-17 ta’ Ottubru 2006. Il-Ġurnal tal-EFSA (2006) 404, 1-20.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

    Isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    (Isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unità ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà.

    4a1640

    Danisco Animal Nutrition

    6-Phytase

    EC 3.1.3.26

    (Phyzyme XP 5000G

    Phyzyme XP 5000L)

     

    Kompożizzjoni ta’ l-addittiv

    Preparazzjoni tas-6-phytase (EC 3.1.3.26)

    prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

    li għandu attività minima ta’:

     

    Fil-forma solida: 5 000 FTU (1)/g

     

    Fil-forma likwida: 5 000 FTU/ml

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

     

    6-phytase (EC 3.1.3.26)

     

    prodott mis-Schizosaccharomyces pombe (ATCC 5233)

     

    Metodu analitiku (2)

    Metodu kolimetriku li jkejjel il-fosfati inorganiċi rilaxxati mill-enżima mill-phytate substrate.

    Tiġieġ għas-simna

    250 FTU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

    2.

    Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0.23 % ta’ fosforu li huwa phytin bound.

    3.

    Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tal-ġisem.

    4.

    Dożi rakommandati għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

    Tiġieġ għas-simna 500-750 FTU;

    dundjani għas-simna 250-1 000 FTU;

    Tiġieġ li jbidu 150-900 FTU;

    Papri għas-simna 250-1 000 FTU;

    ħnienes (miftuma) 500-1 000 FTU;

    Ħnieżer għas-simna 500-1 000 FTU;

    ħnieżer ta’ ġens femminili 500 FTU.

    25 ta’ Lulju 2017

    Dundjani għas-simna

    250 FTU

    Tiġieġ li jbidu

    150 FTU

    Papri għas-simna

    250 FTU

    Ħnienes (miftuma)

    250 FTU

    Ħnieżer għas-simna

    250 FTU

    Ħnieżer nisa

    500 FTU


    (1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 mikromole ta’ fosfat inorganiku fil-minuta minn fosfat tas-sodju f’ pH ta’ 5.5 u 37 °C.

    (2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


    Top