EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0148

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Marzu 2007 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/694/KE tat- 13 ta' Ottubru 2006 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ġobon moxx iffabbrikat fi stabbiliment tal-ħalib fir-Renju Unit (notifikat bid-dokument numru C(2006) 639) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 65, 3.3.2007, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 315–316 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/148(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

315


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Marzu 2007

li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/694/KE tat-13 ta' Ottubru 2006 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' ġobon moxx iffabbrikat fi stabbiliment tal-ħalib fir-Renju Unit

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 639)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/148/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Waqt il-missjonijiet ta' spezzjoni mwettqa fir-Renju Unit mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) fl-2006, waslet ripetutament evidenza li ħalib mhux ittrattat li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta' iġjene tpoġġa fis-suq u ntbagħat fi stabbiliment approvat ta' l-ikel li jħejji prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Sa mill-ewwel żjara fuq il-post, il-Kummissjoni għarrfet ripetutament lill-awtoritajiet tar-Renju Unit (UK) dwar it-tħassib tagħha rigward ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem tal-prattika kkonċernata u ddiskutiet magħhom f'bosta okkażjonijiet il-kwistjonijiet tekniċi marbuta mal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tagħha.

(2)

Minħabba s-serjetà tas-sitwazzjoni, in-nuqqas ta' l-awtoritajiet tar-Renju Unit li jimxu ma' l-obbligi ta' kontroll tagħhom u filwaqt li titqies il-preżenza tal-prodott f'bosta Stati Membri, il-Kummissjoni għaldaqstant qieset li r-riskju ma jistax jitrażżan b'mod sodisfaċenti sakemm ma jitteħdux miżuri madwar il-Komunità kollha, inkluża l-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti kkonċernati.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/694/KE (2) li tistipula miżuri ta' emerġenza sabiex tindirizza r-riskju serju u immedjat għas-saħħa tal-bniedem ikkawżat mill-preżenza fis-suq Komunitarju ta' prodotti li joriġinaw minn Bowland Dairy Products Limited li tinsab f'Fulshaw Hoad Farm, Barrowford, Lancashire BB9 6RA (’Bowland’), kienet adottata fit-13 ta' Ottubru 2006 għal din ir-raġuni.

(4)

Kien tbassar li l-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jiġu riveduti hekk kif isir disponibbli tagħrif ġdid li juri li ma hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit.

(5)

Permezz ta' l-ittri tal-25 u t-30 ta' Jannar 2007, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ressqu evidenza sodisfaċenti lill-Kummissjoni li l-prodotti kollha li ma kinux konformi ġew eliminati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman u li l-istabbilimenti Bowland ġew żvujtati, mnaddfa u ddiżinfettati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tar-Renju Unit impenjaw ruħhom biex jiżguraw li l-produzzjoni ġejjiena f'Bowland tilħaq l-istandards stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet ukoll garanziji minn Stati Membri oħra li l-ġobon moxx prodott minn Bowland u li għadu maħżun fit-territorju tagħhom ġie eliminat b'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(7)

Id-Deċiżjoni 2006/694/KE għandha għalhekk titħassar.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/694/KE hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 2 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(2)  ĠU L 283, 14.10.2006, p. 59.


Top