Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0674

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2007 tal- 15 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis- 16 ta' Ġunju 2007

    ĠU L 156, 16.6.2007, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/674/oj

    16.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 156/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 674/2007

    tal-15 ta’ Ġunju 2007

    li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Ġunju 2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

    (2)

    L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

    (3)

    L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

    (4)

    Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-16 ta’ Ġunju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mill-16 ta’ Ġunju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).


    ANNESS I

    Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Ġunju 2007

    Kodiċi NK

    Isem tal-merkanziji

    Dazju ta' l-importazzjoni (1)

    (EUR/t)

    1001 10 00

    QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

    0,00

    ta' kwalità medja

    0,00

    ta' kwalità baxxa

    0,00

    1001 90 91

    QAMĦ għaż-żrigħ

    0,00

    ex 1001 90 99

    QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

    0,00

    1002 00 00

    SEGALA

    0,00

    1005 10 90

    QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

    0,00

    1005 90 00

    QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

    0,00

    1007 00 90

    SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

    0,00


    (1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

    EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

    EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

    (2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


    ANNESS II

    Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

    1.6.2007-14.6.2007

    1.

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

    (EUR/t)

     

    Qamħ (*)

    Qamħirrum

    Qamħ iebes kwalità għolja

    Qamħ iebes, kwalità medja (**)

    Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

    Xgħir

    Borża

    Minneapolis

    Chicago

    Kwotazzjoni

    164,25

    114,42

    Prezz FOB USA

    180,51

    170,51

    150,51

    151,47

    Tariffa fuq il-Golf

    12,63

    Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

    10,96

    2.

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

    Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

    36,68  EUR/t

    Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

    36,77  EUR/t


    (*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

    (**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

    (***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


    Top