Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0277

    2007/277/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 20 ta’ April 2007 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad- dossier li tressaq għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli ta’ pyroxsulam fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1698) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 116, 4.5.2007, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/277/oj

    4.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 116/59


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-20 ta’ April 2007

    li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossier li tressaq għal eżaminazzjoni dettalljata bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli ta’ pyroxsulam fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1698)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/277/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtoriżżati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

    (2)

    Dossier għas-sustanza attiva pyroxsulam kien ippreżentat minn Dow AgroSciences GmbH lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fid-28 ta’ Frar 2006 b'applikazzjoni għall-kisba ta’ l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (3)

    L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dossier għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossier li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ data u tagħrif stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li għandu s-sustanza attiva kkonċernata. F'konformità ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier kien tressaq sussegwentament mill-applikant għand il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u kien referut lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    (4)

    Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fuq livell Komunitarju li d-dossier għandu jitqies li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stipulati fl-Anness II u, għal mill-anqas prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (5)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li tirrikjedi lill-applikant jippreżenta data jew tagħrif ulterjuri sabiex jiċċara ċerti punti fid-dossier.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossier li jikkonċerna s-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li tressaq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-viżjoni li tinkiseb l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I ma’ din id-Direttiva, jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stipulati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

    Id-dossier jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-data u t-tagħrif stipulati fl-Anness III ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.

    Artikolu 2

    L-Istat Membru rapporteur għandu jsegwi l-eżaminazzjoni dettaljata tad-dossier ikkonċernat u għandu jirrapporta l-konklużjonijiet mill-eżaminazzjonijiet tiegħu flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-noninklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata fl-Anness I tad-Direttiva 91/44/KEE u kwalunkwe kondizzjoni relatata magħha lill-Kummissjoni Ewropea malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn perjodu ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ April 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/21/KE (ĠU L 97, 12.4.2007, p. 4.).


    ANNESS

    IS-SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA B’DIN ID-DEĊIŻJONI

    Nru

    Isem Komuni, Numru ta’ l-Identifikazzjoni CIPAC

    L-applikant

    Id-data ta’ l-applikazzjoni

    L-Istat Membru Rapporteur

    1

    Pyroxsulam

    In-Nru CIPAC. għadu ma ġiex allokat

    Dow AgroSciences GmbH

    fit-28 ta’ Frar 2006.

    UK


    Top