Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0593

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal- 31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 140, 1.6.2007, p. 3–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2014; Imħassar b' 32014R0319

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/593/oj

    1.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 140/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 593/2007

    tal-31 ta’ Mejju 2007

    dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002, dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 (1) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005 tal-21 ta’ Marzu 2005 (2), stabbilixxa d-drittijiet u l-ħlasijiet li għandhom jiġu imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”).

    (2)

    Id-dħul ta’ l-Aġenzija jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u minn kull pajjiż terz Ewropew li jkun daħal biex jifforma parti mill-ftehim imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2000, dwar id-drittijiet imħallsa minn applikanti għal ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġin, u ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, it-trattament ta’ appelli, taħriġ u kull servizz ieħor mogħti mill-Aġenzija.

    (3)

    Id-dħul u l-infiq ta’ l-Aġenzija għandhom jaqblu.

    (4)

    Drittijiet u ħlasijiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jintalbu u jiġu imposti mill-Aġenzija biss u f' EUR. Huma għandhom ikunu stabbiliti b’mod trasparenti, ġust u uniformi.

    (5)

    Id-drittijiet imposti mill-Aġenzija m’għandhomx jipperikolaw il-kompetittività ta’ l-industriji Ewropej ikkonċernati. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi li tikkunsidra kif xieraq il-kapaċità ta’ impriżi żgħar li jħallsu.

    (6)

    Waqt li s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox, l-Aġenzija għandha, madankollu, tqis sewwa l-effiċjenza fl-infiq meta tkun qed twettaq il-ħidmiet li jaqgħu taħtha.

    (7)

    Il-post ġeografiku ta’ l-impriżi fit-territorji ta’ l-Istati Membri m’għandux ikun fattur diskriminatorju. Għaldaqstant, l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ ċertifikazzjoni magħmul f’isem dawn l-impriżi għandhom jinġabru u jinqasmu bejn l-applikanti.

    (8)

    L-applikant għandu jkun informat, sa kemm huwa possibbli, bl-ammont previst li jkollu jħallas għas-servizz li jkun se jingħata u bil-mod li bih għandu jsir il-ħlas qabel ma jibda jingħata s-servizz. Il-kriterji biex jiġi stabbilit l-ammont li jkollu jitħallas għandhom ikunu ċari, uniformi u pubbliċi. Fejn huwa impossibbli li l-ammont ikun stabbilit minn qabel, l-applikant għandu jkun mgħarraf b’dan qabel ma jibda jingħata s-servizz. F’każ bħal dan għandu jkun hemm qbil, qabel ma jingħata s-servizz, fuq regoli ċari dwar kif għandu jkun stmat l-ammont li jkollu jitħallas waqt li jkun qed jingħata s-servizz.

    (9)

    L-industrija għandha tgawdi minn viżibilità finanzjarja tajba u tkun tista’ tantiċipa l-ispiża tad-drittijiet li jkun jeħtiġilha tħallas. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jkun assigurat bilanċ bejn l-infiq ġenerali ta’ l-Aġenzija meta din tagħmel xogħol ta’ ċertifikazzjoni u d-dħul ġenerali mid-drittijiet li timponi. Għandu, għaldaqstant, ikun possibbli li l-livelli tad-drittijiet ikunu riveduti kull sena abbażi tar-riżultati u t-tbassir finanzjarju ta’ l-Aġenzija.

    (10)

    Partijiet interessati għandhom jiġu kkonsultati qabel kull tibdil fid-drittijiet. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tagħti regolarment lill-partijiet interessati t-tagħrif dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati d-drittijiet. Dan it-tagħrif għandu jagħti lill-partijiet interessati idea ta’ l-ispejjeż li tiltaqa’ magħhom l-Aġenzija u l-produttività tagħha.

    (11)

    It-tariffi stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu bbażati fuq it-tbassir ta’ l-Aġenzija fuq l-ammont ta’ xogħol tagħha u spejjeż relattivi.

    (12)

    Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fi żmien ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ.

    (13)

    Ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 għandu jkun revokat.

    (14)

    Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 54 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament għandu japplika għad-drittijiet u l-ħlasijiet miġburin mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, ’il quddiem “l-Aġenzija”, biex jagħmlu tajjeb għas-servizzi li tipprovdi, inkluża l-provvista ta’ oġġetti.

    Huwa jistabbilixxi, b’mod partikolari, l-affarijiet li għalihom huma dovuti d-drittijiet u l-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 48 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, l-ammont ta’ dawk id-drittijiet u l-ħlasijiet u mod ta’ kif għandu jsir il-ħlas.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

    (a)

    “drittijiet” tfisser l-ammonti miġburin mill-Aġenzija u li applikanti jħallsu biex jiksbu, iżommu jew jemendaw iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 li jinħarġu, jinżammu jew jiġu emendati mill-Aġenzija;

    (b)

    “ħlasijiet” tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li applikanti jħallsu għal servizzi, ħlief għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, mogħtija mill-Aġenzija;

    (c)

    “xogħol ta’ ċertifikazzjoni” tfisser l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija direttament jew indirettament bl-iskop li jinħarġu, jinżammu jew ikunu emendati ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002;

    (d)

    “applikant” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li titlob li tibbenefika minn servizz mogħti mill-Aġenzija, li jinkludi l-ħruġ, iż-żamma jew l-emenda ta’ ċertifikat;

    (e)

    “spejjeż ta’ vjaġġar” tfisser spejjeż ta’ trasport, spejjeż għal akkomodazzjoni u ikel, spejjeż inċidentali u allowances ta’ vjaġġar imħallsin lil persunal għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni;

    (f)

    “spiża reali” tfisser in-nefqa attwali ta’ l-Aġenzija.

    KAPITOLU II

    DRITTIJIET

    Artikolu 3

    1.   Il-drittijiet għandhom jassiguraw dħul totali li jkun biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha li jsiru għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, inklużi spejjeż ta’ sorveljanza kontinwa.

    2.   L-Aġenzija għandha tiddistingwi minn fost id-dħul u l-infiq tagħha dawk li jkunu attribwibbli għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni. Għal dan l-iskop:

    (a)

    id-drittijiet miġburin mill-Aġenzija għandhom jinżammu f’kont separat u għandhom ikunu s-suġġett ta’ proċedura separata ta’ kontabilità;

    (b)

    l-Aġenzija għandha tagħmel kontijiet analitiċi tad-dħul u l-infiq tagħha.

    3.   Id-drittijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ stima ġenerali provviżorja fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja. Din l-istima għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati finanzjarji preċedenti ta’ l-Aġenzija, l-istima tagħha ta’ nfiq u dħul u l-pjan tagħha ta’ ħidma għal quddiem.

    Jekk fi tmiem sena finanzjarja d-dħul ġenerali mid-drittijiet, li jikkostitwixxu dħul assenjat skond l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, ikun aktar mill-ispiża ġenerali għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, iż-żejjed għandu jintuża biex jiffinanzja xogħol ta’ ċertifikazzjoni skond ir-regolament Finanzjarju ta’ l-Aġenzija.

    Artikolu 4

    Id-dritt li għandu jitħallas mill-applikant għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni partikulari għandu jikkonsisti:

    (a)

    f’ammont wieħed varjabbli skond ix-xogħol involut li jirrifletti l-ispiża magħmula mill-Aġenzija biex twettaq dak ix-xogħol. L-ammonti differenti ta’ dritt uniformi huma stabbiliti fit-Taqsimiet I u III ta’ l-Anness; jew,

    (b)

    ammont varjabbli proporzjonat mal-kwantità tax-xogħol involut, muri f’għadd ta’ sigħat immultiplikati bid-dritt għal kull siegħa. Id-dritt għal kull siegħa għandu jirrifletti l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn xogħol ta’ ċertifikazzjoni. Ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni li jitħallas abbażi ta’ kull siegħa, kif ukoll id-dritt applikabbli għal kull siegħa, huma speċifikati fit-Taqsima II ta’ l-Anness.

    Artikolu 5

    1.   L-ammonti stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta’ l-Aġenzija.

    2.   Dawn l-ammonti għandhom jiġu indiċjati kull sena mar-rata ta’ inflazzjoni stabbilita fit-Taqsima V ta’ l-Anness.

    3.   L-Anness għandu jkun rivedut kull sena jekk dan ikun meħtieġ.

    4.   L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati stabbilit skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, tagħrif dwar il-komponenti li jservu bħala bażi biex jiġi stabbilit il-livell tad-drittijiet. Dan it-tagħrif għandu jikkonsisti b’mod partikulari f’analiżi dettaljata ta’ l-ispejjeż relattivi għas-snin ta’ qabel u ta’ dawk li jmiss. L-Aġenzija għandha wkoll tagħti lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati, darbtejn fis-sena, it-tagħrif dwar il-prestazzjoni li tidher fit-Taqsima VI ta’ l-Anness u bl-indikaturi ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

    5.   Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati, tadotta sett ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni billi tqis partikularment it-tagħrif elenkat fit-Taqsima VI ta’ l-Anness.

    6.   L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati qabel ma tagħti opinjoni dwar kull bidla fid-drittijiet. Waqt konsultazzjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tfisser ir-raġunijiet għal kull proposta għal modifika fil-livell ta’ drittijiet.

    Artikolu 6

    Bla ħsara għall-Artikolu 4, meta jsir xogħol ta’ ċertifikazzjoni, kollu jew parti minnu, lil hinn mit-territorji ta’ l-Istati Membri, il-fattura tad-dritt dovut mill-applikant għandha tinkludi l-ispejjeż korrispondenti ta’ vjaġġar ’il hinn minn dawk it-territorji, skond il-formola:

    d = f + v

    fejn:

    d

    =

    id-dritt dovut

    f

    =

    id-dritt li jikkorrispondi max-xogħol li jkun sar, kif hemm stabbilit fl-Anness

    v

    =

    spejjeż addizzjonali ta’ vjaġġar, skond in-nefqa attwali

    L-ispejjeż addizzjonali ta’ vjaġġar skond il-fattura mibgħuta lill-applikant għandhom jinkludu l-ħin li esperti jieħdu f’mezzi ta’ trasport ’il hinn mit-territorji ta’ l-Istati Membri. L-għadd rilevanti ta’ sigħat għandu jidher fil-fattura skond id-dritt għal kull siegħa.

    Artikolu 7

    Fuq talba ta’ l-applikant u bil-kunsens tad-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija, xogħol ta' ċertifikazzjoni jista’, f'każijiet eċċezzjonali, jsir kif se jingħad:

    (a)

    billi għax-xogħol ikunu assenjati kategoriji ta’ persunal li normalment l-Aġenzija ma kinitx tassenja skond il-proċeduri standard tagħha, u/jew

    (b)

    billi jkunu assenjati dawk ir-riżorsi umani biex ix-xogħol isir aktar malajr milli skond il-proċeduri standard ta’ l-Aġenzija.

    F’każ bħal dan, għandha tiġi applikata żieda eċċezzjonali mad-dritt impost biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha ta’ l-Aġenzija biex hija tissodisfa din it-talba speċjali.

    Artikolu 8

    1.   Id-dritt għandu jitħallas mill-applikant. Dan għandu jitħallas f'EUR. L-applikant għandu jassigura li l-Aġenzija titħallas l-ammont kollu dovut. Drittijiet bankarji li jista’ jkun hemm relattivi għall-ħlas tad-dritt għandhom jitħallsu mill-applikant.

    2.   Il-ħruġ, iż-żamma u/jew l-emenda ta’ ċertifikat għandhom ikunu suġġetti għal ħlas minn qabel ta’ l-ammont kollu tad-dritt dovut, sakemm ma jkunx ġie miftiehem xort’oħra bejn l-Aġenzija u l-applikant. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, l-Aġenzija tista’ tirrevoka ċ-ċertifikat rilevanti wara li tkun tat twissija formali lill-applikant.

    3.   Ammonti ta’ inqas minn jew ugwali għal 1 000 EUR għandhom jitħallsu f’daqqa meta timtela l-applikazzjoni.

    4.   L-iskala ta’ drittijiet applikata mill-Aġenzija u l-kondizzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu kkomunikati lill-applikanti meta jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom.

    5.   Għax-xogħol kollu ta’ ċertifikazzjoni li jkun jeħtieġlu l-ħlas ta’ dritt ikkalkolat bis-siegħa, l-Aġenzija tista’, meta tintalab, tagħti stima lill-applikant. L-istima għandha tiġi emendata mill-Aġenzija f’każ li jkun jidher li x-xogħol ikun eħfef jew jista’ jsir aktar malajr milli kien jidher fil-bidu, jew, bil-kontra, jekk jirriżulta aktar kumpless u jieħu aktar fit-tul biex isir milli l-Aġenzija setgħet bassret.

    6.   Fejn, wara l-ewwel eżami, l-Aġenzija tiddeċiedi li ma taċċettax applikazzjoni, kull dritt li jkun diġà tħallas għandu jintradd lill-applikant, ħlief għal ammont biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż amministrattivi għat-trattament ta’ l-applikazzjoni. Dak l-ammont għandu jkun ekwivalenti għad-doppju tad-dritt għal kull siegħa, kif stabbilit fit-Taqsima II ta’ l-Anness.

    7.   Fejn xogħol ta’ ċertifikazzjoni jkollu jiġi interrott mill-Aġenzija minħabba li l-applikant ma jkollux mezzi biżżejjed jew ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet applikabbli, jew minħabba li l-applikant jiddeċiedi li jabbanduna l-applikazzjoni tiegħu jew jipposponi x-xogħol tiegħu, il-bilanċ ta’ kull dritt dovut, ikkalkolat bis-siegħa, iżda li ma jkunx aktar minn dritt uniformi applikabbli, għandu jitħallas kollu meta l-Aġenzija tieqaf mix-xogħol. L-għadd rilevanti ta’ sigħat għandu jidher fil-fattura skond id-dritt għal kull siegħa, kif stabbilit fit-Taqsima II ta’ l-Anness. Meta, fuq talba ta’ l-applikant, l-Aġenzija terġa’ tibda taħdem fuq xogħol ta’ ċertifikazzjoni li jkun ġie interrott, il-ħlas għal dan ix-xogħol ikun daqs dak ta’ wieħed ġdid.

    Artikolu 9

    Id-drittijiet għandhom jintalbu u jinġabru biss mill-Aġenzija.

    Stati Membri m’għandhomx jiġbru drittijiet għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, anki jekk huma jagħmlu dak ix-xogħol f’isem l-Aġenzija.

    L-Aġenzija għandha tirrimborsa lill-Istati Membri għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni li jagħmlu f’isimha.

    KAPITOLU III

    ĦLASIJIET

    Artikolu 10

    1.   Il-ħlasijiet għandhom jinġabru mill-Aġenzija għas-servizzi kollha, inkluża l-provvista ta’ oġġetti, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 3.

    Iżda dawn li ġejjin għandhom ikunu mingħajr ħlas:

    (a)

    it-trasmissjoni ta’ dokumenti u tagħrif, f’kull għamla, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

    (b)

    id-dokumenti disponibbli mingħajr ħlas mill-websajt ta’ l-Aġenzija.

    2.   Ħlasijiet għandhom ukoll jinġabru mill-Aġenzija meta jkun ippreżentat appell kontra deċiżjoni tagħha, skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

    Artikolu 11

    L-ammont ta’ ħlasijiet miġbur mill-Aġenzija għandu jkun ugwali għan-nefqa attwali tas-servizz mogħti, inkluża l-ispiża biex is-servizz ikun disponibbli għall-applikant. Għal dak il-għan, iż-żmien li l-Aġenzija tieħu biex tagħti s-servizz għandu jitniżżel fil-fattura skond id-dritt għal kull siegħa, kif imsemmi fit-Taqsima II ta’ l-Anness.

    Il-ħlasijiet li jkollhom isiru meta jiġi ppreżentat appell skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, għandhom ikunu f’għamla ta’ somma b’rata fissa, kif speċifikat fit-Taqsima IV ta’ l-Anness. Fejn l-appell jinqata’ favur il-persuna li tkun ippreżentatu, is-somma ta’ rata fissa għandha tintradd awtomatikament mill-Aġenzija lil dik il-persuna.

    L-ammont tal-ħlasijiet għandu jiġi kkomunikat lill-applikant qabel ma jingħata s-servizz, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-ħlas tiegħu.

    Artikolu 12

    Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-applikant, jew fil-każ ta’ appell, mill-persuna naturali jew ġuridika li tkun ippreżentat l-appell.

    Huma għandhom jitħallsu f'EUR.

    L-applikant għandu jassigura li l-Aġenzija titħallas l-ammont sħiħ dovut. Drittijiet bankarji li jista’ jkun hemm u li jkunu relattivi għall-ħlas għandhom jitħallsu mill-applikant.

    Sakemm ma jkunx miftiehem xort’oħra bejn l-Aġenzija u l-applikant jew il-persuna naturali jew ġuridika appellanti, il-ħlasijiet għandhom jinġabru qabel ma jingħata s-servizz jew, skond il-każ, qabel ma tibda l-proċedura ta’ l-appell.

    Ammonti ta’ inqas minn jew ugwali għal 1 000 EUR għandhom jitħallsu f’daqqa fid-data li fiha timtela’ l-applikazzjoni, jew li fiha jkun ippreżentat l-appell, fi ħlas wieħed.

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    Artikolu 13

    Ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 huwa revokat.

    Artikolu 14

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007. Huwa għandu japplika suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Id-drittijiet li jidhru fit-tabelli 1 sa 5 tat-Taqsima I ta’ dak l-Anness għandhom japplikaw għal kull ċertifikat maħruġ wara l-1 ta’ Ġunju 2007.

    (b)

    Id-drittijiet li jidhru fit-Tabella 6 tat-Taqsima I ta’ l-Anness għandhom japplikaw għad-drittijiet annwali miġbura wara l-1 ta’ Ġunju 2007.

    (c)

    Għal applikanti li kienu mitlubin iħallsu d-dritt ta’ sorveljanza msemmi fil-punt (vi) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005 qabel l-1 ta’ Ġunju 2007, id-drittijiet li jidhru fit-Tabella 7 tat-Taqsima I ta’ l-Anness għandhom japplikaw ma’ l-ewwel ħlas akkont annwali dovut fl-aħħar tal-perjodu ta’ tliet (3) snin imsemmi fil-punt (vi) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005.

    (d)

    Għal applikanti li kienu mitlubin iħallsu d-drittijiet ta’ sorveljanza msemmija fil-punti (viii), (x), (xiii) jew (xi) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005 qabel l-1 ta’ Ġunju 2007, id-drittijiet ta’ sorveljanza li jidhru fit-Tabelli 8, 9 u 10 tat-Taqsima I, u fil-paragrafu 2 tat-Taqsima III, ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament, rispettivament, għandhom japplikaw ma’ l-ewwel ħlas akkont annwali dovut fl-aħħar tat-tmiem tal-perjodi ta’ sentejn (2) imsemmijin fil-punti (viii), (x) u (xiii) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005.

    2.   Bla ħsara għall-Artikolu 13, ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 għandu jibqa’ japplika għal kull dritt u ħlas li jmorru lil hinn mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond il-paragrafu 1.

    3.   Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fi żmien ħames snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jacques BARROT

    Viċi President


    (1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

    (2)  ĠU L 81, 30.3.2005, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 779/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 3).

    (3)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


    ANNESS

    Kontenut

    Taqsima I:

    Xogħol bi ħlas ta’ dritt uniformi

    Taqsima II:

    Xogħol bi ħlas bis-siegħa

    Taqsima III:

    Drittijiet għal xogħol ieħor ta’ ċertifikazzjoni

    Taqsima IV:

    Ħlasijiet għal appelli

    Taqsima V:

    Rata annwali ta’ inflazzjoni

    Taqsima VI:

    Tagħrif dwar prestazzjoni

    Nota ta’ spjegazzjoni

    (1)

    Drittijiet u ħlasijiet huma denominati f'ewro.

    (2)

    Drittijiet relattivi għal prodotti msemmija fit-Tabelli 1 sa 4 tat-Taqsima I huma imposti għal kull operazzjoni u għal kull peijodu ta’ 12-il xahar. Wara l-ewwel peijodu ta’ 12-il xahar, jekk ikun il-każ, dawn id-drittijiet jiġu determinati pro rata temporis (parti waħda (1) minn kull 365 parti tad-dritt annwali rilevanti kull jum wara l-ewwel peijodu ta’ 12-il xahar). Id-drittijiet imsemmijin fit-Tabella 5 huma imposti għal kull operazzjoni. Id-drittijiet imsemmijin fit-Tabella 6 huma imposti għal kull peijodu ta’ 12-il xahar.

    (3)

    Dwar drittijiet relattivi għal organizzazzjonijiet imsemmijin fit-Tabelli 7 sa 10 tat-Taqsima I, drittijiet ta’ approvazzjoni huma imposti darba u drittijiet ta’ sorveljanza huma imposti kull 12-il xahar.

    (4)

    Xogħol bi ħlas bis-siegħa kif imsemmi fit-Taqsima II jintlaqat mid-dritt applikabbli għal kull siegħa, kif speċifikat f’din it-Taqsima, immultiplikat bin-numru attwali ta’ sigħat ta’ xogħol li tkun għamlet l-Aġenzija, jew bl-għadd ta’ sigħat stabbilit f’din it-Taqsima.

    (5)

    Speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni (CS) imsemmijin f’dan l-Anness huma dawk adottati skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta’ l-Aġenzija skond id-Deċiżjoni ta’ l-EASA 2003/8 tat-30 ta’ Ottubru 2003 (www.easa.europa.eu).

    (6)

    “Ajruplani kbar bi ġwienaħ li jduru” (Large rotorcraft) tirreferi għal “CS 29” u “CS 27 cat A”; “Ajruplani żgħar bi ġwienaħ li jduru” (Small rotorcraft) tirreferi għal “CS 27 b”Piż Massimu mat-Tluq (MTOW) taħt it-3 175 Kg u limitat għal 4 sedili, li jinkludu dak tal-pilota, u għal “CS VLR”; “Ajruplani medji bi ġwienaħ li jduru (Medium rotorcraft)” tirreferi għal “CS 27” oħra.

    (7)

    “Derivattiv” tfisser mudell ġdid miżjud ma’ Ċertifikat tat-Tip eżistenti.

    (8)

    Fit-Tabelli 1, 2 u 6 tat-Taqsima I, il-valuri tal-“partijiet” jirreferu għall-prezzijiet rilevanti fil-lista tal-manifattur.

    (9)

    Fit-Tabelli 3 u 4 tat-Taqsima I, “Sempliċi”, “Standard” u “Kumplessi” jirreferu għal li ġej:

     

    Sempliċi

    Standard

    Kumplessi

    Ċertifikat tat-Tip Supplimentari (STC) ta’ l-EASA

    Bidliet maġġuri fid-disinn ta’ l-EASA

    Tiswijiet maġġuri ta’ l-EASA

    STC, bidliet maġġuri fid-disinn, jew tiswijiet, li jinvolvu biss metodi ta’ ġustifikazzjoni kurrenti u ppruvati tajjeb, li għalihom jista’ jiġi kkomunikat waqt l-applikazzjoni sett komplet ta’ data (deskrizzjoni, lista ta’ kontroll ta’ konformità u dokumenti ta’ konformità), u li għalihom l-applikant wera li għandu esperjenza, u li jistgħu jiġu evalwati mill-kontrollur waħdu taċ-ċertifikazzjoni tal-proġett, jew b’involviment limitat ta’ speċjalista tad-dixxiplina wieħed

    STC oħra kollha, bidliet maġġuri fid-disinn jew tiswijiet.

    STC sinifikattiv (*) jew bidla maġġuri fid-disinn

    STC validat mill-Amministrazzjoni Federali ta’ l-Avjazzjoni (FAA) ta’ l-Istati Uniti

    Bażiku (**)

    Mhux bażiku

    Mhux bażiku sinifikattiv

    Bidla maġġuri fid-disinn validat mill-FAA

    Bidliet maġġuri fid-disinn tal-Livell 2 (**) meta mhux aċċettati awtomatikament (***)

    Livell 1 (**)

    Livell 1 sinifikattiv

    Tiswija maġġuri validata mill-FAA

    Mhux applikabbli

    (aċċettazzjoni awtomatika)

    Tiswijiet fuq komponent kritiku (**)

    Mhux applikabbli

    (10)

    Fit-Tabella 7 tat-Taqsima I, Organizzazzjonijiet tad-Disinn huma kkategorizzati kif ġej:

    L-Iskop tal-Ftehim dwar l-Organizzazzjoni tad-Disinn

    Grupp A

    Grupp B

    Grupp Ċ

    DOA 1

    Detenturi ta’ ċertifikati tat-tip

    Kumplessi ħafna / Kbar

    Kumplessi / Żgħar-Medji

    Inqas kumplessi / Żgħar ħafna

    DOA 2

    STC / Bidliet / Tiswijiet

    Mingħajr restrizzjoni

    Ristretti

    (oqsma tekniċi)

    Ristretti

    (daqs ta’ l-inġenji ta’ l-ajru)

    DOA 3

    Bidliet żgħar / Tiswijiet

    (11)

    Fit-Tabella 8 tat-Taqsima I, il-fatturat li jkun tqies huwa l-fatturat relattiv għal attivitajiet skond l-iskop tal-ftehim.

    (12)

    Fit-Tabelli 7, 9 u 10 tat-Taqsima I, l-għadd tal-persunal li jkun tqies huwa l-għadd tal-persunal relattiv għal attivitajiet skond l-iskop tal-ftehim.

    TAQSIMA I

    Xogħol bi ħlas ta’ dritt uniformi

    Tabella 1:   Ċertifikati tat-Tip u Ċertifikati tat-Tip Ristretti (imsemmijin fis-Sotto-Taqsima B u fis-Sotto-Taqsima O ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (1))

    Dritt wieħed

     

    Dritt uniformi

    Inġenji ta’ l-ajru bi ġwienaħ fissi

    Iktar minn 150 tunnellata

    2 600 000

    Iktar minn 50 tunnellata sa 150 tunnellata

    1 330 000

    Iktar minn 22 tunnellata sa 50 tunnellata

    1 060 000

    Iktar minn 5,7 tunnellati sa 50 tunnellata

    410 000

    Iktar minn 2 tunnellati sa 5,7 tunnellati

    227 000

    Sa 2 tunnellati

    12 000

    Ajruplani ħfief ħafna, ajruplani tal-baħar

    6 000

    Ajruplani bi ġwienaħ li jduru

    Kbar

    525 000

    Medji

    265 000

    Żgħar

    20 000

    Oħrajn

    Bżieżaq

    6 000

    Propulsjoni

    Iktar minn 25 KN

    365 000

    Sa 25 KN

    185 000

    Magni mingħajr turbina

    30 000

    Magni mingħajr turbina CS 22 H

    15 000

    Skrun ta’ iktar minn 22 t

    10 250

    Skrun sa 22 t

    2 925

    Partijiet

    Valur ’il fuq minn 20 000 EUR

    2 000

    Valur bejn 2 000 and 20 000 EUR

    1 000

    Valur taħt 2 000 EUR

    500


    Tabella 2:   Derivattivi għal Ċertifikati tat-Tip jew Ċertifikati tat-Tip Ristretti

    (EUR)

     

    Dritt uniformi (2)

    Inġenji ta’ l-ajru bi ġwienaħ fissi

    Iktar minn 150 tunnellata

    1 000 000

    Iktar minn 50 tunnellata sa 150 tunnellata

    500 000

    Iktar minn 22 tunnellata sa 50 tunnellata

    400 000

    Iktar minn 5,7 tunnellati sa 50 tunnellata

    160 000

    Iktar minn 2 tunnellati sa 5,7 tunnellati

    80 000

    Sa 2 tunnellati

    2 800

    Ajruplani ħfief ħafna, ajruplani tal-baħar

    2 400

    Ajruplani bi ġwienaħ li jduru

    Kbar

    200 000

    Medji

    100 000

    Żgħar

    6 000

    Oħrajn

    Bżieżaq

    2 400

    Propulsjoni

    Iktar minn 25 KN

    100 000

    Sa 25 KN

    50 000

    Magni mingħajr turbina

    10 000

    Magni mingħajr turbina CS 22 H

    5 000

    Skrun ta’ iktar minn 22 t

    2 500

    Skrun sa 22 t

    770

    Partijiet

    Valur ’il fuq minn 20 000 EUR

    1 000

    Valur bejn 2 000 and 20 000 EUR

    600

    Valur taħt 2 000 EUR

    350


    Tabella 3:   Ċertifikati tat-Tip Supplimentali (imsemmijin fis-Sotto-Taqsima E ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

    (EUR)

     

    Dritt uniformi (3)

    Kumplessi

    Standard

    Sempliċi

    Inġenji ta’ l-ajru bi ġwienaħ fissi

    Iktar minn 150 tunnellata

    25 000

    6 000

    3 000

    Iktar minn 50 tunnellata sa 150 tunnellata

    13 000

    5 000

    2 500

    Iktar minn 22 tunnellata sa 50 tunnellata

    8 500

    3 750

    1 875

    Iktar minn 5,7 tunnellati sa 50 tunnellata

    5 500

    2 500

    1 250

    Iktar minn 2 tunnellati sa 5,7 tunnellati

    3 800

    1 750

    875

    Sa 2 tunnellati

    1 600

    1 000

    500

    Ajruplani ħfief ħafna, ajruplani tal-baħar

    250

    250

    250

    Ajruplani bi ġwienaħ li jduru

    Kbar

    11 000

    4 000

    2 000

    Medji

    5 000

    2 000

    1 000

    Żgħar

    900

    400

    250

    Oħrajn

    Bżieżaq

    800

    400

    250

    Propulsjoni

    Iktar minn 25 KN

    12 000

    5 000

    2 500

    Sa 25 KN

    5 800

    2 500

    1 250

    Magni mingħajr turbina

    2 800

    1 250

    625

    Magni mingħajr turbina CS 22 H

    1 400

    625

    300

    Skrun ta’ iktar minn 22 t

    2 000

    1 000

    500

    Skrun sa 22 t

    1 500

    750

    375


    Tabella 4:   Bidliet maġġuri u tiswijiet maġġuri (imsemmija fis-Sotto-Taqsimiet D u M ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

    (EUR)

     

    Dritt uniformi (4)  (5)

    Kumplessi

    Standard

    Sempliċi

    Inġenji ta’ l-ajru bi ġwienaħ fissi

    Iktar minn 150 tunnellata

    20 000

    6 000

    3 000

    Iktar minn 50 tunnellata sa 150 tunnellata

    9 000

    4 000

    2 000

    Iktar minn 22 tunnellata sa 50 tunnellata

    6 500

    3 000

    1 500

    Iktar minn 5,7 tunnellati sa 50 tunnellata

    4 500

    2 000

    1 000

    Iktar minn 2 tunnellati sa 5,7 tunnellati

    3 000

    1 400

    700

    Sa 2 tunnellati

    1 100

    500

    250

    Ajruplani ħfief ħafna, ajruplani tal-baħar

    250

    250

    250

    Ajruplani bi ġwienaħ li jduru

    Kbar

    10 000

    4 000

    2 000

    Medji

    4 500

    2 000

    1 000

    Żgħar

    850

    400

    250

    Oħrajn

    Bżieżaq

    850

    400

    250

    Propulsjoni

    Iktar minn 25 KN

    5 000

    2 000

    1 000

    Sa 25 KN

    2 500

    1 000

    500

    Magni mingħajr turbina

    1 300

    600

    300

    Magni mingħajr turbina CS 22 H

    600

    300

    250

    Skrun ta’ iktar minn 22 t

    250

    250

    250

    Skrun sa 22 t

    250

    250

    250


    Tabella 5:   Bidliet żgħar u tiswijiet żgħar (imsemmijin fis-Sotto-Taqsimiet D u M ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

    (EUR)

     

    Dritt uniformi (6)

    Inġenji ta’ l-ajru bi ġwienaħ fissi

    Iktar minn 150 tunnellata

    500

    Iktar minn 50 tunnellata sa 150 tunnellata

    500

    Iktar minn 22 tunnellata sa 50 tunnellata

    500

    Iktar minn 5,7 tunnellati sa 50 tunnellata

    500

    Iktar minn 2 tunnellati sa 5,7 tunnellati

    250

    Sa 2 tunnellati

    250

    Ajruplani ħfief ħafna, ajruplani tal-baħar

    250

    Ajruplani bi ġwienaħ li jduru

    Kbar

    500

    Medji

    500

    Żgħar

    250

    Oħrajn

    Bżieżaq

    250

    Propulsjoni

    Iktar minn 25 KN

    500

    Sa 25 KN

    500

    Magni mingħajr turbina

    250

    Magni mingħajr turbina CS 22 H

    250

    Skrun ta’ iktar minn 22 t

    250

    Skrun sa 22 t

    250


    Tabella 6:   Dritt annwali għal detenturi ta’ Ċertifikati tat-Tip u Ċertifikati Tat-Tip Ristretti ta’ l-EASA u Ċertifikati tat-Tip oħrajn meqjusin bħala aċċettati skond ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002

    (EUR)

     

    Dritt uniformi, f'euro (7)  (8)  (9)

     

    Disinn ta’ l-UE

    Disinn mhux ta’ l-UE

    Inġenji ta’ l-ajru bi ġwienaħ fissi

    Iktar minn 150 tunnellata

    270 000

    90 000

    Iktar minn 50 tunnellata sa 150 tunnellata

    150 000

    50 000

    Iktar minn 22 tunnellata sa 50 tunnellata

    80 000

    27 000

    Iktar minn 5,7 tunnellati sa 50 tunnellata

    17 000

    5 700

    Iktar minn 2 tunnellati sa 5,7 tunnellati

    4 000

    1 400

    Sa 2 tunnellati

    2 000

    670

    Ajruplani ħfief ħafna, ajruplani tal-baħar

    900

    300

    Ajruplani bi ġwienaħ li jduru

    Kbar

    65 000

    21 700

    Medji

    30 000

    10 000

    Żgħar

    3 000

    1 000

    Oħrajn

    Bżieżaq

    900

    300

    Propulsjoni

    Iktar minn 25 KN

    40 000

    13 000

    Sa 25 KN

    6 000

    2 000

    Magni mingħajr turbina

    1 000

    350

    Magni mingħajr turbina CS 22 H

    500

    250

    Skrun ta’ iktar minn 22 t

    750

    250

    Skrun sa 22 t

     

     

    Partijiet

    Valur ’il fuq minn 20 000 EUR

    2 000

    700

    Valur bejn 2 000 u 20 000 EUR

    1 000

    350

    Valur taħt 2 000 EUR

    500

    250


    Tabella 7:   L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tad-Disinn (imsemmija fis-Sotto-Taqsima J ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

    (EUR)

     

    DOA 1A

    DOA 1B

    DOA 2A

    DOA 1C

    DOA 2B

    DOA 3A

    DOA 2C

    DOA 3B

    DOA 3C

    Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro

    Relattiva għall-persunal taħt 10

    11 250

    9 000

    6 750

    4 500

    3 600

    10 sa 49

    31 500

    22 500

    13 500

    9 000

    50 sa 399

    90 000

    67 500

    45 000

    36 000

    400 sa 999

    180 000

    135 000

    112 500

    99 000

    1 000 sa 2 499

    360 000

    2 500 sa 5 000

    540 000

    Iktar minn 5 000

    3 000 000

     

    Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro

    Relattiva għall-persunal taħt 10

    5 625

    4 500

    3 375

    2 250

    1 800

    10 sa 49

    15 750

    11 250

    6 750

    4 500

    50 sa 399

    45 000

    33 750

    22 500

    18 000

    400 sa 999

    90 000

    67 500

    56 250

    49 500

    1 000 sa 2 499

    180 000

    2 500 sa 5 000

    270 000

    Iktar minn 5 000

    1 500 000


    Tabella 8:   L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (imsemmija fis-Sotto-Taqsima G ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

    (EUR)

     

    Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro

    Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro

    Fatturat taħt il-miljun ewro

    9 000

    6 500

    Bejn 1 000 000 u 4 999 999

    38 000

    28 000

    Bejn 5 000 000 u 9 999 999

    58 000

    43 000

    Bejn 10 000 000 u 49 999 999

    75 000

    57 000

    Bejn 50 000 000 u 99 999 999

    270 000

    200 000

    Bejn 100 000 000 u 499 999 999

    305 000

    230 000

    Bejn 500 000 000 u 999 999 999

    630 000

    475 000

    Iktar minn 999 999 999

    900 000

    2 000 000

    Tabella 9:   L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness I, Sotto-Taqsima F, u fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 (****))

    (EUR)

     

    Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro (10)

    Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro (10)

    Relattiva għall-persunal taħt 5

    3 000

    2 300

    Bejn 5 u 9

    5 000

    4 000

    Bejn 10 u 49

    11 000

    8 000

    Bejn 50 u 99

    22 000

    16 000

    Bejn 100 u 499

    32 000

    23 000

    Bejn 500 u 999

    43 000

    32 000

    Iktar minn 999

    53 000

    43 000


    (EUR)

    Klassifikazzjoni teknika

    Dritt uniformi abbażi tal-klassifikazzjoni teknika, f'ewro (11)

    A 1

    11 000

    A 2

    2 500

    A 3

    5 000

    A 4

    500

    B 1

    5 000

    B 2

    2 500

    B 3

    500

    C

    500

    Tabella 10:   L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003)

    (EUR)

     

    Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro

    Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro

    Relattiva għalt-persunal taħt 5

    4 000

    3 000

    Bejn 5 u 9

    7 000

    5 000

    Bejn 10 u 49

    16 000

    14 000

    Bejn 50 u 99

    35 000

    30 000

    Iktar minn 99

    42 000

    40 000

    TAQSIMA II

    Xogħol bi ħlas abbażi ta’ kull siegħa

    1.

    Dritt għal kull siegħa:

    Dritt applikabbli bis-siegħa

    225 EUR

    2.

    Bażi ta’ siegħa skond ix-xogħol relattiv:

    Prova tal-ħila tad-disinn permezz ta’ proċeduri alternattivi

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Produzzjoni mingħajr approvazzjoni

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Mezz Aċċettabbli ta’ Konformità ma’ kull AD

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Sostenn ta’ validazzjoni (aċċettazzjoni ta’ ċertifikati ta’ l-EASA minn awtoritajiet barranin)

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Assistenza teknika mitluba minn awtoritajiet barranin

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Aċċettazzjoni mill-EASA ta’ rapporti MRB

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Trasferiment ta’ ċertifikati

    Għadd attwali ta’ sigħat

    Approvazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ titjir għal Permess tat-titjir

    Tliet sigħat

    Ħruġ amministrattiv mill-ġdid ta’ dokumenti

    Siegħa waħda

    TAQSIMA III

    Drittijiet għal xogħol ieħor relattiv għaċ-ċertifikazzjoni

    1.

    L-aċċettazzjoni ta’ approvazzjonijiet ekwivalenti għal approvazzjonijiet tat-“taqsima 145” u tat-“taqsima 147” skond il-ftehim bilaterali applikabbli:

    Approvazzjonijiet ġodda, għal kull applikazzjoni

    1 500 EUR

    Tiġdid ta’ approvazzjonijiet eżistenti, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar

    750 EUR

    2.

    L-approvazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tal-maniġment tal-kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir (imsemmija fit-taqsima M, is-sotto-taqsima Ġ ta’ l-anness I tar-regolament (ke) nru 2042/2003):

    Approvazzjonijiet ġodda, għal kull applikazzjoni

    24 000 EUR

    Tiġdid ta’ approvazzjonijiet eżistenti, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar

    18 000 EUR

    3.

    Reviżjonijiet u/jew emendi awtonomi għall-manwal ta’ titjir ta’ inġenji ta’ l-ajru:

    Bi ħlas daqs ta’ bidla fil-prodott korrispondenti.

    TAQSIMA IV

    Ħlasijiet għal appelli

    Il-ħlas tad-drittijiet għall-amministrazzjoni ta’ appelli huwa kif jingħad fl-Artrtikolu 35 tar-Regolament (KE) 1592/2002.

    Il-ħlas għall-applikazzjonijiet kollha ta’ appelli huwa wieħed fiss kif jidher mit-tabella, immultiplikat bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija li tikkorrispondi mal-ħlas għall-persuna jew l-organizzazzjoni kkonċernata.

    Il-ħlas għandu jintradd f’dawk il-każijiet fejn l-appell jirriżulta f’revoka ta’ Deċiżjoni ta’ l-Aġenzija.

    L-Organizzazzjonijiet jeħtiġilhom jipprovdu ċertifikat iffirmat minn uffiċjal awtorizzat ta’ l-organizzazzjoni kkonċernata biex l-Aġenzija tkun tista’ tiddetermina l-kategorija li tikkorrispondi mal-ħlas.

    Ħlas fiss

    10 000 EUR


    Kategorija ta’ ħlas għal persuni naturali

    Koeffiċjent ta’ dritt fiss

     

    0,1


    Kategorija ta’ ħlas għal organizzazzjonijiet, skond il-fatturat finanzjarju ta’ l-appellant f'euro

    Koeffiċjent ta’ dritt fiss

    inqas minn 100 001

    0,25

    bejn 100 001 u 1 200 000

    0,5

    bejn 1 200 001 u 2 500 000

    0,75

    bejn 2 500 001 u 5 000 000

    1

    bejn 5 000 001 u 50 000 000

    2,5

    bejn 50 000 001 u 500 000 000

    5

    bejn 500 000 001 u 1 000 000 000

    7,5

    iktar minn 1 000 000 000

    10

    TAQSIMA V

    Rata annwali ta’ inflazzjoni

    L-ammonti stabbiliti fit-Taqsimiet I, II u III għandhom jiġu indiċjati skond ir-rata ta’ inflazzjoni stabbilita f’din it-Taqsima. Dan l-indiċjar għandu jsir kull sena fl-anniversarju tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Rata annwali ta’ inflazzjoni li għandha tintuża:

    EUROSTAT HICP (L-oġġetti kollha) – UE 27 (2005 = 100)

    Bidla perċentwali/medja ta’ 12-il xahar

    Il-valur tar-rata li għandha titqies:

    Il-valur tar-rata fil-31 ta’ Diċembru qabel l-implimentazzjoni ta’ l-indiċjar

    TAQSIMA VI

    Tagħrif dwar il-prestazzjoni

    It-tagħrif li ġej għandu jkun relatat ma’ l-aħħar perjodu ta’ 6 xhur qabel ma jinħarġu mill-Aġenzija skond l-Artikolu 5.

     

    L-għadd ta’ persunal ta’ l-Aġenzija li jagħmel xogħol ta’ ċertifikazzjoni

     

    L-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol mogħti biex jinħadem mill-Amministrazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni (NAAs)

     

    L-ispiża totali taċ-ċertifikazzjoni

     

    L-għadd ta’ ħidmiet ta’ ċertifikazzjoni magħmulin (kollha jew mibdijin) mill-Aġenzija

     

    L-għadd ta’ ħidmiet ta’ ċertifikazzjoni magħmulin (kollha jew mibdijin) f’isem l-Aġenzija

     

    L-għadd ta’ sigħat li l-persunal ta’ l-Aġenzija ħadem f’attivitajiet għall-kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir

     

    L-ammont totali tal-fattura mibgħuta lill-industrija


    (*)  “Sinifikattiv” hija definita fil-paragrafu 21A.101 (b) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (u bl-istess mod fil-FAA 21.101 (b)).

    (**)  “Bażiku”, “livell 1”, “livell 2” u “komponent kritiku” huma definiti fil-proċeduri ta’ implimentazzjoni teknika għal ċertifikazzjoni tal-kondizzjoni tajba għat-titjir u ċertifikazzjoni ambjentali (TIP) lill-abbozz tal-ftehim bilaterali dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (UE/US).

    (***)  Kriterji ta’ aċċettazzjoni awtomatika mill-EASA għal bidliet maġġuri tal-livell 2 tal-FAA huma definiti fid-Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv ta’ l-EASA 2004/04/CF, jew fil-proċeduri ta’ implimentazzjoni teknika għal ċertifikazzjoni tal-kondizzjoni tajba għat-titjir u ċertifikazzjoni ambjentali (TIP) lill-abbozz tal-ftehim bilaterali dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni ta’ l-UE/US, skond il-każ.

    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta’ l-24 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji ta’ l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relattivi jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relattivi għad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6) kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 375/2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 3).

    (2)  Għal Derivattivi li jinkludu Bidla/Bidliet Maġġuri sinifikattiva/i, kif deskritt fis-Sotto-Taqsima D ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, u li jinvolvu bidliet fil-ġeometrija u/jew fl-impjant tal-mutur ta’ inġenji ta’ l-ajru, għandu japplika d-dritt rispettiv taċ-Ċertifikat tat-Tip jew taċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif definiti fit-Tabella 1.

    (3)  Għal Ċertifikati tat-Tip Supplimentari li jinvolvu bidliet fil-ġeometrija u/jew fl-impjant tal-makkinarju ta’ inġenji ta’ l-ajru, għandu japplika d-dritt rispettiv taċ-Ċertifikat tat-Tip jew taċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif definiti fit-Tabella 1.

    (4)  Għal Bidliet Maġġuri sinifikattivi, kif deskritti fis-Sotto-Taqsima D ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, li jinvolvu bidliet fil-ġeometrija u/jew fl-impjant tal-makkinarju ta’ inġenji ta’ l-ajru, għandu japplika d-dritt rispettiv taċ-Ċertifikat tat-Tip jew taċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif definiti fit-Tabella 1.

    (5)  Bidliet u tiswijiet fuq l-Unità tal-Makkinarju Awżiljari (APU) għandhom ikunu bi ħlas bħala bidliet u tiswijiet fuq magni ta’ l-istess rata ta’ enerġija.

    (6)  Id-drittijiet stabbiliti f’din it-Tabella m’għandhomx japplikaw għal Bidliet u Tiswijiet żgħar magħmulin minn Organizzazzjonijiet tad-Disinn skond it-Taqsima 21A.263(ċ)(2) ta’ Sotto-Taqsima J ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

    (7)  Għal inġenji ta' l-ajru għall-ġarr tal-merkanzija, jiġi applikat koeffiċjent ta’ 0,85 lid-dritt għall-verżjoni ekwivalenti tal-passiġġieri.

    (8)  Għal detenturi ta’ Ċertifikati tat-Tip multipli u/jew Ċertifikati tat-Tip Ristretti multipli, jiġi applikat tnaqqis tad-dritt annwali għat-tieni Ċertifikat tat-Tip u oħrajn sussegwenti, jew Ċertifikati tat-Tip Ristretti, fl-istess kategorija tal-prodott kif jidher fit-tabella li ġejja:

    Prodott f’kategorija identika

    Tnaqqis applikat għal dritt uniformi

    1

    0  %

    2

    10  %

    3

    20  %

    4

    30  %

    5

    40  %

    6

    50  %

    7

    60  %

    8

    70  %

    9

    80  %

    10

    90  %

    Il-11-il prodott u prodotti sussegwenti

    100  %

    (9)  Għal inġenji ta’ l-ajru li minnhom hemm inqas minn 50 eżemplari rreġistrati mad-dinja kollha, attivitajiet kontinwi fuq il-kondizzjoni tajba għat-titjir għandhom ikunu bi ħlas abbażi ta’ siegħa, bid-dritt għal kull siegħa kif stabbilit fit-Taqsima II ta’ l-Anness, sal-livell tad-dritt għall-kategorija tal-prodott rilevanti ta’ l-inġenji ta’ l-ajru. Għal prodotti, partijiet u tagħmir li mhumiex inġenji ta’ l-ajru, il-limitazzjoni tikkonċerna l-għadd ta’ inġenji ta’ l-ajru li fuqhom ikunu installati il-prodott, il-parti jew it-tagħmir imsemmi.

    (****)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta’ l-20 ta’ Novembru 2003, dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħolpersunal (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 376/2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 18).

    (10)  Id-dritt li għandu jitħallas għandu jkun magħmul minn dritt uniformi abbażi ta’ l-għadd tal-persunal flimkien ma’ dritt uniformi abbażi tal-klassifikazzjoni teknika.

    (11)  Għal organizzazzjonijiet li jkollhom diversi klassifikazzjonijiet A u/jew B, għandu jitħallas biss l-ogħla dritt. Għal organizzazzjonijiet bi klassifikazzjoni Ċ u/jew D waħda jew aktar, kull klassifikazzjoni għandha tkun bi ħlas tad-dritt relattiv għall-“klassifikazzjoni Ċ”.


    Top