Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0185

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 185/2007 ta' l- 20 ta' Frar 2007 li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u Nru 819/2003 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-validità tal-miżuri tranżitorji għal impjanti tal-produzzjoni tal-bijogass u l-kompost taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 63, 1.3.2007, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2018; Impliċitament imħassar minn 32007R0185

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/185/oj

    1.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 185/2007

    ta' l-20 ta' Frar 2007

    li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u Nru 819/2003 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-validità tal-miżuri tranżitorji għal impjanti tal-produzzjoni tal-bijogass u l-kompost taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistipula r-regoli sanitarji li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għal konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula regoli sanitarji li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Minħabba n-natura stretta ta' dawn ir-regoli, ingħataw miżuri tranżitorji.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri tranżitorji li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istandards ta' pproċessar għall-materjal tal-kategorija 3 u demel użat fl-impjanti li jipproduċu l-kompost (2) jipprevedi ċerti miżuri tranżitorji sabiex jagħtu żmien lill-industrija sabiex tadatta u tiżviluppa standards alternattivi ta' pproċessar għall-materjal tal-kategorija 3 u d-demel użat f'impjanti li jipproduċu l-kompost sal-31 ta' Diċembru 2006.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2003 tat-12 ta' Mejju 2003 dwar miżuri tranżitorji li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' l-istandards ta' pproċessar għall-materjal tal-kategorija 3 u demel użat fl-impjanti li jipproduċu l-bijogass (3) jipprevedi ċerti miżuri tranżitorji sabiex jagħtu żmien lill-industrija sabiex tadatta u tiżviluppa standards alternattivi ta' pproċessar għall-materjal tal-kategorija 3 u d-demel użat f'impjanti li jipproduċu l-bijogass sal-31 ta' Diċembru 2006.

    (4)

    Fis-7 ta' Settembru 2005, l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Ikel (AESI) ħarġet opinjoni dwar is-sikurezza fir-rigward tar-riskji bijoloġiċi ta' l-istandards tat-trattament ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali għal produzzjoni tal-bijogass u l-kompost.

    (5)

    Fuq il-bażi ta' l-opinjoni ta' l-AESI msemmija hawn fuq, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 tas-7 ta' Frar li jemenda l-Annessi VI u VII għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards ta' proċessar għal impjanti ta' produzzjoni tal-bijogass u l-kompost u rekwiżiti għad-demel (4), fis-7 ta' Frar 2006, li jistipula r-rekwiżiti ta' validazzjoni għal standards alternattivi ta' pproċessar.

    (6)

    Il-miżuri tranżitorji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 ma jirrestrinġux l-operaturi kkonċernati milli jagħmlu użu mill-proċedura ta' validazzjoni introdotta bir-Regolament (KE) Nru 208/2006.

    (7)

    Standards alternattivi ta' pproċessar issa jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri jekk il-validazzjoni twettqet b'suċċess. Minkejja dan, l-Istati Membri jeħtieġu aktar żmien sabiex ilestu l-proċeduri ta' validazzjoni.

    (8)

    Barra minn dan, proċessi ta' fermentazzjoni mesofilika jintużaw ta' spiss f'ċerti reġjuni ta' l-UE. Proċessi ta' dan it-tip ma kinux indirizzati speċifikament fl-opinjoni ta' l-AESI msemmija hawn fuq. Minkejja dan, jistgħu ma jilħqux ir-rekwiżiti kollha stipulati għall-validazzjoni ta' l-istandards alternattivi ta' pproċessar. Għalhekk il-Kummissjoni ppreżentat mistoqsija lill-AESI fejn fittxet il-parir tagħha dwar is-sikurezza tal-proċessi ta' fermentazzjoni mesofilika. L-AESI qiegħda attwalment tivvaluta r-riskji possibbli ta' dan il-proċess.

    (9)

    Fl-istennija tal-parir mill-AESI u sabiex jiġi pprovdut żmien ulterjuri lill-Istati Membri għall-validazzjoni ta' proċessi alternattivi, il-miżuri tranżizzjonali previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 għandhom jiġu estiżi għal perjodu ulterjuri ta' żmien sabiex jippermettu lill-Istati Membri jawtorizzaw lill-operaturi jissuktaw japplikaw regoli nazzjonali għall-istandards ta' pproċessar għall-materjali tal-Kategorija 3 u d-demel użati fl-impjanti ta' produzzjoni tal-kompost u l-bijogass.

    (10)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

    (11)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4, tar-Regolament (KE) Nru 809/2003, id-data “31 ta' Diċembru 2006” tinbidel u ssir “30 ta' Ġunju 2008”.

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4, tar-Regolament (KE) Nru 810/2003, id-data “31 ta' Diċembru 2006” tinbidel u ssir “30 ta' Ġunju 2008”.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 20 ta' Frar 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98).

    (2)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 209/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 32).

    (3)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 209/2006.

    (4)  ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25.


    Top