EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0102

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 Frar 2007 li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta' ħidma għall-konċessjonijiet Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 46, 16.2.2007, p. 27–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 226–243 (MT)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/11/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/102(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

226


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 Frar 2007

li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta' ħidma għall-konċessjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/102/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 166 tiegħu, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1261/2005 ta' l-20 ta' Lulju 2005 (3),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, “l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika”, għat-tmexxija ta' l-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika – skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 110 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jistipula li l-konċessjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal programm annwali, li jrid ikun ippubblikat fil-bidu tas-sena.

(2)

Skond l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE, Eurotom) Nru 2342/2002, il-programm annwali ta' ħidma għall-konċessjonijiet għandu jispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet, l-iskeda ta' sejħiet għall-proposti bl-ammonti indikattivi u r-riżultati mistennija.

(3)

L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE jipprovdi għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan annwali ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm, li jkun jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjoni li għandha tittieħed, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi. Il-pjan ta' ħidma għall-2007 għandu għalhekk jiġi adottat.

(4)

Id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju tista' titqies bħala d-deċiżjoni finanzjarja stabbilita mill-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u mill-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, bil-kondizzjoni li dan ikun jikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008),

(6)

Skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm dwar is-saħħa pubblika u għandha tirċievi l-fondi neċessarji għal dan il-għan.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-pjan ta' ħidma ta' l-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), kif stabbilit fl-Anness I, huwa hawnhekk adottat.

Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur għandu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-programm.

Artikolu 2

L-allokazzjonijiet tal-baġit meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) għandhom ikunu trasferiti lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU Nru L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 201, 02.08.2005, p. 3.

(4)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).

(5)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.


ANNESS I

AZZJONI KOMUNITARJA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA PUBBLIKA IL-PJAN TA' ĦIDMA GĦALL-2007

1.   IL-KUNTEST ĠENERALI

1.1.   Il-kuntest politiku u legali

Id-Deċiżjoni 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbiliet programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Programm”). Il-programm huwa implimentat permezz ta' pjan ta' ħidma annwali li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi.

L-ewwel erba’ snin ta' l-implimentazzjoni tal-programm kienu ta' pedament għal strateġija komprensiva u koerenti, li tikkonċentra fuq tliet prijoritajiet (linji ta' żvilupp): informazzjoni dwar is-saħħa, il-perikli għas-saħħa, u l-fatturi determinanti tas-saħħa. Kollha flimkien, dawn il-linji ta' żvilupp jikkontribwixxu għal livell għoli ta' saħħa fiżika u mentali u ta' benessri madwar l-UE. B’mod partikolari, mis-sejħiet għall-proposti preċedenti, diġà ġew magħżula 267 proġett għall-iffinanzjar (1).

F’Mejju 2006, il-Kummissjoni adottat proposta emendata (2) għal programm ġdid tas-saħħa li huwa mistenni li jiġi approvat fl-2007. B’riżultat ta' dan, l-2007 għandha tkun l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tad-‘Deċiżjoni tal-Programm’.

Analiżi ta' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ħidma għall-2003-2006 wasslet biex l-attivitajiet jiġu organizzati fl-2007 sabiex tkun żgurata kopertura ta' oqsma li ma ġewx ittrattati preċedentement u biex b’hekk jipprova jitlesta l-aktar possibbli mill-programm kurrenti.

Fl-2007, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika se tkun operattiva b’mod sħiħ u se jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħidma.

1.2.   Ir-Riżorsi

Fl-2007, il-linji tal-baġit se jkunu 17 03 01 01 u 17 01 04 02 rispettivament. Wara d-dħul fis-seħħ tal-Programm ġdid propost mill-Kummissjoni, previst fl-2008, il-linji tal-baġit se jkunu 17 03 06 u 17 01 04 02 rispettivament.

Fil-baġit finali ta' l-2007, il-punt 17 03 01 01 m’għandux l-allokazzjoni neċessarja ta' impenn. Għalhekk, l-ammont rilevanti disponibbli taħt l-artikolu tal-baġit 17 03 06 se jiġi trasferit għall-punt 17 03 01 01 fil-bidu tas-sena baġitarja u n-nefqa għall-ġestjoni amministrattiva ta' dan il-programm se tkun koperta mill-punt baġitarju 17 01 04 06.

Madankollu, il-Kummissjoni qed tipproponi l-ħolqien ta' punt ġdid tal-baġit 17 01 04 02 fil-baġit li jemenda nru 1/2007. Dan il-punt ġdid se jiffinanzja n-nefqa għall-ġestjoni amministrattiva tal-programm ladarba l-baġit li jemenda jkun approvat mill-Awtorità tal-Baġit.

Il-linja tal-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika hija 17 01 04 30.

Il-baġit disponibbli għall-2007 (impenji) huwa stmat li jammonta għal EUR 40 000 000 (3).

Il-baġit għall-fondi operattivi huwa ta' EUR 38 800 000. Il-baġit għall-fondi amministrattivi huwa ta' EUR 1 200 000.

Ma’ dan il-baġit iridu jiżdiedu:

il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA: stmati li jammontaw għal EUR 912 000 (4);

il-kontribuzzjoni ta' Pajjiż Applikant wieħed (it-Turkija): stmata li tammonta għal EUR 958 000 (5)

Il-baġit totali għall-2007 huwa għalhekk stmat li jammonta għal EUR 41 870 000 (6). Dan jinkludi kemm ir-riżorsi għall-baġit operattiv kif ukoll riżorsi għal għajnuna teknika u amministrattiva:

it-total għall-baġit operattiv huwa stmat li jammonta għal EUR 40 638 000 (6).

it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat li jammonta għal EUR 1 232 000 (6).

Huwa propost li sa 10 % tal-baġit operattiv jintuża għas-sejħiet għall-offerti, u sa 5 % għal għotjiet diretti għal organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-ammont indikattiv totali għas-sejħiet għall-offerti huwa stmat li jammonta għal EUR 33 888 000 (6).

F’dak li għandu x’jaqsam ma' l-allokazzjoni ta' għotjiet għas-sejħa għall-proposti, se jipprova jintlaħaq bilanċ bejn il-linji ta' żvilupp differenti tal-programm, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-kwalità u l-kwantità tal-proposti riċevuti, kemm-il darba ma jinqalgħux emerġenzi partikolari għas-saħħa pubblika (eż. influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw kwalunkwe allokazzjoni differenti tar-riżorsi.

2.   L-ISTRUMENTI FINANZJARJI

2.1.   Is-sejħa għall-proposti

Fil-pjan ta' ħidma ta' l-2007 ġew identifikati oqsma ta' azzjoni u prijoritajiet ewlenin ġodda. Dawn huma bbażati fuq l-azzjonijiet u l-miżuri ta' appoġġ imsemmija fid-“Deċiżjoni tal-Programm” flimkien ma' dawk l-oqsma li ma kinux ġew koperti mill-proposti mressqa taħt sejħiet preċedenti.

B’riżultat ta' dan, il-prijoritajiet għas-sejħa għall-proposti għall-2007 se jerġgħu jiffokaw fuq ċerti azzjonijiet ewlenin li diġà nbdew u se jkopru wkoll għadd ta' oqsma ġodda, kif deskritt fid-dettall hawn taħt.

L-għotjiet għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 01 01.

L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti huwa stmat li jammonta għal EUR 33 888 000 (6).

Se tkun ippubblikata sejħa għall-proposti waħda “Is-Saħħa Pubblika – 2007” fil-Ġurnal Uffiċjali fi Frar 2007 (data indikattiva) u din se tiġi eżegwita taħt ir-responsabbiltà ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika (7).

Il-proġetti għall-finanzjament konġunt għandhom ikunu innovattivi fin-natura tagħhom u m’għandhomx jaqbżu l-massimu ta' tliet snin bħala tul ta' żmien.

Minħabba n-natura komplementari u motivazzjonali ta' l-għotjiet Komunitarji, mill-inqas 40 % ta' l-ispejjeż tal-proġett għandhom ikunu ffinanzjati minn sorsi oħra. B’konsegwenza ta' dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja normali tista’ titla’ sa 60 % ta' l-ispejjeż eleġibbli għal kull benefiċjarju għall-proġetti kkunsidrati. F’kull każ individwali se jkun determinat il-persentaġġ massimu li għandu jingħata.

Jista’ jkun previst ko-finanzjament massimu ta' 80 % għal kull benefiċjarju (jiġifieri, għal kull benefiċjarju ewlieni u assoċjat) ta' l-ispejjeż eleġibbli f’każ li l-proġett ikollu valur miżjud Ewropew sinifikanti. M’għandux ikun hemm iktar minn 10 % tal-proġetti ffinanzjati li jirċievu ko-finanzjament ta' iktar minn 60 %.

Għandu jingħad li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-proġetti miżmuma matul il-ftuħ tan-negozjati tista’ tvarja bejn - 20 % u + 5 % minħabba dawn ta' l-aħħar.

Il-prinċipji u l-kriterji ġenerali għall-għażla u l-finanzjament ta' l-azzjonijiet taħt il-Programm dwar is-Saħħa Pubblika huma stabbiliti f’dokument separat.

Id-dettalji li jikkonċernaw l-eleġibilità għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-għajxien huma pprovduti f’anness ma' dan il-pjan ta' ħidma.

Il-prijoritajiet għall-2007

Biex kollox ikun ċar, l-azzjonijiet huma miġbura f’taqsimiet li jikkorrispondu għal-linji ta' żvilupp imsemmija fit-taqsima 1.1.: l-Informazzjoni dwar is-Saħħa, il-Perikli għas-Saħħa u l-Fatturi Determinanti tas-Saħħa. Kull azzjoni tirreferi għall-punt ta' l-Artikolu/l-Anness korrispondenti tad-“Deċiżjoni tal-Programm”.

Il-proposti kollha, fejn rilevanti, għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif se tkun ikkunsidrata l-perspettiva ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom jagħtu prova li jistgħu jiġu żviluppati sinerġiji ma' l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka finanzjati taħt l-appoġġ xjentifiku għall-attivitajiet ta' l-istrateġiji politiċi tas-6 Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka (8) u tas-suċċessur tiegħu (9).

2.1.1   L-Informazzjoni dwar is-Saħħa – l-Artikoli 2(2)(a) u 3(2)(a)

L-attivitajiet ta' din it-taqsima għandhom l-għan li:

jiżviluppaw u jħaddmu sistema sostenibbli ta' monitoraġġ tas-saħħa;

itejbu s-sistema għat-trasferiment u l-qsim ta' informazzjoni u data dwar is-saħħa inkluż l-aċċess għall-pubbliku;

jiżviluppaw u jużaw mekkaniżmi għall-analiżi u r-rappurtaġġ ta' informazzjoni u konsultazzjoni ma' Stati Membri u partijiet interessati dwar oqsma tas-saħħa fuq livell Komunitarju;

itejbu l-analiżi u l-għarfien ta' l-impatt ta' l-iżviluppi tal-politika dwar is-saħħa, ta' strateġiji politiċi oħra tal-Komunità u ta' attivitajiet dwar is-saħħa;

jappoġġjaw l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa, inkluż teknoloġiji ta' l-informazzjoni ġodda u esperjenzi dwar prattiċi tajbin.

Il-proposti tal-proġett għandhom jiffukaw fuq:

2.1.1.1   L-iżvilupp u l-koordinament ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa u tas-sistema ta' l-għarfien (L-Anness- il-punt 1.1)

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' indikaturi u l-ġbir ta' data dwar determinanti soċjo-ekonomiċi tas-saħħa, l-inugwaljanza fil-qasam tas-saħħa, is-saħħa skond is-sess, is-saħħa ta' gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni (inkluż il-fattibilità u n-nefqa). Analiżi statistika ta' l-Indikatur tas-Snin ta' Ħajja b’Saħħitha skond il-kategoriji soċjo-ekonomiċi bl-użu tal-metodoloġija standard ta' l-UE (10). Dan is-suġġett għandu jsir f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet ta' l-Eurostat, mingħajr sforzi doppji, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-attivitajiet tal-Forza tax-Xogħol tiegħu dwar “It-Tul Mistenni tal-Ħajja skond il-gruppi Soċjo-ekonomiċi”

l-iżvilupp ta' indikaturi u l-ġbir ta' data dwar is-saħħa pubblika, l-istrateġiji politiċi ta' prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa fl-Istati Membri, u indikaturi għal politika u leġislazzjoni ta' l-UE b’impatt fuq is-saħħa (inkluż il-fattibilità u n-nefqa);

il-promozzjoni ta' sistemi ta' indikaturi tas-saħħa u r-rappurtar fl-Istati Membri bl-użu tal-lista ta' indikaturi tas-saħħa tal-Komunità Ewropea u ta' l-Indikatur tas-Snin ta' Ħajja b’Saħħitha, b’attenzjoni partikolari fuq l-integrazzjoni ta' l-użu tagħhom fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara l-1 ta' Mejju 2004 u fil-pajjiżi kandidati.

2.1.1.2.   It-tħaddim tas-sistema ta' informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa (L-Anness – punt 1.1)

Studji pilota fuq stħarriġiet ta' l-eżaminazzjoni tas-saħħa bħala parti mill-istudju tal-fattibilità (11). Il-ħolqien jew it-titjib ta' reġistri tal-morbidità li jkopru l-Istati Membri kollha fir-rigward ta' mard gravi u kroniku (inkluż il-fattibilità u n-nefqa) u li għalihom teżisti definizzjoni soda u bażika ta' indikaturi (12) u għal dawk li għadhom mhux koperti mill-proġetti eżistenti (13);

l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni, permezz ta' strumenti eżistenti jew li ġew żviluppati reċentement ta' stħarriġiet bl-użu ta' intervisti dwar is-saħħa, ta' ġabra ta' mistoqsijiet ad hoc għat-taqsima dwar is-saħħa tas-Sistema Ewropea tal-Moduli ta' Stħarriġ Soċjali u Statistiku;

iktar żvilupp u implimentazzjoni tas-sistema li m’hix ibbażata fuq xi lingwa għall-ikkowdjar awtomatiku tal-kawżi tal-mewt (IRIS);

l-implimentazzjoni tad-Data Base għall-Korrimenti (IDB – Injury Data Base) (14) fl-Istati Membri kollha, b’mod partikolari il-ġbir u l-ipproċessar tad-data dwar il-korrimenti kollha (inkluż l-inċidenti fid-dar u waqt il-ħin liberu), skond is-sistema ta' kkowdjar ġdida u armonizzata.

2.1.1.3   L-iżvilupp ta' mekkaniżmi għar-rappurtaġġ u l-analiżi ta' kwistjonijiet ta' saħħa u l-produzzjoni ta' rapporti dwar is-saħħa pubblika (l-Anness- punt 1.4)

Il-forniment ta' evidenza u rapporti dwar l-impatt ta' l-istrateġiji politiċi tal-Komunità fuq is-saħħa, fuq is-saħħa u t-tkabbir ekonomiku u fuq l-iżvilupp sostenibbli;

il-produzzjoni ta' rapporti dwar gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni (jiġifieri, in-nisa u t-tfal), dwar l-impatt u l-fatturi ta' riskju għad-diżabilitajiet (eż. in-nuqqas ta' vista), dwar il-protezzjoni għall-pubbliku mir-riskji ta' espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi (EMF – Electro Magnetic Fields), dwar l-għażla ta' l-indikaturi u l-linji ta' gwida rilevanti ta' l-EMF u dwar ir-rabtiet bejn il-fatturi ambjentali u r-riżultati fuq is-saħħa;

appoġġ għal analiżi aktar fid-dettall ta' l-istatistika dwar il-kawżi tal-mewt sabiex tinkiseb iktar esperjenza fir-rigward tal-mudelli ta' mortalità u sabiex ikunu monitorati l-bidliet madwar l-UE kif ukoll l-analiżi ta' kawżi tal-mewt li setgħu ġew evitati (inkluż ħidma biex tinstab definizzjoni komuni ta' x’inhuma kawżi tal-mewt li setgħu ġew evitati).

2.1.1.4.   L-iżvilupp ta' strateġiji għall-iskambju ta' informazzjoni u r-rispons għal perikli ta' saħħa li mhumiex trażmissibbli (L-Anness- punt 1.2)

Appoġġ għal proġetti ta' għarfien dwar il-mard li jikkonċernaw l-okkurrenza, it-trattament, il-fatturi ta' riskju u l-istrateġiji ta' tnaqqis tar-riskju tiegħu, kif ukoll l-ispejjeż tal-mard u l-appoġġ soċjali f’termini ta' żvilupp ta' rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattika;

l-iżvilupp ta' strateġiji u mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni fost persuni milquta minn mard rari u l-promozzjoni ta' studji epidemjoloġiċi, kodifikazzjoni, klassfikazzjoni u definizzjonijiet aħjar;

appoġġ għal netwerks Ewropej ta' referenza fir-rigward ta' mard rari fi sforz biex jiġu stabbiliti linji ta' gwida għall-aħjar prattika fit-trattament, u sabiex jixtered l-għarfien dwar dan il-mard, flimkien ma' l-evalwazzjoni tar-rendiment;

studji ta' fattibilità għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi għal ġbir komprensiv ta' data dwar il-volum u l-impatt ta' kura tas-saħħa bejn il-fruntieri, li jkunu integrati fis-sistemi eżistenti ta' ġbir ta' data fi ħdan l-Istati Membri u mingħajr piż amministrattiv żejjed u li m’hemmx bżonnu.

2.1.1.5.   L-eHealth (L-Anness – punti 1.6, 1.8)

titjib fir-rabtiet bejn il-websajts nazzjonali u reġjonali u dawk ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-portal tas-saħħa ta' l-UE (15); titjib fl-elenkar ta' u fl-aċċess ta' l-UE għal sorsi rilevanti ta' informazzjoni medika;

il-promozzjoni ta' proġetti li jtejbu l-fluss ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa fi ħdan u fost l-istituzzjonijiet tas-saħħa (it-titjib fis-sigurtà tal-pazjenti u fir-rappurtar dwar is-saħħa pubblika, il-kontribuzzjoni għal netwerking effettiv u/jew il-wiri ta' xenarji li jipprovdu kwalità f'relazzjoni ma' l-spejjeż);

l-iżvilupp ta' rappurtar dwar il-bdil ta' l-imġiba u l-perċezzjoni tal-pazjenti u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa li jirriżulta mill-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet ta' l-eHealth, il-ħolqien ta' mudelli ta' l-implikazzjonijiet ta' sigurtà u riskju fir-rigward tal-bidliet relatati mat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni.

F’kooperazzjoni ma' oqsma oħra ta' politika ta' l-UE:

Il-promozzjoni u t-tixrid ta' proġetti pilota, imwettqa taħt il-Programm tal-Komunità u l-Innovazzjoni u taħt strumenti oħra rilevanti tal-Komunità (16),z dwar sommarji tal-pazjenti, identifikaturi tal-pazjenti, ta' l-istaff u ta' l-oġġetti, dwar il-preskrizzjoni elettronika (l-ePrescription) dwar settijiet ta' data ta' emerġenza u dwar l-iżvilupp ta' interoperabilità semantika;

Analiżi ta' kwistjonijiet legali, mediċi u etiċi ta' kunfidenzjalità; il-pussess u l-aċċess għal data li tirriżulta mill-użu ta' għodod ta' l-eHealth u ta' monitoraġġ elettroniku tas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta' l-iskambju ta' rekords elettroniċi dwar is-saħħa f’postijiet bejn il-fruntieri; is-sistemi ta' sorveljanza u tar-rappurtar; il-prevenzjoni u l-promozzjoni, il-kura li ttaffi l-uġigħ u l-kura domestika;

2.1.1.6.   L-Informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa (L-Anness- punt 1.1)

L-iżvilupp ta' sistema ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa permezz ta' żieda fir-rabta tad-data, ta' studji pilota għal sorveljanza konġunta tal-varjabbli ta' l-ambjent u s-saħħa; studji li jwasslu għal intervent fuq l-ambjent lokali u s-saħħa li jinkludu l-karatterizzazzjoni soċjo-ekonomika; studji dwar kawżi ambjentali possibbli li jġibu l-mard (respiratorju u kardjovaskulari), studji dwar l-effetti fuq is-saħħa ta' l-espożizzjoni għal fatturi ta' stress ambjentali fuq perjodu twil ta' żmien flimkien ma' espożizzjoni ta' livell baxx; it-titjib tal-kwalità tad-data ta' mortalità u morbidità fir-rigward tal-mard respiratorju u kardjovaskulari; il-funzjonijiet ta' espożizzjoni-rispons, il-morbidità konġunta u t-twissija minn kmieni li tkun ibbażata fuq l-individwazzjoni ta' sekwenza rikorrenti;

ir-rappurtar dwar linji ta' gwida ta' ppjanar urban li jkun rilevanti għas-saħħa, b’mod speċjali għall-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa;

il-provvista ta' iktar studji dwar il-kamp elettromanjetiku (EMF) skond in-nuqqasijiet identifikati mill-Kumitati Xjentifiċi ta' l-UE, proġetti rilevanti u l-WHO (jiġifieri dwar l-effetti fuq perjodu twil ta' żmien minħabba espożizzjoni ta' livell baxx għall-EMF, inkluż għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju – RFID) u studju ta' fattibilità dwar indikaturi ta' allarm u ħtiġijiet oħra ta' monitoraġġ relatati ma' l-EMF; il-promozzjoni ta' studji dwar il-perċezzjoni tar-riskju u l-aħjar prattiċi għall-komunikazzjoni, l-appoġġ għall-iżvilupp ta' linji ta' gwida ta' dożimetrija fir-rigward ta' l-EMF u l-installazzjoni ta' linji ta' gwida għall-kumpaniji ta' l-elettronika u t-telefon ċellulari;

2.1.1.7.   L-appoġġ għall-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza dwar prattika tajba (L-Anness-punt 1.7)

Il-promozzjoni tas-sigurtà tal-pazjent u tal-kwalità tas-servizzi tas-saħħa billi tingħata għajnuna għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni Ewropea bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati rilevanti. L-azzjonijiet f’dan il-qasam ikopru l-iskambju ta' l-aħjar prattika dwar it-titjib tas-sigurtà tal-pazjent, inkluż l-involviment ta' professjonisti tas-saħħa u l-koordinament ta' taħriġ u informazzjoni relatata; l-iżvilupp ta' fehim aħjar ta' interventi għas-sigurtà tal-pazjent u l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta' servizzi li ma jkunux siguri u ta' żbalji mediċi; l-għajnuna lil korpi nazzjonali u reġjonali biex dawn jimplimentaw strateġiji ta' prevenzjoni ta' ħsara;

in-netwerking ta' korpi konsultattivi tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri.

l-appoġġ għal inizjattivi u sħubiji biex ikun evalwat u mtejjeb il-fehim tal-qasam tas-saħħa.

2.1.1.8.   L-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa u tat-teknoloġija fil-qasam tas-saħħa (L-Anness- punt 1.5)

L-iżvilupp ta' għodod biex ikun immonitorjat il-benefiċċju ta' l-istrateġiji politiċi tas-saħħa u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija;

l-iżvilupp ta' għarfien, netwerking u attivitajiet ta' kooperazzjoni maħsuba biex ikabbru investiment strateġiku fil-qasam tas-saħħa appoġġjat mill-fondi strutturali ta' l-UE;

l-appoġġ għan-Netwerk ta' l-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa ta' l-UE permezz ta' ħidma mwettqa grazzi għall-attivitajiet ta' proġetti eżistenti (17) u permezz ta' konnessjonijiet mal-ħidma tal-Forum Farmaċewtiku.

2.1.1.9.   L-azzjonijiet biex tittejjeb l-informazzjoni dwar is-saħħa u l-għarfien għall-iżvilupp tas-saħħa pubblika (l-Artikolu (3)(2)(c) u (d), l-Anness – punti 1.7; 1.4; 1.5)

Il-ħolqien ta' netwerk ta' avukati li jaħdmu fuq il-leġislazzjoni rilevanti għas-saħħa fl-Istati Membri ta' l-UE (“liġi dwar is-saħħa ta' l-UE”). In-netwerk għandu jipprovdi informazzjoni dwar kif il-liġi tista’ tintuża biex tippromwovi s-saħħa u tipprovdi tagħrif għall-iżvilupp tal-politika u l-evalwazzjoni ta' l-impatt. Għandu ukoll iservi bħala pjattaforma għall-qsim u t-trasferiment ta' għarfien dwar il-liġi tas-saħħa.

2.1.2.   Ir-rispons immedjat u b’mod koordinat għat-theddid fil-qasam tas-saħħa – l-Artikoli 2(2)(b) u 3(2)(a)

L-attivitajiet f’din it-taqsima għandhom l-għan li jsaħħu l-istat ta' tħejjija u li jiżguraw rispons rapidu għal theddid u emerġenzi għas-saħħa pubblika. Dan se jkun ta' għajnuna kbira għall-kooperazzjoni stabbilita taħt in-netwerk tal-Komunità dwar il-mard trażmissibbli (18) u għal leġislazzjoni oħra tal-KE fil-qasam tas-saħħa pubblika u jista’ jikkomplementa l-attivitajiet tal-Programm Qafas ta' Riċerka Ewropea.

L-attivitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju jaqgħu taħt il-kappa taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC – European Centre for Disease Prevention and Control) (19), eż. is-sorveljenza, li saret operattiva matul l-2005. L-attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-ġestjoni nazzjonali tar-riskji u t-theddidiet ġew stabbiliti f’konsultazzjoni ma' l-ECDC sabiex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni mifruxa madwar l-UE kollha, u b’hekk ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda repetizzjoni tal-ħidma.

L-attivitajiet li jeħduha kontra t-theddida ta' rilaxx apposta ta' aġenti bijoloġiċi se jitwettqu flimkien ma' attivitajiet oħra li qed isiru bħalissa dwar il-mard trażmissibbli. Dawn l-attivitajiet u l-attivitajiet dwar ir-rilaxx apposta ta' aġenti kimiċi qed jiġu żviluppati fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-15 ta' Novembru 2001 tal-Ministri tas-Saħħa u tal-“Programm ta' kooperazzjoni dwar il-preparazzjoni u r-rispons għall-attakki bijoloġiċi u kimiċi” (Is-sigurtà fil-qasam tas-saħħa) (20).

2.1.2.1.   Il-ħila li tkun ittrattata l-influwenza pandemika u li tinstab soluzzjoni għal theddidiet partikolari marbuta mas-saħħa (L-Anness – punti 2.1., 2.2., 2.3., 2.4., 2.8.)

Din l-azzjoni għandha l-għan li tiżviluppa ħiliet u strateġiji biex tgħin lill-Istati Membri, lill-Pajjiżi Kandidati, lill-Pajjiżi taż-ŻEE/EFTA, u lill-Komunità b’mod sħiħ, sabiex jittrattaw it-theddidiet marbuta mas-saħħa. Il-prijorità hija mogħtija lit-theddida ta' l-influwenza pandemika u lil attivitajiet dwar il-prevenzjoni jew il-ġestjoni ta' l-influwenza, lill-istrateġiji u l-preparazzjoni komuni ta' komunikazzjoni ta' emerġenza u lil għodod ta' l-ogħla kwalità u informazzjoni dwar is-saħħa u lill-impatt soċjo-ekonomiku tal-pandemija u lil miżuri relatati li jistgħu jiġġieldu din is-sitwazzjoni, f’koordinazzjoni ma' l-attivitajiet tal-Programm Qafas ta' Riċerka Ewropea (21).

Prijoritajiet oħra huma:

theddidiet ta' mard mhux trażmissibbli bħalma huwa dak relatat ma' kwistjonijiet kimiċi u ambjentali li jeħtieġu intervent rapidu;

iktar żvilupp ta' sistema ta' twissija bikrija dwar aġenti kimiċi u attivitajiet ta' traċċabilità fir-rigward tat-trasport bejn il-fruntieri ta' sustanzi perikolużi li jkunu rilevanti għas-saħħa pubblika;

aspetti ta' ġestjoni ta' mard trażmissibbli fir-rigward ta' mard li jittieħed u kwistjonijiet marbuta maċ-ċaqliq bejn il-fruntieri, inkluż il-monitoraġġ u l-kwistjonijiet marbuta ma' l-ittraċċar ta' xi kuntatt;

l-għajnuna fit-trattament ta' prijoritajiet loġistiċi (eż. il-ksib, l-istokkjar, it-tqassim tal-mediċina) u ta' interventi mhux mediċi (eż. miżuri biex tiżdied id-distanza soċjali, il-monitoraġġ mad-dħul u l-ħruġ, il-miżuri ta' diżinfestazzjoni, eċċ) waqt sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

2.1.2.2.   Il-preparazzjoni ġenerika u r-rispons (L-Anness – punti 2.1., 2.2., 2.3., 2.4.)

L-azzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-preparazzjoni tas-settur tas-saħħa f’każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi u għandhom irawmu kollaborazzjoni intersettorjali (eż. mas-setturi tal-protezzjoni ċivili, ta' l-ikel u ta' l-annimali) sabiex ikun żgurat rispons koerenti f’każ ta' kriżi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq l-appoġġ għall-ġestjoni ta' riskju u kriżi u fuq aspetti ta' komunikazzjoni tar-riskju.

Dawn li ġejjin huma ta' interess partikolari:

attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' ppjanar ta' preparazzjoni ġenerika, bħalma huma r-rabta ta' l-istituzzjonijiet differenti tas-saħħa (eż. sptarijiet u ċentri ta' kriżi fuq livell nazzjonali/reġjonali) biex ikun hemm tħejjija għal ġbir tal-massa u biex tkun żviluppata l-kapaċità li jitnaqqas l-impatt ta' l-emerġenzi tal-massa (eż. nies imweġġgħa u gruppi kbar ta' immigranti, gruppi vulnerabbli, nies spostati u refuġjati). L-attivitajiet huma meħtieġa wkoll biex isostnu l-kontinwità tal-ħidma matul is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza (eż. jipprovdu servizzi utli għas-saħħa pubblika matul xi avveniment li jkollu impatt kbir);

attivitajiet li jżidu l-użu ta' l-għodod u l-istrumenti eżistenti u ta' dawk ġodda, inkluż l-istrumenti legali, biex jappoġġjaw it-traċċabilità ta' passiġġieri internazzjonali (eż. it-traċċar ta' passiġġieri tal-linji ta' l-ajru f’każ ta' kontaminazzjoni potenzjali minn mikro-organiżmi patoġeniċi) u t-traċċar tal-kuntatt;

attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' ħiliet għal infurzar konġunt tal-liġi u operazzjonijiet ta' l-awtorità tas-saħħa;

attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' ħiliet u l-implimentazzjoni meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa adottati mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (22) (eż. mekkaniżmi biex jinbeda u jkun implimentat it-traċċar ta' vjaġġaturi internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ);

l-użu ta' għodod innovattivi ta' teknoloġija informatika għall-analiżi tat-theddidiet għas-saħħa, bħalma huma s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika (GIS), l-analiżi spazjali-temporali, l-iskemi ġodda għal twissija bikrija u għal tbassir, l-analiżi awtomatizzati u l-iskambju ta' data dijanjostika;

mod kif ikunu indirizzati kwistjonijiet relatati mat-trasport (eż. l-eżerċizzju fejn il-kampjuni jintbagħtu bil-posta) u l-applikazzjoni ta' dijanjostiċi ġodda (eż. ring tests fuq patoġeni ġodda/emerġenti).

2.1.2.3.   Is-sigurtà fil-qasam tas-saħħa u strateġiji rilevanti għall-kontroll tal-mard komunikabbli (L-Anness- punti 2.2, 2.4, 2.5, 2.9)

Għad hemm xi nuqqasijiet fl-informazzjoni u t-tagħrif li jikkonċerna r-reviżjoni, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta' strateġiji politiċi u pjanijiet li huma maħsuba biex jitrattaw il-perikli li jirriżultaw fil-postijiet differenti tal-kura tas-saħħa, mill-kabinett tal-ġeneralist sal-kmamar ta' l-emerġenza fl-ewwel linja sa l-iktar sptarijiet sofistikati u speċjalizzati, inkluż dawk maħsuba biex jieħdu ħsieb pazjenti b’riskju għoli.

It-titjib fis-sigurtà tal-pazjent u fil-kwalità tal-kura tas-saħħa jista’ jiġi appoġġjat fl-Istati Membri billi jkun hemm netwerking fuq livell Ewropew u billi jkunu adottati strateġiji u strutturi xierqa biex ikunu jistgħu jwieġbu għall-emerġenzi ta' sigurtà fil-qasam tas-saħħa u sabiex jikkontrollaw il-mard komunikabbli. Din l-azzjoni għandha l-għan li tippromwovi attivitajiet relatati mal-preparazzjoni (bħalma huma t-tilqim u l-ħażna ta' materjal qabel l-avveniment), il-kontroll/l-eliminazzjoni ta' mard trażmissibbli u s-sigurtà tal-pazjenti. Se jiġu promossi azzjonijiet li jappoġġjaw il-komunikazzjoni bejn id-dixxiplini (eż. tobba, spiżjara, veterinarji, u dixxiplini mhux mediċi rilevanti) u li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni permezz ta' pjattaformi u netwerking.

Prijoritajiet oħra huma attivitajiet li jappoġġjaw:

programmi ta' kontroll u prevenzjoni għal mard infettiv tat-tfal (inkluż attivitajiet li jrawmu l-iskambju ta' l-aħjar prattika dwar strateġiji ta' tilqim u immunizzazzjoni, eż. mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE (23)). Attivitajiet dwar il-kontroll ta' effetti ħżiena (minn tilqim, kimiċi, antivirili, mediċini oħra u tagħmir mediku), f’kooperazzjoni ma' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA);

in-netwerking u l-qsim ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-pazjent u l-kwalità tal-kura, b’mod partikolari l-ġestjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza antimikrobika, inkluż espożizzjonijiet oħra relatati ma' l-ambjent ta' l-isptar jew tal-kura tas-saħħa (espożizzjoni kimika, drogi, diżinfettanti, il-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa, eċċ). Attivitajiet relatati ma' kwistjonijiet bħalma huma l-iskambju ta' l-aħjar prattika fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjent (sistema ta' rappurtar u ta' tagħlim, taħriġ u edukazzjoni), l-iżvilupp ta' mekkaniżmi u għodod biex titejjeb l-informazzjoni għall-pazjenti, iċ-ċittadini u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa fir-rigward tas-sigurtà tal-pazjent, biex ikun żviluppat fehim aħjar ta' l-interventi għas-sigurtà tal-pazjent kif ukoll l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta' servizzi mhux siguri u ta' żbalji mediċi, u biex jiġi appoġġjat is-sostenn għall-programmi u l-istrateġiji politiċi nazzjonali.

2.1.2.4.   Is-sikureza tad-demm, tat-tessuti u taċ-ċelloli u anke ta' l-organi (L-Anness – punti 2.6., 2.7.)

Din l-azzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-kwalità, is-sigurtà u d-disponibilità ta' sustanzi ta' oriġni umana (organi, tessuti, ċelloli, demm u komponenti tad-demm) użati għal skopijiet terapewtiċi li jkunu marbuta mal-ġbir, l-ipproċessar, it-tqassim u l-użu tagħhom. Dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu biex jimplimentaw il-leġislazzjoni eżistenti ta' l-UE.

Il-prijorità se tingħata lil attivitajiet li:

Jiżviluppaw għodod li jipprovdu gwida prattika dwar valutazzjoni tar-riskju u metodoloġija ta' validità fil-ksib, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' sustanzi ta' oriġni umana;

jwettqu valutazzjoni dettaljata tar-riskju tat-tipi differenti ta' proċeduri bl-għan li jipproduċu linji ta' gwida speċifiċi għal kull tip ta' proċess u sustanza. Dawn għandhom jikkunsidraw it-tip ta' proċess u r-rotta ta' l-applikazzjoni tas-sustanza fil-ġisem uman;

jaħdmu biex jippromwovu donazzjonijiet volontarji u mhux imħallsa ta' sustanzi ta' oriġni umana. L-azzjonijiet għandhom jaħdmu biex jaqsmu d-data dwar il-prattiċi ta' rutina tagħhom fir-rigward tal-kumpens offrut lid-donaturi ta' sustanzi ta' oriġni umana fl-isptarijiet u fl-organizzazzjonijiet maħsuba għal dan il-għan.

2.1.3.   Il-fatturi determinanti tas-saħħa – l-Artikoli 2(1)(c) u 3(2)(b)

L-attivitajiet taħt din is-sezzjoni huma maħsuba biex:

isostnu l-istrateġiji politiċi u l-attivitajiet ta' l-UE fir-rigward tal-fatturi determinanti fil-qasam tas-saħħa,

jappoġġjaw azzjonijiet biex jipprovdu u jkun hemm skambju ta' l-aħjar prattika,

jippromwovu metodi ċari u integrativi fost diversi fatturi determinanti fil-qasam tas-saħħa u jieħdu l-massimu mill-isforzi tal-pajjiżi.

Fl-2007, il-prijorità se tingħata lil proġetti marbuta ma' u li jappoġġjaw l-istrateġiji politiċi ta' l-UE u l-istrateġiji dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, b’mod partikolari dwar is-saħħa mentali, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, it-tabakk, l-alkoħol, id-drogi u l-ambjent u s-saħħa. Se jkun hemm attenzjoni partikolari għal proġetti li jindirizzaw prattika tajba fit-twassil ta' ħiliet relatati mas-saħħa, b’mod partikolari għat-tfal u ż-żgħażagħ, u li jkopru fatturi ta' riskju u fatturi protettivi b’impatt fuq il-mod ta' l-għajxien u l-imġiba. Il-proġetti għandhom ukoll jevidenzjaw li huma konxji tal-konsiderazzjonijiet soċjo-ekonomiċi u għandhom jikkontribwixxu biex inaqqsu l-inugwaljanza fil-qasam tas-saħħa.

Il-prijoritajiet identifikati għall-2007 huma kif ġej:

2.1.3.1.   L-appoġġ għal strateġiji Komunitarji ewlenin dwar sustanzi li jwasslu għall-vizzji (L-Anness- punt 3.1)

Azzjonijiet biex jappoġġjaw l-attivitajiet għall-kontroll tat-tabakk

Il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:

l-iżvilupp ta' strateġiji innovattivi u ta' l-aħjar prattiċi li jikkonċernaw metodi ta' prevenzjoni u twaqqif b’attenzjoni partikolari fuq iż-żgħażagħ u l-popolazzjoni li taħdem;

it-tipjip passiv: l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-istrateġiji politiċi dwar in-nuqqas ta' tipjip fl-Istati Membri fir-rigward ta' l-espożizzjoni għal tipjip ta' xi ħaddieħor u għall-konsum tat-tabakk;

il-kontroll tal-Prodotti tat-Tabakk: il-ħidma fuq l-effettività, l-infurzar u l-iżvilupp ta' miżuri ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll tat-tabakk, b’mod partikolari fuq ingredjenti tat-tabakk, kontroll ta' emissjonijiet u informazzjoni pubblika f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC) fuq il-livell ta' l-UE.

L-Attivitajiet relatati ma' l-alkoħol se jkunu marbuta mal-metodu strateġiku ewlieni li jnaqqas il-ħsara relatata ma' l-alkoħol, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara relatata ma' l-alkoħol (24).

Il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:

l-iżvilupp ta' metodoloġija standardizzata ta' analiżi tal-benefiċċju ta' l-ispejjeż fir-rigward ta' l-istrateġiji politiċi dwar l-alkoħol sabiex ikun evalwat l-impatt ekonomiku ta' l-istrateġiji politiċi eżistenti dwar l-alkoħol fl-UE;

l-iżvilupp ta' servejs standardizzati u komparattivi dwar ix-xorb qawwi, il-binge-drinking (xorb qawwi ta' kultant), is-sokor, il-kuntest tax-xorb, id-dipendenza mill-alkoħol u l-konsum mhux reġistrat;

il-ġbir ta' l-aħjar prattiċi ta' strateġiji għall-post tax-xogħol sabiex jitnaqqas l-impatt tal-konsum ħażin u perikoluż ta' l-alkoħol fuq l-ekonomija (eż. jitnaqqas l-assenteiżmu, ix-xorb matul il-ħinijiet tax-xogħol, ix-xogħol waqt li wieħed ikun qed ibati bil-hangover u l-qgħad);

in-netwerking, l-evalwazzjoni u l-ġbir ta' l-aħjar prattiċi dwar proġetti komunitarji ta' mobilizzazzjoni u intervenzjoni li jkollhom riżorsi tajbin, u li jkunu jinvolvu setturi u msieħba differenti sabiex jinħolqu ambjenti aktar siguri fir-rigward tax-xorb.

l-appoġġ għall-iżvilupp ta' l-aħjar prattika fir-reklamar, l-awto-regolazzjoni u l-monitoraġġ.

L-Attivitajiet relatati mad-drogi

Skond l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-Drogi u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drogi (25), il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:

l-iżvilupp u t-titjib ta' programmi ta' prevenzjoni, li jikkunsidraw id-differenzi bejn is-sessi u li għandhom postijiet speċifiċi bħala l-mira tagħhom (eż. il-postijiet tax-xogħol);

l-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà ta' programmi għat-tnaqqis tal-ħsara fost gruppi vulnerabbli sabiex ikun evitat it-tixrid ta' mard infettiv (eż. it-tuberkolożi, l-epatite, l-HIV/AIDS) fost ħabsin, persuni li jittaqqbu għad-drogi (IDUs – injection drug users) u s-sħab sesswali tagħhom u anke l-infezzjonijiet li jgħaddu mill-omm għall-wild;

l-iżvilupp ta' l-aħjar prattiċi sabiex ikun imtejjeb l-aċċess għas-servizzi soċjali, psikoloġiċi u mediċi għal min juża d-droġa, b’attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ;

l-iżvilupp u t-titjib ta' taħriġ għal professjonisti li jaħdmu mill-qrib ma' min juża d-droga (eż. is-servizzi ta' l-emerġenza).

2.1.3.2.   Metodi integrattivi dwar il-mod ta' l-għajxien (l-Artikoli 2(1)(c) u 3(2)(b); l-Anness- punt 3.1)

Fir-rigward tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, bħala tħejjija u appoġġ għall-“White Paper dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika” li se toħroġ dalwaqt u għar-“Rapport dwar il-Kontribuzzjonijiet għall-Green Paper” ippubblikat fil-11 ta' Settembru 2006, il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:

prattiċi tajbin fi programmi edukattivi dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, inkluż fl-iskejjel;

appoġġ pilota għal inizjattivi kollaborattivi ta' diversi partijiet involuti fir-rigward ta' mod ta' għajxien b’saħħtu fil-komunitajiet b’attenzjoni partikolari fuq gruppi vulnerabbli speċifiċi, speċjalment it-tfal;

l-effettività ta' azzjonijiet biex tkun mibdula l-imġiba tal-konsumatur fir-rigward ta' l-għażla ta' l-ikel u l-attività fiżika;

l-evalwazzjoni (valutazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-saħħa/analiżi tal-benefiċċji fil-konfront ta' l-ispejjeż) ta' l-istrateġiji politiċi u tal-miżuri;

evidenza jew għodod li jappoġġjaw it-twettiq ta' strateġiji politiċi fil-qasam tal-bejgħ ta' l-ikel għat-tfal;

it-tisħiħ ta' l-attività fiżika permezz tal-ħolqien ta' ambjenti sani u bl-involviment ta' setturi oħra (eż. l-ippjanar, it-trasport u l-bini urban).

Fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' saħħa li għandhom x’jaqsmu ma' l-HIV/AIDS u s-sess u r-riproduzzjoni, skond il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS (26), il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet dwar:

it-tixrid preżenti ta' HIV fost irġiel li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma' irġiel oħra (MSM) fl-Ewropa billi jinħolqu netwerks, f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-ECDC u korpi oħra rilevanti Ewropej, bħala sostenn għal strateġija ta' komunikazzjoni favur il-prevenzjoni permezz ta' l-użu ta' mekkaniżmi mmirati u innovattivi;

metodi għall-iskambju u t-tixrid ta' esperjenzi nazzjonali u internazzjonali sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-HIV/AIDS u s-saħħa sesswali;

l-identifikazzjoni ta' prattika tajba u gwida dwar konsulenza u ttestjar volontarju ta' l-HIV, filwaqt li tkun ikkunsidrata d-diversità ta' gruppi vulnerabbli speċifiċi (bħalma huma ż-żgħażagħ, il-popolazzjonijiet emigranti, min juża d-drogi);

l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattika tajba relatata ma' attivitajiet li jnaqqsu l-ħsara (prevenzjoni, trattament, kura u appoġġ) b’attenzjoni partikolari fuq gruppi vulnerabbli b’mod speċjali fuq persuni li jieħdu d-droga;

strateġiji innovattivi biex jippromwovu sess aktar sigur fost l-adolexxenti u l-popolazzjonijiet b’riskju għoli, inkluż aċċess għal servizzi mmirati, u iktar għarfien dwar infezzjonijiet li jixterdu sesswalment u dwar il-prevenzjoni tagħhom.

Fir-rigward ta' l-attivitajiet relatati mas-saħħa mentali ibbażati fuq l-orjentazzjonijiet stabbiliti fl-istrateġija ta' l-UE dwar is-saħħa mentali (27); il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:

l-iżvilupp ta' mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u r-reviżjoni ta' prattika tajba, li tintegra għarfien minn proġetti eżistenti, u li tinkludi miżuri li jkabbru r-rikonoxximent viżibbli ta' prattika ta' tmexxija fil-promozzjoni tas-saħħa mentali, fil-prevenzjoni tal-mard mentali, fil-ġlieda kontra l-istigma, filwaqt li jkunu promossi l-inklużjoni u d-drittijiet umani ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali;

l-appoġġ għat-tmexxija u n-netwerking għal integrazzjoni wiesgħa ta' promozzjoni tas-saħħa mentali u prevenzjoni tal-mard mentali fuq il-post tax-xogħol, bit-tisħiħ ta' bilanċ pożittiv bejn is-saħħa mentali u l-ħajja tax-xogħol;

il-preżentazzjoni tal-bażi ta' l-evidenza għall-effettività ta' l-investiment sabiex ikun hemm promozzjoni tas-saħħa mentali u prevenzjoni tal-mard mentali.

2.1.3.3.   L-azzjonijiet ta' saħħa pubblika biex ikunu indirizzati fatturi determinanti aktar wiesgħa relatati mas-saħħa (l-Anness-punti 3.2. u 3.3.)

Il-fatturi determinanti soċjali ta' l-attivitajiet tas-saħħa se jikkonċentraw fuq l-iżvilupp tal-politika, il-metodi innovattivi u l-evalwazzjoni u se jiffukaw fuq:

l-iskambju ta' prattika tajba dwar il-ħolqien ta' kuxjenza, inkluż l-iżvilupp ta' pjattaformi/netwerks jew mekkaniżmi komprensivi simili li jinkludi diversi persuni involuti;

id-dokumentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' prattika tajba fit-trattament ta' kwistjonijiet ta' aċċess għall-kura tas-saħħa u d-differenzi fir-riżultati tal-kura tas-saħħa skond il-grupp soċjali;

metodi innovattivi sabiex ikunu indirizzati kwistjonijiet migranti ta' saħħa;

l-iskambju u l-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet għal prattika tajba fil-promozzjoni tas-saħħa fil-post tax-xogħol, b’attenzjoni speċjali fuq impjegati aktar anzjani u fuq it-titwil tal-karrieri tax-xogħol. Dan se jipprova jintlaħaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-politika tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

L-attivitajiet dwar fatturi determinanti ambjentali, b’mod konformi mal-Pjan ta' azzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa (28), se jiffukaw fuq azzjonijiet ta' saħħa pubblika li jiżviluppaw netwerks għall-ġbir ta' l-aħjar prattiċi, linji ta' gwida u miżuri ta' rimedju fuq livell nazzjonali u lokali, fir-rigward tal-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa b’inklużjoni ta' l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. B’mod partikolari se jkollhom fil-mira tagħhom:

miżuri preventivi u ta' rimedju sabiex titnaqqas l-espożizzjoni għar-radon;

miżuri ta' rimedju li jkollhom l-għan li jtejbu l-ventilazzjoni, b’mod partikolari fl-iskejjel;

l-użu u l-manutenzjoni ta' apparati ta' kombustjoni;

l-umdità u t-tixrib tan-nida fil-bini.

2.1.3.4.   Il-prevenzjoni tal-mard u l-korrimenti (l-Artikoli 2(1)(c) u 3(2)(b).)

Il-proposti għall-proġetti dwar il-prevenzjoni tal-mard għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta' linji ta' gwida u ta' rakkomandazzjonijiet ta' l-aħjar prattiċi sabiex ikun indirizzat il-mard ewlieni li jirrigwardja s-saħħa pubblika, bħalma hu l-kanċer, id-dijabete u l-mard respiratorju, filwaqt li kollox ikompli jinbena fuq il-ħidma eżistenti.

Il-proġetti dwar il-prevenzjoni ta' korrimenti għandhom jagħtu prijorità lil:

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' skemi ta' amministrazzjoni tas-sigurtà għal attivitajiet sportivi ta' riskju għoli, f’kollaborazzjoni ma' assoċjazzjonijiet sportivi Ewropej;

l-iżvilupp ta' għodod maħsuba għall-azzjoni, f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (29), sabiex tkun indirizzata l-prevenzjoni tal-korrimenti fost l-impjegati żgħażagħ;

l-appoġġ lil azzjonijiet implimentattivi favur l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni dwar is-sigurtà tat-tfal, b’enfażi fuq id-difiża tal-prinċipju u l-komunikazzjoni intensiva;

il-promozzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u għarfien permezz ta' panels ta' esperti, ta' konsultazzjoni u billi jkun provdut tip sostenibbli ta' “aġenzija li tiġbor u tqassam l-informazzjoni” dwar il-prattiċi tajba.

2.1.3.5.   L-iżvilupp tal-ħiliet

Se tingħata prijorità lil:

il-promozzjoni ta' kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi dwar il-kontenut komuni ta' korsijiet u moduli Ewropej ta' taħriġ f’oqsma ewlenin tas-saħħa pubblika u lill-iżvilupp ta' kurrikula apposta ta' taħriġ għal ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u għal professjonisti oħra involuti fis-servizzi tas-saħħa mentali;

appoġġ fi żmien qasir għall-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks Ewropej magħżula li jkollhom importanza kbira fir-rigward tas-saħħa pubblika u li jilħqu numru sinifikanti ta' Ewropej sabiex jegħlbu xi dgħufija speċifika ġeografika jew ta' żvilupp. Se tingħata attenzjoni speċifika lil kapaċità ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam ta' l-HIV/AIDS sabiex tkun appoġġjata l-integrazzjoni u l-adeżjoni ta' Persuni li Jgħixu bl-HIV u l-AIDS (PLWHA – People Living with HIV and AIDS) fi programmi ta' trattament anti-retrovirali.

2.2.   Is-sejħiet għall-offerti

Il-ksib tas-servizzi għandu jkun finanzjat taħt il-Punti tal-Baġit 17 03 01 01 u 17 01 04 02. L-ammont indikattiv għas-sejħa għall-offerti għandu jkun sa EUR 4 064 000 (30).

Sa Frar 2007 (data indikattiva) għandha tkun adottata deċiżjoni finanzjarja addizzjonali għall-kuntratti tal-ksib tas-servizzi.

Ġew identifikati l-oqsma ta' ħidma li ġejjin:

L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA

(1)

ir-reviżjoni u l-aġġornament tar-Rapport ta' Implimentazzjoni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' l-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (31);

(2)

l-appoġġ għal servejs pilota ad hoc bl-użu ta' l-istħarriġ ta' l-Ewrobarometru;

(3)

ir-rapportar fuq l-integrazzjoni ta' rekwiżiti ta' protezzjoni tas-saħħa fit-titoli differenti ta' l-istrateġiji tal-Komunità, inkluż il-metodoloġiji għall-valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa li diġà ġew żviluppati fuq livell Komunitarju;

(4)

l-amministrazzjoni, l-editjar, l-aġġornament u l-iżvilupp tal-portal tas-saħħa ta' l-UE;

(5)

il-komunikazzjoni dwar il-Programm tas-Saħħa Pubblika

(6)

l-appoġġ għat-twaqqif ta' segretarjati xjentifiċi

(7)

is-sigurtà tal-pazjent: it-twaqqif ta' netwerk ġenerali integrat sabiex itejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjent, b’attenzjoni partikolari fuq il-kulturi, it-tmexxija u l-awtorità klinika, il-mekkaniżmi ta' rappurtar u ta' tagħlim, l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi u l-involviment tal-persuni involuti.

IT-THEDDIDIET TAS-SAĦĦA

(1)

It-twaqqif ta' pjattaformi għall-preparazzjoni, it-twettiq u l-evalwazzjoni ta' eżerċizzji, l-organizzazzjoni ta' taħriġ dwar għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-iżvilupp ta' għodod ta' l-IT fil-qasam tal-preparazzjoni u l-organizzazzjoni ta' workshops speċjalizzati.

(2)

Il-preżentazzjoni u l-karatterizzazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti fir-rigward tal-laboratorji ta' referenza, inkluż l-istudji dwar il-fattibilità, sabiex ikun hemm identifikazzjoni aħjar u aktar kredibbli u fil-ħin ta' varjanti tal-virus ta' l-influwenza u sabiex ikun hemm ukoll standards ta' l-UE dwar patoġeni partikolarment rilevanti, inkluż il-forniment ta' riżorsi tekniċi u dijanjostiċi essenzjali.

(3)

L-iżvilupp ta' Gwida dwar prattika tajba għal stabbilimenti li jaħdmu fil-kwalità fil-qasam tas-sustanzi ta' oriġni umana.

IL-FATTURI DETERMINANTI TAS-SAĦĦA

(1)

L-evalwazzjoni tar-riżultat tat-twissijiet testwali u bl-istampi fil-qasam tas-saħħa li qed jintużaw fl-Istati Membri u l-iżvilupp ta' iktar settijiet ta' twissijiet testwali u bl-istampi;

(2)

L-appoġġ għal servizzi għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' netwerking fost il-persuni involuti u għal proċessi ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-fatturi determinanti tas-saħħa, b’mod partikolari dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-alkoħol, is-saħħa mentali u l-HIV/AIDS;

(3)

Is-saħħa mentali: L-Istudju Il-bażi ta' l-evidenza għall-effettività ta' l-investiment sabiex ikun hemm promozzjoni tas-saħħa mentali u prevenzjoni tal-mard mentali;

(4)

Il-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' strateġiji nazzjonali u sotto-nazzjonali dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa (b’mod partikolari l-HIV/AIDS u n-nutrizzjoni u l-attività fiżika);

(5)

Strixxa ambjentali tas-saħħa: l-iżvilupp ta' għodda ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet dwar il-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa.

Minbarra l-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, ġiet identifikata ħtieġa ewlenija għall-koordinazzjoni ta' l-input ta' l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi fl-inizjattivi tas-saħħa fuq il-livell ta' l-UE; kemm fi pjattaformi stabbiliti kif ukoll f’inizjattivi oħra, dwar suġġetti bħalma huma n-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-alkoħol, is-servizzi tas-saħħa, is-saħħa mentali, il-farmaċewtiċi u s-saħħa, eċċ.

2.3.   Il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

2.3.1.   L-oqsma għall-kooperazzjoni fl-2007

Skond l-Artikolu 11 tad- “Deċiżjoni tal-Programm”, il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika u l-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) se titfittex li tintlaħaq matul il-kors tal-programm f’koordinazzjoni ma' servizzi tal-Kummissjoni li jitrattaw l-istess suġġetti.

Il-kooperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)

Il-Kummissjoni se tikkonkludi ma' l-OECD ftehimiet ta' konċessjonijiet diretti li jkopru oqsma tal-Programm tas-Saħħa Pubblika li huma kompatibbli mal-Pjan ta' Ħidma tas-Saħħa Pubblika ta' l-OECD għall-2007-2008, b’mod partikolari fl-oqsma relatati ma’:

l-irfinar tas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa u l-ġbir ta' data mhux koperta mill-Programm Statistiku tal-Komunità, b’mod partikolari l-inkorporazzjoni tal-kejl ta' l-input, output u tal-produttività;

l-inċentivi għall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fil-qasam tas-saħħa u għażliet oħra ta' strateġiji politiċi relatati li m’humiex diġà koperti minn azzjonijiet eżistenti ta' l-UE.

Il-kooperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), inkluż l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC), affiljata mal-WHO

Il-kooperazzjoni mal-WHO fl-2007 se tkompli tiżviluppa fuq inizjattivi eżistenti bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet u tista’ tiġi estiża għal oqsma addizzjonali stabbiliti f’dan il-pjan ta' ħidma, fejn dawn jistgħu jiġu żviluppati b’mod aktar xieraq permezz tal-WHO.

2.3.2.   L-iffinanzjar

Il-fondi għal azzjonijiet ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq jistgħu jiġu allokati biss permezz ta' ftehimiet ta' konċessjoni diretta. Dawn għandhom ikunu finanzjati taħt il-Punt tal-Baġit 17 03 01 01; l-ammont indikattiv għall-konċessjonijiet diretti huwa stmat li jammonta sa EUR 2 032 000 (5 % tal-baġit operattiv). Dan l-ammont jista’ jiżdied skond id-disponibilità tal-baġit.

2.4.   Il-Kumitati Xjentifiċi

Il-Kumitati Xjentifiċi li huma rilevanti għall-Programm tas-Saħħa Pubblika għandhom ikunu finanzjati taħt il-Punt tal-Baġit 17 03 01 01.

Ammont totali ta' EUR 254 000 se jkun assenjat għall-ħlas ta' għoti ta' flus lill-parteċipanti f’laqgħat relatati mal-ħidma tal-kumitati xjentifiċi u tar-relaturi għall-ġbir ta' l-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi (32). Dawn l-għotjiet ta' flus se jkopru l-oqsma kollha rilevanti għall-Programm tas-Saħħa Pubblika, jiġifieri 100 % ta' l-ispejjeż għax-SCHER (Scientific Committee on Health and Environmental Risks – Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali) u 50 % (bħala persentaġġ indikattiv) ta' l-ispejjeż għax-SCENIHR (Scientific Committee on Emerging and Newly Identified Health Risks – Kumitat Xjentifiku dwar Riskji tas-Saħħa li Qed Jiżviluppaw u dawk Idetifikati Reċentement) u għall-Koordinazzjoni.

2.5.   Is-sotto-delegazzjoni għad-Direttorat Ġenerali Eurostat

Sotto-delegazzjoni għal ammont massimu ta' EUR 400 000, taħt il-Punt tal-Baġit 17 03 01 01, se tingħata lid-Direttorat Ġenerali Eurostat (Eurostat) għall-iskop ta' appoġġ lil:

(1)

awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika fl-implimentazzjoni fl-2007-2008 tal-moduli ewlenin ta' l-Istħarriġ Ewropew bl-Intervisti dwar is-Saħħa (kif definit fil-Programm Statistiku għall-2007);

(2)

awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika fl-implimentazzjoni u f’iktar espansjoni tas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa fl-UE (f’kooperazzjoni ma' l-OECD u l-WHO).


(1)  NB: L-atti legali kkusotati f'dan id-dokument huma, meta hu xieraq, l-aħħar verżonijiet emendati.

Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_projects/project_en.htm

(2)  COM(2006)234 finali ta' l-24.5.2006.

(3)  Ammont indikattiv, soġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità tal-Baġit.

(4)  Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali, nota ta' qiegħ il-paġna 3.

(5)  Ammont indikattiv: din il-figura hija l-ammont massimu u tiddependi mill-ammont attwali tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-Pajjiż Applikant.

(6)  Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali, noti ta' qiegħ il-paġna 3 u 4.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/834/KE (ĠU L 294, 29.12.2002, p. 1). Is-6 Programm Qafas proġetti relatati mas-saħħa taħt l-Appoġġ Xjentifiku għall-Istrateġiji Politiċi – is-sit web tal-CORDIS: http://www.cordis.lu/lifescihealth/ssp.htm

(9)  Għandu jingħad li taħt is-sejħiet li se jiġu ppubblikati fil-bidu ta' l-2007 fis-7 Programm Qafas li jmiss tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, se jkun hemm suġġetti b'referenza partikolari għas-saħħa pubblika fit-taqsima “Intejbu t-Twettiq tal-Kura tas-Saħħa għaċ-Ċittadini Ewropej”.

(10)  Għad-dettalji a http://ec.europa.eu/health/ph_information/indicators/lifeyears_calcul_en.htm

(11)  http://ec.europa.eu/health/ph_projects/2005/action1/action1_2005_full_en.htm#20

(12)  Dan huwa l-każ tad-dijabete, il-mard mentali, is-saħħa orali, l-ażżma u l-mard kroniku li jostakola n-nifs, il-mard muskolo-skeletriku (b'attenzjoni partikolari fuq l-osteoporożi u l-mard ta' l-artrite u r-rewmatiżmu) u l-mard kardjovaskulari.

(13)  Dan jinkludi l-marda tal-Parkinson, l-Isklerożi Multipla l-Epilessija l-Isklerożi Amjotrofika laterali l-ADHD – Attention Deficit Hyperactivity Disorders ir-Ritard Konjittiv u t-tfixkil tal-funzjonijiet taċ-ċaqliq, dawk perċettivi, tal-lingwa u dawk soċjo-emozzjonali, il-mard ematoloġiku, (inkluż l-emofilja), il-mard immunoloġiku, l-allerġiji minbarra l-ażżma il-mard ġenito-urinarju il-mard gastro-enteroloġiku il-mard krinoloġiku il-mard fil-widnejn, l-imnieħer u l-gerżuma il-mard oftalmoloġiku u dermatoloġiku kif ukoll il-mard relatat ma' fatturi ambjentali. Se jinkludi ukoll attakki ta' puplesija uġigħ ta' ras, u uġigħ kroniku (eż. is-Sindrome ta' Għeja Kronika u l-Fibromjalġja.

(14)  https://webgate.cec.eu.int/idb/

(15)  http://ec.europa.eu/health-eu/

(16)  http://cordis.europa.eu/innovation/en/policy/cip.htm#adoption u COM (2004) 356 finali “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni eHealth – intejbu l-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej: Pjan ta' azzjoni għal Żona Ewropea ta' eHealth”.

(17)  http://ec.europa.eu/health/ph_projects/2005/action1/action1_2005_full_en.htm#13

(18)  Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE. (ĠU L 21, 26.01.2000, p. 32).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE. (ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE. (ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44).

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 30.04.2004, p. 1).

(20)  Ara: http://europa.eu.int/comm/health/ph_threats/Bioterrorisme/bioterrorism01_en.pdf

(21)  Ara ukoll l-Appoġġ Xjentifiku FP6 għall-Istrateġiji Politiċi, il-5 sejħa, SSP-5B INFLUENZA.

(22)  Ara: http://www.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA58/WHA58_3-en.pdf

(23)  Ara n-nota tal-qiegħ 11.

(24)  COM (2006) 625 ta' l-24.10.2006.

(25)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/488/KE (ĠU L 165, 3.7.2003 p. 31).

(26)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM(2005) 654 finali tal-15.12.2005).

(27)  Il-Green paper“Nippromwovu s-saħħa mentali tal-popolazzjoni Lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-UE” (COM(2005) 484 finali ta’ l-14.10.2005).

(28)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar l-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM (2004) 416 finali tad-9.6.2004).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1).

(30)  Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali, noti tal-qiegħ 3 u 4.

(31)  ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).


ANNESS II

L-eliġibilità ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien

Dawn il-linji ta' gwida japplikaw għar-rimborż ta' spejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien:

ta' ħaddiema impjegati mill-benefiċjarju (il-benefiċjarji ewlenin jew assoċjati) ta' l-għotjiet u l-esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma;

meta jkun provdut dan b'mod espliċitu fil-kuntratti tas-servizzi.

(1)   L-għotjiet ta' flus b'rata fissa għall-għajxien ikopru l-ispejjeż kollha għall-għajxien matul missjonijiet, inkluż il-lukandi, ir-restoranti u t-trasport lokali (it-taxis u/jew it-trasport pubbliku). Dawn japplikaw għal kull ġurnata tal-missjoni f'distanza minima ta' 100 km mill-post normali tax-xogħol. L-għotjiet ta' flus għall-għajxien ivarjaw skond il-pajjiż li fih tkun qed titwettaq il-missjoni. Ir-rati ta' kuljum jikkorrispondu għas-somma ta' l-għotja ta' kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1313 (1) skond kif emendata.

(2)   Il-missjonijiet f'pajjiżi li m'humiex fost il-25 membru ta' l-UE, fost il-pajjiżi ta' l-Adeżjoni u dawk Applikanti u fost il-pajjiżi ta' l-EFTA-ŻEE se jkunu suġġetti għal ftehim preċedenti tal-Kummissjoni. Dan il-ftehim se jkun jirrigwardja l-għanijiet tal-missjoni, l-ispejjeż u r-raġunijiet li għalihom tkun se titwettaq din il-missjoni.

(3)   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar huma eleġibbli taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

l-ivvjaġġar mir-rotta l-iktar diretta u l-iktar ekonomika;

distanza ta' mill-inqas 100 km bejn il-post tal-laqgħa u l-post normali tax-xogħol;

l-ivvjaġġar bil-ferrovija: fl-ogħla klassi;

l-ivvjaġġar bl-ajru: fil-klassi ekonomika, kemm-il darba ma tkunx tista' tintuża xi tariffa irħas (eż. Apex); l-ivvjaġġar bl-ajru huwa permess biss għal vjaġġi bir-ritorn ta' iktar minn 800 km;

l-ivvjaġġar bil-karozza: rimborż fuq il-bażi ta' l-ekwivalent tan-noll tal-ferrovija fl-ogħla klassi.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni li jadottaw il-Gwida għal missjonijiet ta' uffiċjali u impjegati tal-Kummissjoni Ewropea.


Top