This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007E0245
Council Joint Action 2007/245/CFSP of 23 April 2007 amending Joint Action 2005/557/CFSP on the European Union civilian-military supporting action to the African Union mission in the Darfur region of Sudan with regard to the inclusion of a military support element providing assistance to the setting up of the African Union Mission in Somalia (AMISOM)
2007/245/PESK: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/245/PESK tat- 23 ta’ April 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan rigward l-inklużjoni ta' element ta' appoġġ militari li jipprovdi assistenza għall-istabbiliment tal-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM)
2007/245/PESK: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/245/PESK tat- 23 ta’ April 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan rigward l-inklużjoni ta' element ta' appoġġ militari li jipprovdi assistenza għall-istabbiliment tal-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM)
ĠU L 106, 24.4.2007, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 395–396
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007E0887
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
395 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/245/PESK
tat-23 ta’ April 2007
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea għall-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan rigward l-inklużjoni ta' element ta' appoġġ militari li jipprovdi assistenza għall-istabbiliment tal-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill fit-18 ta' Lulju 2005 adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (1). |
(2) |
Fid-19 ta' Jannar 2007, il-Kunsill ta' l-Unjoni Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà stqarr l-intenzjonijiet tiegħu li jiskjera għal perijodu ta' sitt xhur missjoni għas-Somalja (AMISOM), immirata essenzjalment biex tikkontribwixxi għall-fażi ta' stabilizzazzjoni inizjali fis-Somalja. |
(3) |
Fl-20 ta' Frar 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1744 (2007) li tawtorizza lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Afrikana biex jistabbilixxu għal perijodu ta' sitt xhur missjoni fis-Somalja u tħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU biex jipprovdu persunal, tagħmir u servizzi jekk meħtiġin, għall-iskjerament b'suċċess ta' l-AMISOM. |
(4) |
Fl-4 ta' Marzu 2007, l-Unjoni Afrikana ppreżentat talba lill-Unjoni Ewropea għal tagħrif espert biex jassisti fuq bażi temporanja liċ-ċellola ta' l-ippjanar militari ta' l-AMISOM li tinsab fil-Kwartieri ta' l-UA f'Addis Ababa. |
(5) |
Fl-20 ta' Marzu 2007, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) qabel li jirrispondi pożittivament għat-talba ta' l-Unjoni Afrikana u li jagħti l-appoġġ lill-AMISOM fil-qafas ta' l-Azzjoni ta' Appoġġ ta' l-UE għall-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (AMIS). |
(6) |
B'ittra tad-29 ta' Marzu 2007, is-SĠ/RGħ informa lill-UA li l-UE tkun lesta li tipprovdi esperti dwar l-ippjanar fuq bażi temporanja u talab li l-persunal ta' l-UE li jaħdem għall-AMISOM ikun kopert mill-Konvezjoni Ġenerali dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-OUA. |
(7) |
L-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Azzjoni Konġunta tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari lill-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan u fis-Somalja”. |
2) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-Artikolu 1 L-Unjoni Ewropea b'dan tistabbilixxi azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-UE għall-AMIS II, biż-żjieda ta' element ta' appoġġ militari lill-AMISOM, hawn imsejħa ‘Azzjoni ta' Appoġġ AMIS/AMISOM ta' l-UE’. L-objettiv ewlieni ta' l-azzjoni ta' appoġġ ta' l-UE huwa li tiġi żgurata assistenza effettiva u f'waqtha ta' l-UE b'appoġġ għat-tisħiħ ta' l-AMIS II u biex ukoll tappoġġja t-twaqqif ta' l-AMISOM. L-UE għandha tirrispetta u tappoġġja l-prinċipju ta' appartenenza Afrikana u l-azzjoni ta' appoġġ ta' l-UE għanda tkun li tappoġġja lill-AU u l-isforzi tagħha politiċi, militari u tal-pulizija biex tiġi indirizzata l-kriżi fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan u s-Somalja. L-azzjoni ta' appoġġ ta' l-UE għanda tinkludi komponent ċivili u militari.” |
3) |
Fl-Artikoli 3 (1), 4 (1), 5(2), 10 and 11 (1) (a) “AMIS II” għandha tinbidel b'“AMIS II u AMISOM”. |
4) |
L-Artikolu 5 (1) għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. Is-SĠ/RGħ għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-UE fl-appoġġ għat-tisħiħ ta' l-AMIS II u ta' l-AMISOM u l-koordinazzjoni bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) u ċ-Ċellula ta' Koordinazzjoni ta' l-UE f'Addis Ababa (ACC). Is-SĠK għandu jipprovdi gwida u appoġġ lill-ACC fid-doveri tagħha ta' amministrazzjoni tal-koordinazzjoni ta' kuljum biex jiġi żgurat appoġġ koerenti u f'waqtu ta' l-UE lill-AMIS II fl-azzjonijiet tagħha ta' appoġġ politiċi, militari, tal-pulizija u azzjonijiet oħra ta' appoġġ ċivili kif ukoll it-twaqqif ta' l-AMISOM. Is-SĠK għandu jipprovdi rapporti dwar is-sitwazzjoni u aġġornamenti u valutazzjoni kemm ta' l-appoġġ ta' l-UE għall-AMIS II, kif ukoll tat-tisħiħ ta' l-AMIS II u ta' l-AMISOM għall-korpi rilevanti tal-Kunsill u jiżgura l-koordinazzjoni fil-livell strateġiku ma' donaturi oħrajn, b'mod partikolari n-NU u n-NATO.” |
5) |
Fl-Artikolu 9, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-element ta' appoġġ militari lill-ippjanar ta' l-AMISOM għandu prinċipalment jassisti liċ-ċellola għall-ippjanar strateġiku fl-ippjanar tal-missjoni ta' l-UA, inkluż l-abbozzar tal-pjan ta' skjerament ta' l-AMISOM.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ April 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46.