This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0478
2007/478/EC: Commission Decision of 25 June 2007 on the compatibility with Community law of measures taken by Ireland pursuant to Article 3a(1) of Council Directive 89/552/EEC on the coordination of certain provisions laid down by law, regulation or administrative action in Member States concerning the pursuit of television broadcasting activities
2007/478/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Irlanda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni
2007/478/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Irlanda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni
ĠU L 180, 10.7.2007, p. 17–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 180/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2007
dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità, tal-miżuri meħuda mill-Irlanda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni
(2007/478/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3a(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva 89/552/KEE,
Billi:
(1) |
B'ittra tas-7 ta’ Novembru 2002, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dwar miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE. |
(2) |
Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur min din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, b'mod partikulari dwar il-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta’ konsultazzjoni nazzjonali. |
(3) |
Fl-eżami tagħha, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli fil-media Irlandiża. |
(4) |
Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza ewlenija għas-soċjetà inklużi fil-miżuri Irlandiżi, tħejjiet b'mod ċar u trasparenti u tnediet konsultazzjoni wiesgħa fl-Irlanda. |
(5) |
Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-attivitajiet elenkati fil-miżuri Irlandiżi laħqu minn ta’ l-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin, meqjusa bħala indikaturi ta’ min joqgħod fuqhom ta’ l-importanza ta’ l-avvenimenti, għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhux sempliċement sinifikat għal dawk li normalment isegwu l-isport jew attività konċernata; (ii) importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawh udjenzi televiżivi kbar. |
(6) |
Numru ta’ avvenimenti elenkati fil-miżuri Irlandiżi, fosthom l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa, il-finali tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tal-futbol li jinvolvu t-tim nazzjonali Irlandiż, kif ukoll il-logħba tal-ftuħ, is-semifinali u l-finali ta’ dawn it-turnej, jaqgħu taħt din il-kategorija ta’ avvenimenti tradizzjonalment ikkunsidrati ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif jissemmew b'mod espliċitu fi premessa 18 tad-Direttiva 97/36/KE. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fl-Irlanda, għaliex huma partikolarment popolari mal-pubbliku in ġenerali u mhux sempliċement ma’ dawk li normalment isegwu l-avvenimenti sportivi. Barra minn hekk, il-logħbiet ta’ l-Irlanda fit–Tazza tad-Dinja u fil-Kampjonati Ewropej, għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Irlandiża, b'mod partikulari bħala katalista għall-identita kulturali Irlandiża. Dawk il-logħbiet iservu bħala punt ċentrali għas-soċjetà ġenerali, u jgħinu fil-ħolqien ta’ sens ta’ identità nazzjonali u unur għall-fatt li tkun Irlandiż. |
(7) |
Il-logħob ta’ kwalifikazzjoni ta’ l-Irlanda f'darhom u barra minn darhom, tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA għandhom qbil ġenerali u speċjali fl-Irlanda, li jmur lil hinn minn dawk li normalment isegwu l-isport. |
(8) |
Il-Gaelic futbol u l-hurling huma sport distinti Irlandiżi. Għalhekk, il-finali ta’ l-'All-Ireland Senior Inter-County Football and Hurling Finals' għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Irlandiża, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali. |
(9) |
Fl-Irlanda, ir-ragbi jintlagħab fuq bażi organizzata madwar il-pajjiż kollu. Għalhekk, il-logħbiet ta’ l-Irlanda fil-Kampjonat tas-Sitt Nazzjonijiet u l-finali tat-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-ragbi għandhom qbil ġenerali u speċjali għall-poplu Irlandiż. Il-logħbiet ta’ l-Irlanda fil-finali tat-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-ragbi jinvolvu lit-tim nazzjonali Irlandiż f'turnew ewlieni, għalhekk għandhom impatt fuq l-identità nazzjonali Irlandiża. |
(10) |
Ir-reżonanza ġenerali u speċjali tat-tiġrijiet taż-żwiemel u ta’ l-isport ekwestru elenkati, fl-Irlanda, tirriżulta mill-impatt kbir li l-industrija Irlandiża taż-żwiemel għandha fuq il-komunitajiet rurali madwar il-pajjiż. Il-Grand National Irlandiż u d-Derby Irlandiż huma l-aktar tiġrijiet taż-żwiemel importanti fl-Irlanda. Minħabba l-importanza tat-tiġrijiet taż-żwiemel għat-turiżmu u r-reputazzjoni internazzjonali ta’ l-Irlanda, dawk l-avvenimenti għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni Irlandiża, bħala katalista għall-identità kulturali nazzjonali. It-Tazza tan-Nazzjonijiet waqt il-Wirja taż-Żwiemel ta’ Dublin ukoll għandha importanza distinta kulturali peress li tippromwovi id-dixxiplina tax-show jumping Irlandiż u tiġbed lejha l-aqwa timijiet tad-dinja tax-show jumping. |
(11) |
L-avvenimenti elenkati kienu tradizzjonalment imxandra fuq it-televiżjoni bla ħlas u kienu jarawhom udjenzi televiżivi kbar fl-Irlanda. |
(12) |
Il-miżuri Irlandiżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li servizzi jiġu provduti abbażi ta’ raġuni ta’ interess predominanti għall-pubbliku, li għandha tiżgura aċċess wiesgħa għall-pubbliku għal xandiriet ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà. |
(13) |
Il-miżuri Irlandiżi huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għall-fatt li d-definizzjoni ta’ xandâra kwalifikati li jxandru avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu kompetizzjoni attwali u potenzjali għall-kisba tad-drittijiet tax-xandir ta’ dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, in-numru ta’ avvenimenti elenkati mhux sproporzjonat tant li jgħawweġ il-kompetizzjoni għas-swieq tat-televiżjoni bla ħlas u bi ħlas. |
(14) |
Wara komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda mill-Irlanda u konsultazzjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 23a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, id-Direttur Ġenerali għall-Edukazzjoni u l–Kultura informa lill-Irlanda permezz ta’ ittra fl-10 ta’ Frar 2003, li l-Kummissjoni Ewropea ma hix bi ħsiebha toġġezzjona għall-miżuri notifikati. |
(15) |
Il-miżuri Irlandiżi kienu addottati fit-13 ta’ Marzu 2003. |
(16) |
Dawk il-miżuri ġew pubblikati fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE. |
(17) |
Mis-sentenza tal-Qorti ta’ Prim Istanza fil-Każ T-33/01 Infront WM v Kummissjoni jirriżulta, li d-dikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità, u jikkostitwixxu deċiżjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE, li għalhekk jeħtieġ li jiġu addottati mill-Kummissjoni. Skond dan, jeħtieġ li permezz ta’ din id-Deċiżjoni jiġi dikjarat li l-miżuri notifikati mill-Irlanda jkunu kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità. Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Irlanda u mfassla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-miżuri notifikati mill-Irlanda lill-Kummissjoni fis-7 ta’ Novembru 2002 skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552/KEE kif ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea Ċ100 tas-26 ta’ April 2003, huma kompatibbli mal-liġijiet tal-Komunità.
Artikolu 2
Il-miżuri, kif finalment meħuda mill-Irlanda u stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997 p. 60).
(2) ĠU Ċ 100, 26.4.2003, p. 12.
ANNESS
Pubblikazzjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv
Il-miżuri meħuda mill-Irlanda li għandhom jiġu ppubblikati skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552/KEE huma kif ġej:
“NUMRU 28 TA' L-1999
Att dwar ix-xandir (trażmissjonijiet ta' avvenimenti televiżivi ewlenin) 1999
IT-tqassim tas-sezzjonijiet
Sezzjoni
1. |
Interpretazzjoni |
2. |
L-għażla ta' avvenimenti ewlenin |
3. |
Konsultazzjoni |
4. |
Id-dmirijiet tax-xandâra lejn avvenimenti magħżula |
5. |
Id-dmirijiet tax-xandâra lejn avvenimenti ta' l-Istati Membri |
6. |
Ir-rimedji ċivili |
7. |
Rati raġonevoli tas-suq |
8. |
Titolu qasir |
Atti Msemmija
Att tal-Komunitajiet Ewropej, Nru 27 ta' l-1972
Att tal-Komunitajiet Ewropej (Emenda), Nru 25, ta' l-1993
Att dwar ix-xandir (trażmissjonijiet ta' avvenimenti televiżivi ewlenin) 1999
Att li jipprovdi għal trażmissjoni bit-televiżjoni ta' avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjeta, biex jagħti effett lill-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/36/KE tat-30 ta’ Ġunju 1997, u biex jipprovdi għal kwistjonijiet relatati oħrajn. [13 ta’ Novembru 1999] għandu jiġi ddigritat mill-oireachtas kif ġej:
(1) |
F'dan l-Att
|
(2) |
Ix-xandâra li ġejjin huma meqjusa bħala xandâra li jikkwalifikaw:
|
(3) |
Għall-finijiet ta' subsezzjoni (2), żewġ xandâra jew aktar li jidħlu f'kuntratt jew arranġament biex jipprovdu flimkien trażmissjoni kważi universali ta' avveniment miftiehem għandhom jitqiesu bħala xandâr wieħed fejn għandu x'jaqsam dak l-avveniment. |
(4) |
Xandâr jista' jitlob lill-Ministru li jħoll kwistjoni dwar sa fejn jasal servizz televiżiv bla ħlas provdut minn xandâr fl-Istat għall-finijiet ta' subsezzjoni (2) u għad-definizzjoni ta' ‘trażmissjoni kważi universali’ f'subsezzjoni (1). |
(5) |
Il-Ministru jista' jikkonsulta ma' kwalunkwe espert tekniku jew persuni oħrajn jew korpi li hu jew hi jikkonsidra xierqa qabel isolvi l-kwistjoni taħt subsezzjoni (4). |
(6) |
F'dan l-Att
|
(1) |
Il-Ministru jista' b'ordni
|
(2) |
Il-Ministru għandu jikkonsidra ċ-ċirkostanzi kollha u b'mod partikolari tal-kriterji li ġejjin sabiex issir nomina taħt subsezzjoni (1)(a):
|
(3) |
Sabiex jiddetermina safejn il-kriterji ta' subsezzjoni (2) intlaħqux il-Ministru jista' jikkonsidra l-fatturi li ġejjin:
|
(4) |
Il-Ministru għandu jikkonsidra dawn li ġejjin sabiex issir nomina taħt subsezzjoni (1)(b):
|
(5) |
Il-Ministru jista' b'ordni jirrevoka jew jemenda ordni taħt din is-sezzjoni. |
(6) |
Il-Ministru għandu jikkonsulta l-Ministru tat-Turiżmu, Sport u Rikreazzjoni qabel jagħmel, jirrevoka jew jemenda ordni taħt din is-sezzjoni. |
(7) |
Meta jkun hemm proposta ta' ħolqien, revoka jew emenda taħt din is-sezzjoni, abbozz ta' l-ordni għandu jitqiegħed quddiem kull Kamra tal-Oireachtas u l-ordni ma għandhiex isseħħ qabel riżoluzzjoni li tapprova l-abbozz tkun għaddiet minn kull Kamra. |
(1) |
Qabel jagħmel ordni taħt sezzjoni 2, Il-Ministru għandu
|
(2) |
L-inkapaċità li jiġi stabbilit min hu l-organizzatur ta' l-avveniment jew in-nuqqas ta' l-organizzatur jew xandâr taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat li jirrispondi għall-isforzi tal-Ministru li jikkonsulta ma għandhomx it-twettiq ta' ordni taħt sezzjoni 2. |
(1) |
Meta xandâr taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat li mhuwiex xandâr li jikkwalifika jikseb drittijiet esklussivi li jxandar avveniment nominat, dak ix-xandâr ma għandux ixandar l-avveniment sakemm l-avveniment ma jkunx disponibbli għal xandâr li jikkwalifika, skond l-ordni taħt sezzjoni 2, fuq talba u wara l-ħlas ta' rati raġonevoli tas-suq mix-xandâr li jikkwalifika. |
(2) |
Meta xandâr li jikkwalifika jikseb id-dritt li jxandar avveniment nominat (taħt din is-sezzjoni jew direttament), ix-xandâr li jikkwalifika għandu jxandar l-avveniment fuq servizz televiżiv bla ħlas li jipprovdi trażmissjoni kważi universali skond l-ordni taħt sezzjoni 2. |
(3) |
F'din is-sezzjoni, ‘avveniment nominat’ tfisser avveniment nominat f'ordni taħt is-sezzjoni 2. |
5. Meta Stat Membru ieħor jinnomina avveniment bħala ta' importanza ewlenija għas-soċjetà f'dak l-Istat Membru u l-Kummissjoni Ewropea tkun ikkomunikat il-miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill, l-ebda xandâr taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istat li jikseb id-drittijiet esklussivi għall-avveniment nominat ma għandu jeżerċita id-drittijiet esklussivi b'tali mod li parti sostanzjali tal-pubbliku f'dak l-Istat Membru tkun imċaħħda mill-possibilità li ssegwi dawk l-avvenimenti skond il-miżuri meħuda.
(1) |
Fejn hu allegat minn xandâr (ix-‘xandâr offiż’) li xi attività jew imġiba pprojbita minn sezzjoni 4 sa 5 qed tiġi, ġiet jew se titwettaq minn xi xandâr jew aktar (ix-xandâr l-ieħor), ix-xandâr offiż għandu jkun intitolat li jersaq quddiem il-Qorti Suprema għar-rimedji li ġejjin kontra x-xandâr l-ieħor:
|
(2) |
Applikazzjoni lill-Qorti Suprema għal ordni imsemmija f'subsezzjoni (1) għandha tkun b'mozzjoni u bil-qorti, meta jitqies is-suġġett, tista' tagħmel ordni bħal din ad interim jew interlokutorja skond kif tqis li xieraq. |
(1) |
Għall-finijiet ta' subsezzjoni 4(1), jekk ix-xandâra ma jaqblux dwar x'inhuma r-rati raġonevoli tas-suq fejn jidħlu trażmissjonijiet televiżivi ta' avveniment, kull wieħed mix-xandâra jista' jersaq quddiem il-Qorti Suprema fil-qosor għal ordni li tiddetermina r-rati raġonevoli tas-suq għal avveniment. |
(2) |
Ordni taħt subsezzjoni (1) jista' jkollha dispożizzjonijiet konsekwenzjali jew supplimentari skond kif tara xieraq il-Qorti Suprema. |
8. Dan l-Att jista' jiġi kkwotat bħala l-Att dwar ix-Xandir (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) 1999.
Strumenti Statutorji
S.I. Nru 99 ta' l-2003
Ordni dwar Att dwar ix-Xandir (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) 1999 (Nominazzjoni ta' Avvenimenti Ewlenin).
2003
Jiena, Dermot Ahern, Ministru għall-Komunikazzjonijiet, Riżorsi tal-Baħar u Riżorsi Naturali, filwaqt li neżerċita l-poteri mogħtija lili permezz tas-subsezzjoni (1) tas-sezzjoni 2 ta' l-Att dwar ix-Xandir ta' l-1999 (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) (Nru 28 ta' l-1999) u l-Ordni dwar ix-Xandir ta' l-2002 (Trasferiment ta' Amministrazjoni Dipartimentali u Funzjonijiet Ministerjali) (S.I. Nru 302 ta' l-2002) (kif adattata mill-Ordni 2002 dwar ir-Riżorsi tal-Baħar u r-Riżorsi Naturali (S.I. Nru 307 ta' l- 2002) (Tibdil ta' l-Isem tad-Dipartiment u tat-titlu tal-Ministru)) wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Arti, Sport u Turiżmu kif provdut bis-subsezzjoni (6) (kif adattata mill-Ordni 2002) (Tibdil ta' l-Isem tad-Dipartiment u tat-titlu tal-Ministru)(S.I. Nru 307 ta' l- 2002)) ta' dik is-sezzjoni, hawnhekk nagħmel l-ordni li ġejja li fir-rigward tagħha, skond is-subsezzjoni (7) ta' dik is-sezzjoni, tressaq abbozz quddiem kull Kamra ta' l-Oireachtas u riżoluzzjoni li tapprova l-abbozz għaddiet minn kull Kamra bħal din.
1. |
Din l-Ordni tista' tiġi kkwotata bħala l-Ordni dwar ix-Xandir (Trażmissjonijiet ta' Avvenimenti Televiżivi Ewlenin) 2003. |
2. |
L-avvenimenti speċifikati fl-Iskeda ta' din l-Ordni huma nominati bħala avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà li għalihom id-dritt, ta' xandâr li jikkwalifika, li jipprovdi trażmissjoni fuq servizz televiżiv bla ħlas għandu jkun provdut fl-interess pubbliku. |
3. |
Kull logħba ta' l-Irlanda fil-Kampjonat tas-sitt Nazzjonijiet tar-Ragbi hija nominata bħala avveniment ta' importanza ewlenija għas-soċjetà li għaliha d-dritt, ta' xandâr li jikkwalifika, li jipprovdi trażmissjoni fuq servizz televiżiv bla ħlas għandu jkun provdut fl-interess pubbliku. |
SKEDA
Regolament 2:
Il-Logħob Olimpiku tas-Sajf
Il-finali ta' l-'All-Ireland Senior Inter-County Football and Hurling Finals'
Il-logħob ta' kwalifika ta' l-Irlanda f'darhom u barra minn darhom fit-turnej tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA
Il-logħob ta' l-Irlanda tal-finali tat-turnej tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA
Il-logħbiet tal-ftuħ, tas-semifinali u l-finali tal-finali tat-turnej tal-Kampjonat Ewropew tal-Futbol u tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA
Il-logħob ta' l-Irlanda fit-turnew tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby
Il-Grand National Irlandiż u d-Derby Irlandiż
It-Tazza tan-Nazzjonijiet waqt il-Wirja taż-Żwiemel ta' Dublin
MOGĦTIJA taħt is-Siġill Uffiċjali tiegħi,
13 ta' Marzu, 2003.
DERMOT AHERN
Ministru għall-Komunikazzjonijiet, Riżorsi tal-Baħar u Riżorsi Naturali.”.