Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0817

2007/817/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-reammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni

ĠU L 334, 19.12.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/817/oj

Related international agreement
Related international agreement

19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 334/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Novembru 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-reammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni

(2007/817/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-punt 3(b) ta' l-Artikolu 63, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

BILLI:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ewropea Ftehim ma' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-re-ammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni.

(2)

Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f’isem il-Komunità Ewropea, fit-18 ta' Settembru 2007 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, skond Deċiżjoni tal-Kunsill adottata fit-18 ta' Settembru 2007.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt dwar ir-Re-ammissjoni li jista’ jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi pprovduta proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja f’dan il-każ.

(5)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Skond l-Artikolu 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda mhijiex ser tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-re-ammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 22 tal-Ftehim (2).

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt dwar ir-Reammissjoni stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar ir-Re-ammissjoni rigward l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ skond l-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Novembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PEREIRA


(1)  Opinjoni mogħtija fl-24 ta' Ottubru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


SKAMBJU TA' ITTRI

Brussels, 18 September 2007

Ms. Gordana Jankulovska,

Minister of Interior of the former

Yugoslav Republic of Macedonia.

Dear Minister,

We have the honour to propose that, if it is acceptable to your Government, this letter and your confirmation shall together take the place of signature of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on readmission of persons residing without authorisation.

The text of the aforementioned Agreement, herewith annexed, has been approved for signature by a decision of the Council of the European Union of today's date.

Please accept, Minister, the assurance of our highest consideration.

For the European Community

Image Image

Courtesy translation

Brussels, 18 September 2007

Dear Sirs,

On behalf of the Government of the Republic of Macedonia I have the honour to acknowledge receipt of your letter dated 18th September 2007 regarding the signature of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Community on the readmission of persons residing without authorisation, together with the attached text of the Agreement.

I hereby declare that the Government of the Republic of Macedonia agrees with the provisions of the Agreement between the Republic of Macedonia and the European Community on the readmission of persons residing without authorisation and considers the Agreement as being signed with this Exchange of Letters.

However, I declare that the Republic of Macedonia does not accept the denomination used for my country in the above-referred documents, having in view that the constitutional name of my country is the Republic of Macedonia.

Please accept, Sirs, the assurances of my highest consideration.

Gordana Jankuloska

Dr. Rui Carlos Pereira

Minister of Internal Administration of the Republic of Portugal

Mr. Franco Frattini

Vice-President of the European Commission

Брисел, 18 септември 2007 година

Почитувани Господа,

Во името на Владата на Република Македонија имам чест да го потврдам приемот на Вашето писмо датирано на 18 септемвpи 2007 година, кое се однесува на потпишувањето на Спогодбата помеѓу Република Македониja и Европсkата Заедница за преземаље на лица со незаконски престој, заедно со приложениот текст на Спогодбатa.

Изjавувам дека Владата на Република Македониjа е согласна со одредбите на Спогодбата помеѓу Република Македонија и Европската Заедница за преземање на лица со незаконски престој и смета дека со оваа размена на писма Спогодбата е потпишана.

Сепак, изјавувам дека Република Македонија не ја прифаќа деноминацијата употребена за мојата земја во погоре наведените документи, имајќи предвид дека уставното име на мојата земја е Република Мakедонија.

Пpимете ги Господа, изразите на моето највисоко почитување.

Гордана Јанкулоска

Image

Г-дин Руи Карлос Переира

Министеp за внатрешната администрација на Република

Португалија Совет на Европската унија

Г-дин Франко Фратини

Потпретседател hа Европската комисија

Brussels, 18 September 2007

Ms. Gordana Jankulovska,

Minister of Interior of the former

Yugoslav Republic of Macedonia.

Dear Minister,

We have the honour to acknowledge receipt of your letter of today's date.

The European Community notes that the Exchange of Letters between the European Community and the Former Yugoslav Republic of Macedonia, which takes the place of signature of the Agreement between the European Community and the former Yugoslav Republic of Macedonia on readmission of persons residing without authorisation, has been accomplished and that this cannot be interpreted as acceptance or recognition by the European Community in whatever form or content of a denomination other than the “former Yugoslav Republic of Macedonia”.

Please accept, Minister, the assurance of our highest consideration.

For the European Community

Image Image


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni

IL-PARTIJIET KUNTRAENTI L-GĦOLJIN

IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

u

L-EKS-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA,

DETERMINATI li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali b’mod aktar effettiv,

FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq il-bażi tar-reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u d-dħul lura sikur u ordinat ta’ persuni li ma jilħqux, jew li m’għadhomx jilħqu, il-kondizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni;

FILWAQT LI JENFASIZZAW li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jgħoddux għad-Danimarka skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

FILWAQT LI JQISU l-Artikolu 76.2 tal-Ftehim dwar l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni (1), li jimponi obbligu fuq il-Partijiet li jikkonkludu ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid fuq talba,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Partijiet Kuntraenti” tfisser l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Komunità;

(b)

“ammissjoni mill-Ġdid” għandha tfisser it-trasferiment mill-Istat li jagħmel it-talba u l-ammissjoni mill-Istat li lilu saret it-talba ta’ persuni (persuni ta' nazzjonalità ta’ l-Istat stess li lilu saret it-talba, persuni ta' nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat) li nstabu deħlin, preżenti jew residenti illegalment fl-Istat li jagħmel it-talba, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim;

(c)

“Persuna ta’ nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha;

(d)

“Persuna ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità kif definit għal skopijiet Komunitarji, ta’ Stat Membru;

(e)

“Stat Membru” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief ir-Renju tad-Danimarka;

(f)

“Persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhijiex ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri;

(g)

“Persuna mingħajr stat” tfisser kwalunkwe persuna li m’għandhiex nazzjonalità;

(h)

“Awtorizzazzjoni ta’ residenza” għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju ta’ l-istati msemmija in konnessjoni ma’ l-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza;

(i)

“Viża” għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn xi wieħed mill-Istati Membri, li hija meħtieġa biex persuna tidħol, jew tgħaddi mit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan m’għandux jinkludi l-kategorija speċifika tal-viża ta’ tranżitu fl-ajruport;

(j)

“Stat li għamel it-talba” għandu jfisser l-Istat (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri) li ssottometta applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew applikazzjoni ta’ tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(k)

“Stat li lilu saret it-talba” għandu jfisser l-Istat (l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri) li lilu hija indirizzata applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew applikazzjoni għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim;

(l)

“L-Awtorità Kompetenti” għandha tfisser kull awtorità nazzjonali ta' l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skond l-Artikolu 19 (1) (a) tiegħu

(m)

“Reġjun fuq il-fruntiera” għandha tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif ukoll it-territorji ta’ l-ajruporti internazzjonali ta’ l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(n)

“Tranżitu” għandu jfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju tal-pajjiż li saritlu t-talba waqt il-vjaġġ mill-Istat li għamel it-talba sal-pajjiż tad-destinazzjoni.

TAQSIMA I.

OBBLIGI TA' AMMISSJONI MILL-ĠDID MINN L-EKS-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA

Artikolu 2

Lqugħ mill-ġdid tal-persuni ta’ nazzjonalità l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

1.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, lill-persuni kollha li ma jissoddisfawx, jew li m’għadhomx jissodisfaw, il-kondizzjonijiet legali tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandhom nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

2.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid, fejn possibbli, fl-istess ħin:

ulied minorenni mhux miżżewġa sa l-età ta’ 18-il sena tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza t-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun għamel it-talba;

konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba.

3.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn meta daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas garantiti n-naturalizzazzjoni minn xi wieħed mill-Istati Membri.

4.   Wara li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tkun tat risposta pożittiva għall-applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ 30 jum. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien 14-il jum tal-kalendarju l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tkunx ħarġet id-dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ġdid ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (2).

5.   Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta' stat terz minbarra n-nazzjonalità ta’ l-Istat lil lilu saret it-talba, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi.

Artikolu 3

Lqugħ mill-ġdid ta' persuni pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

1.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx, jew m'għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba kemm-il darba ma jiġix ippruvat, jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq il-bażi ta’ provi prima facie provduti, li dawn il-persuni.

(a)

għandhom fil-pussess tagħhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom fil-pussess tagħhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jew

(b)

daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta’ l-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

2.   L-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ipprovdut f’paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk

(a)

il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jew

(b)

l-Istat Membru li għamel it-talba ħareġ lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza sakemm

dik li l-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li tiskadi wara; jew

il-viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mill-Istat Membru li għamel it-talba nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz, u dik il-persuna żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; jew

dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża u dik il-persuna żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

3.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru, lil persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra u li l-post tat-twelid tagħhom, u l-post ta’ residenza permanenti tagħhom fit-8 ta’ Settembru 1991, kienu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

4.   Wara li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tagħti tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid, l-Istat Membru li Għamel it-Talba, fejn meħtieġ, joħroġ lill-persuna li l-ammissjoni mill-ġdid tagħha jkun ġie aċċettat id-dokument ta' l-ivjaġġar standard ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (2).

TAQSIMA II.

OBBLIGI TA’ L-AMMISSJONI MILL-ĠDID MILL-KOMUNITÀ

Artikolu 4

Lqugħ mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri

1.   Stat Membru għandu jħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan l-Ftehim, lill-persuni kollha li ma jissodisfawx jew m'għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet legali tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjali jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid, fejn possibbli, fl-istess ħin:

ulied minorenni mhux miżżewġa sa l-età ta’ 18-il sena tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

3.   Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità ta’ Stat Membru minn meta daħlu fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas garantiti n-naturalizzazzjoni mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

4.   Wara li l-Istat Membru li lilu saret it-talba ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ 30 jum. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità.

5.   Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta' stat terz minbarra dik ta’ l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi.

Artikolu 5

lqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi tezi u persuni mingħajr stat

1.   Stat Membru għandu jħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, lill-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma jissodisfawx jew m'għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni

(a)

għandhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew

(b)

daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta' l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba.

2.   L-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ipprovdut f’paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk

(a)

il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienu biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew

(b)

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ħarġet lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha, kemm-il darba

dik il-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba, li tiskadi wara; jew

il-viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz u l-persuna kkonċernata żaret, jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba, jew

dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża u dik il-persuna żaret, jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba.

3.   L-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, l-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta jkunu diġà skadew, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu skadew, l-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta’ l-iskadenza l-aktar riċenti. Jekk ma jistgħux jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti, l-obbligu ta’ l-ammissjoni mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru ta’ l-aħħar ħruġ.

4.   Wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fejn meħtieġ toħroġ lill-persuna li l-ammissjoni mill-ġdid tagħha ikun ġie aċċettat, id-dokument ta' l-ivjaġġar meħtieġ biex din tmur lura.

TAQSIMA III

PROĊEDURA TA’ LQUGĦ MILL-ĠDID

Artikolu 6

Prinċipji

1.   Suġġett għall-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 2 sa 5 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba.

2.   M’għandha tkun meħtieġa ebda applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid fejn il-persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid għandha fil-pussess tagħha dokument ta' l-ivjaġġar validu u, fejn jgħodd, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza validi ta’ l-Istat li lilu tkun saret it-talba.

3.   Jekk persuna ġiet imwaqqfa fir-reġun tal-fruntiera (inklużi l-ajruporti) ta’ l-Istat li għamel it-talba wara li din tkun qasmet il-fruntiera illegalment hija u ġejja direttament mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba, l-Istat li jagħmel it-talba jista’ jissottometti applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li din il-persuna tkun ġiet imwaqqfa (il-proċedura aċċellerata).

Artikolu 7

Applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid

1.   Sa fejn possibbli, kull applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi ammessa mill-ġdid (eż., ismijet, kunjomijiet, data tat-twelid u — fejn possibbli — post tat-twelid u l-aħħar post ta’ residenza u d-dettalji tal-ġenituri tagħha) u, fejn xieraq, id-dettalji ta’ l-ulied minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjuġi;

(b)

indikazzjoni tal-mezzi li bihom l-evidenza jew l-evidenza prima facie tan-nazzjonalità, tat-tranżitu, il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza illegali se tiġi provduta;

(ċ)

ritratt tal-persuna kkonċernata.

2.   Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid għandu jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tkun trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija;

(b)

kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment.

(3)   Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ lqugħ mill-ġdid hija mehmuża bħala l-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Mezzi ta’ prova dwar in-nazzjonalità

1.   Mingħajr preġudjzzju għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali rilevanti, il-prova dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jirrikonoxxu reċiprokament in-nazzjonalità mingħajr ebda ħtieġa ta’ verifika ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz.

2.   Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jaċċettaw li preżunzjoni tan-nazzjonalità ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz.

3.   Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex tintervista lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

Artikolu 9

Mezzi ta’ prova dwar persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat

1.   Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Tali prova għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri.

2.   Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jaċċettaw li ġiet stabbilita preżunzjoni tal-kondizzjonijiet, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor.

3.   L-illegalità tad-dħul, preżenza jew residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsa l-viża neċessarja jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għat-territorju ta’ l-Istat li għamel it-talba. Stqarrija mill-Istat li għamel it-talba li l-persuna kkonċernata nstabet li ma kellhiex id-dokumenti tal-vjaġġ, il-viża jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza neċessarji għandha wkoll tkun evidenza prima facie tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza illegali.

4.   Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja stabbiliti fl-Artikolu 3 (3) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 5b ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tqis li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma tkunx tista’ tipprova mod ieħor.

5.   Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Anness 5 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatika u konsulari kompetenti ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom, fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex jintervistaw lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn 3 ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

Artikolu 10

Termini

1.   L-applikazzjoni għall-ammissjoni mill-ġdid għandha tkun sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba mhux aktar tard minn sena wara li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li għamel it-talba tkun saret taf li persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tilħaqx, jew m’għadhiex tilħaq, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni fil-ħin, it-terminu għandu, fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli.

2.   Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta’ ammissjoni mill-ġdid

fi żmien jumejn ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(3));

fi żmien 14-il jum tal-kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Dawn it-termini jibdew jgħoddu mid-data meta hija rċevuta t-talba għall-ammissjoni mill-ġdid. Jekk mhemm ebda risposta f’dan it-terminu, jitqies li sar qbil dwar it-trasferiment.

3.   Għandhom jingħataw raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ talba għall-ammissjoni mill-ġdid.

4.   Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-termini ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn fi żmien tliet xhur. Fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, dan it-terminu għandu jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu ttrattati l-ostakoli legali jew prattiċi.

Artikolu 11

Modalitajiet tat-trasferiment u l-mezzi tat-trasport

1.   Qabel ma persuna tintbagħat lura l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub minn qabel dwar id-data tat-trasferiment, il-punt tad-dħul, il-possibbiltà ta’ skorta, u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment.

2.   It-trasport jista’ jsir bl-ajru, bil-baħar jew bl-art. Ir-ritorn bl-ajru m’għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi bl-ajru nazzjonali ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew b’titjiriet ta’ ajruplani mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti m’għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati ta’ l-Istat li għamel it-talba, kemm-il darba huma persuni awtorizzati mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjajew minn kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 12

L-ammissjoni mill-ġdid bi żball

L-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna li tħalliet tidħol mill-ġdid mill-Istat li lilu tkun saret it-talba, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim ma ntlaħqux.

F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li tkun se tittieħed lura.

TAQSIMA IV

OPERAZZJONIJIET TA’ TRANŻITU

Artikolu 13

Il-Prinċipji

1.   L-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni.

2.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja titlob dan, jekk ikunu assigurati l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni li jgħaddi minn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u l-ammissjoni mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni.

3.   It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn Stat Membru

(a)

jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat hija f’riskju li tkun suġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(b)

jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikunu suġġetti għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat li lilu tkun saret it-talba jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew

(ċ)

minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali ta’ l-Istat li lilu tkun saret it-talba.

4.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk jinqalgħu jew jitfaċċaw iċ-ċirkustanzi li saret referenza għalihom fil-paragrafu 3 li jżommu milli ssir l-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni lejn Stati possibbli ta’ tranżitu jew l-ammissjoni mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jibqgħux assigurati. F’dan il-każ, l-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien.

Artikolu 14

Il-Proċedura tat-tranżitu

1.   Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru, bil-baħar jew bl-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata;

(b)

id-dettalji tal-persuna kkonċernata (per eżempju l-isem, il-kunjom, l-isem ta’ xebba, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid u — fejn possibbli — il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru ta’ dokument tal-vjaġġ);

(ċ)

fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul u l-użu possibbli ta’ l-iskorti;

(d)

dikjarazzjoni li fil-fehma ta’ l-Istat li għamel it-talba il-kondizzjonijiet taħt l-Artikolu 13 (2) intlaħqu, u ma hija magħrufa ebda raġuni għar-rifjut skond l-Artikolu 13 (3).

Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu hija mehmuża ma’ Anness 7 ta’ dan il-Ftehim.

2.   Fi żmien hamest ijiem tal-kalendarju l-Istat li lilu saret it-talba għandu jinforma bil-miktub lill-Istat li għamel it-talba dwar l- ammissjoni, jikkonferma l-punt tad-dħul u l-punt ippjanat ta’ l- ammissjoni, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta’ l-ammissjoni u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

3.   Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tintlaqa lura u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu ta’ l-ajruport.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ amenitajiet xierqa għal dak l-iskop.

TAQSIMA V.

SPEJJEŻ

Artikolu 15

Spejjeż tat-Trasport u t-Tranżitu

Bla preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta ma’ l-ammissjoni mill-ġdid mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport marbuta ma’ l-ammissjoni mill-ġdid u t-tranżitu sal-fruntiera ta’ l-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat li għamel it-talba.

IT-TAQSIMA VI.

IL-KLAWŻOLA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA U TAN-NUQQAS TA’ EFFETT

Artikolu 16

Protezzjoni tad-Data

Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ Stat Membru skond il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi ta’ l-EksRepubblika Jugoslava tal-Maċedonja u, fejn il-kontrollur huwa awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE (3) u tal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottati skond id-direttiva. Għandhom jgħoddu wkoll il-prinċipji li ġejjin:

(a)

id-data personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali;

(b)

id-data personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop;

(ċ)

id-data personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni ma’ l-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id-data personali komunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej:

id-dettalji tal-persuna li ser tiġi ttrasferita (eż, ismijiet, kunjomijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti);

il-passaport, il-karta ta’ l-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ);

waqfiet u itinerarji;

informazzjoni oħra meħtieġa biex tkun identifikata l-persuna li ser tkun trasferita jew biex ikunu eżaminati r-rekwiżiti ta’ ammissjoni mill-ġdid skond dan il-Ftehim.

(d)

id-data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata.

(e)

id-data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-iskop li għalih inġabret id-data jew li kompliet tiġi proċessata;

(f)

kemm l-awtorità li tikkomunika d-data personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad-data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikoli, b’mod partikolari għaliex dik id-data mhijiex xierqa, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward ta’ l-iskop ta’ l-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kull korrezzjoni, tħassir jew imblukkar ta’ data bħal din lill-Parti l-oħra;

(g)

fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità komunikanti dwar l-użu tad-data komunikata u r-riżultati miksuba minn dan.

(h)

Id-data personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri, lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti komunikanti.

(i)

l-awtorità kompetenti komunikanti u l-awtorità kompetenti li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad-data personali.

Artikolu 17

Klawżola ta’ nuqqas ta’ effett

1.   Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, minn

il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istat tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati;

il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall-kenn li jkunu ġew sottomessi;

il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

il-Konvenzjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti;

il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu;

il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija.

2.   Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jrażżan ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti oħrajn formali jew informali.

TAQSIMA VII.

IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI

Artikolu 18

Kumitat konġunt ta’ l-ammissjoni mill-ġdid

1.   Il-Partijiet Kuntraenti għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-iskop, għandhom jaħtru kumitat konġunt ta’ l-ammissjoni mill-ġdid (minn hawn ’il quddiem magħruf bħala “il-Kumitat”) li se jkollu b'mod partikolari l-kompitu

(a)

li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)

li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim;

(ċ)

li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skond l-Artikolu 19;

(d)

li jagħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kuntraenti.

3.   Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kuntraenti.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 19

Protokolli ta’ Implimentazzjoni

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru jew ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Stat Membru għandhom ifasslu Protokoll ta’ Implimentazzjoni li għandu jkopri regoli dwar

(a)

il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt u l-lingwa tal-komunikazzjoni;

(b)

il-modalitajiet għar-ritorn taħt il-proċedura aċċellerata;

(ċ)

il-kondizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jkollhom skorta magħhom;

(d)

mezzi u dokumenti minbarra dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 5 ta’ dan il-ftehim.

2.   Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi notifikat il-Kumitat ta’ l-ammissjoni mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 18.

3.   L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ Implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ xi Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar.

Artikolu 20

Relazzjoni ma ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ l-Istati Membri

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni li kienu, jew jistgħu jiġu skond l-Artikolu 19, konklużi bejn Stati Membri individwali u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ta’ l-aħħar huma inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim.

IT-TAQSIMA VIII.

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

L-applikazzjoni territorjali

1.   Bla ħsara għall-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 21, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju fejn jgħodd it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komuntià Ewropea u fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

2.   Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka.

Artikolu 22

Id-dħul fis-seħħ, it-terminu u t-terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kuntraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew konklużi.

3.   Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat.

4.   Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja, kompletament jew parzjalment, dan il-Ftehim billi tinnotifika lilll-Parti Kontraenti l-oħra u wara li tkun l-ewwel ikkonsultat lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 18, tissospendi temporanjament, għal kollox jew parzjalment, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr nazzjonalità, għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-protezzjoni ta’ l-ordni pubblika jew is-saħħa pubblika. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum tan-notifika.

5.   Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja dan il-Ftehim billi tinnotifika l-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim jieqaf jgħodd sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 23

Annessi

L-Annessi 1 sa 7 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.


(1)  ĠU L 84, 20.3.2004.

(2)  Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat-30 ta’ Novembru 1994.

(3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281 tat- 23.11.1995, p. 31).

ANNESS 1

Lista komuni ta’ dokumenti għall- prova ta’ nazzjonalità (artikoli 2 (1), 4 (1) u 8 (1))

passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati ta’ l-emerġenza inklużi l-passaporti tat-tfal);

karti ta’ l-identità (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji);

karti ta’ l-identità militari;

kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani;

ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokument ieħor ta’ identifikazzjoni li fih ritratt tal-persuna tiegħu.

ANNESS 2

Lista komuni ta’ dokumenti li l-preżentazzjoni tagħhom titqies prova prima facie ta’ nazzjonalità (Artikoli 2 (1), 4 (1) u 8 (2))

fotokopji ta’ kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim;

kotba tas-servizz jew fotokopji tagħhom;

liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom;

ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom;

dikjarazzjonijiet uffiċjali ta’ xhieda kredibbli;

dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa li titkellem, inkluż permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Annes, it-terminu “test uffiċjali” ifisser test imħejji jew imwettaq mill-awtoritajiet ta’ l-Istat li għamel it-talba u validat mill-Istat li lilu saret it-talba;

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata

dokumenti elenkati fl-Anness 1 li l-validità tagħhom tkun skadiet.

ANNESS 3

Lista komuni ta’ dokumenti li jitqiesu prova tal-kondizzjonijiet għall-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat (artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (1))

timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż., fotografika);

dokument validu, eż., viża u/jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Istat li lilu saret it-talba, għal żjara permessa fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba.

biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bil-baħar li juru l-preżenza ta’ l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba;

dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula mill-impjegati ta’ l-awtorità tal-fruntieri li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera;

ANNESS 4

Lista komuni ta’ dokumenti li jitqiesu prova prima facie tal-kund għall-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat (artikoli 3 (1), 5 (1) u 9 (2))

dikjarazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet rilevanti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba, tal-post u ċ-ċirkostanzi li fihom ġiet interċettata l-persuna kkonċernata wara li daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat;

informazzjoni relatata ma’ l-identità u/jew iż-żjara ta’ persuna li tkun ġiet provduta minn organizzazzjoni Internazzjonali;

dokumenti, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (eż., kontijiet tal-lukandi, karti ta’ l-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba;

informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija ta’ l-ivjaġġar;

dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.

ANNESS 5

Lista ta’ dokumenti li jitqiesu bħala prova prima facie tal-kundizzjonijiet ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja (artikoli 3(3), 9(4))

ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom maħruġa minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja;

dokumenti pubbliċi jew fotokopji tagħhom maħruġa mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, li jispeċifikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3).

Dokumenti jew ċertifikati oħrajn jew fotokopji tagħhom li jindikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti fit-territorju ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

Dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi.

ANNESS 6

Image

Image

Image

ANNESS 7

Image

Image

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 2(2) U 4(2)

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni, il-Partijiet għandhom jagħmlu sforzi sabiex jieħdu miżuri xierqa biex iżommu sa fejn possibbli l-unità u l-integrità tal-familja. Għal dan l-għan il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex iħallu jidħlu mill-ġdid lill-membri tal-familja fi żmien raġonevoli.

L-applikazzjoni tal-prinipju ta’ l-unità u l-integrità tal-familja għandha b’mod partikolari tkun is-suġġett ta’ sorveljanza mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 18.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 2(3) U 4(3)

Il-Partijiet Kuntraenti jinnutaw li, skond il-liġijiet dwar in-nazzjonalità ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u ta’ l-Istati Membri, mhuwiex possibbli għal ċittadin ta’ l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew ta’ l-Unjoni Ewropea li jiġu mċaħħda min-nazzjonalità tagħhom.

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fi żmien xieraq, jekk tinbidel din is-sitwazzjoni legali.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ARTIKOLI 3 U 5

Il-partijiet se jippruvaw jibagħtu lura kull persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet legali fis-seħħ għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji rispettivi tagħhom, lill-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DANIMARKA

“Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u d-Danimarka jikkonkludu ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.”

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-IŻLANDA U N-NORVEĠJA

“Il-Partijiet jinnutaw ir-relazzjoni b'saħħitha bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja u l-Iżlanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkonkludi ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.”

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-IŻVIZZERA

“Il-Partijiet jinnutaw li l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. Ladarba dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jidħol fis-seħħ, jidher xieraq li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tikkonkludi ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid ma’ l-Iżvizzera taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim.”


Top