Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0842

    2007/842/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid tal- Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5898)

    ĠU L 332, 18.12.2007, p. 80–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2011; Imħassar b' 32011D0787

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/842/oj

    18.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 332/80


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Diċembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid tal-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5898)

    (2007/842/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità (1), b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE (2), it-tuberi tal-Solanum tuberosum L., li joriġinaw fl-Eġittu, bi prinċipju m’għandhomx jiġu introdotti fil-Komunità. Madankollu, għall-istaġun ta’ l-importazzjoni 2006/2007 id-dħul fil-Komunità ta’ tuberi bħal dawn kien permess minn dawk “iż-żoni li huma ħielsa minn annimali jew insetti qerrieda” u kien suġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi.

    (2)

    Matul l-istaġun ta’ l-importazzjoni 2006/2007 ġiet irreġistrata interċettazzjoni waħda ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith.

    (3)

    L-Eġittu rreaġixxa għal din l-interċettazzjoni b’mod sodisfaċenti. Iż-żona rispettiva tneħħiet mil-lista taż-“żoni li huma ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara” għall-istaġun ta’ l-importazzjoni 2007/2008.

    (4)

    Fid-dawl ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Eġittu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li m’hemmx riskju li jinfirex il-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith meta jidħlu t-tuberi tas-Solanum tuberosum L. fil-Komunità minn żoni fl-Eġittu li huma “ħielsa minn organiżmi qerrieda”. Dan sakemm ikunu rispettati kundizzjonijiet speċifiċi.

    (5)

    Id-dħul fil-Komunità tat-tuberi ta’ Solanum tuberosum L., li joriġina “f”żoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara fl-Eġittu, għandhom għalhekk jiġu permessi għall-istaġun ta’ l-importazzjoni ta’ l-2007-2008.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2004/4/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2004/4/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, “2006/2007” tinbidel b’ “2007/2008”.

    (2)

    Fl-Artikolu 4, “il-31 ta’ Awwissu 2007” tinbidel b’ “il-31 ta’ Awwissu 2008”.

    (3)

    Fl-Artikolu 7, “it-30 ta’ Settembru 2007” tinbidel b’ “it-30 ta’ Settembru 2008”.

    (4)

    L-Anness huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-punt 1(b)(iii), “2006/2007” tinbidel b’ “2007/2008”,

    (b)

    fit-tieni inċiż tal-punt 1(b)(iii), “l-1 ta’ Jannar 2007” tinbidel b’ “l-1 ta’ Jannar 2008”;

    (ċ)

    fil-punt 1(b)(xii), “l-1 ta’ Jannar 2007” tinbidel b’ “l-1 ta’ Jannar 2008”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

    (2)  ĠU L 2, 6.1.2004, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/749/KE (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 47).


    Top