EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1713
Commission Regulation (EC) No 1713/2006 of 20 November 2006 abolishing the prefinancing of export refunds in respect of agricultural products
1713/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 ta' l- 20 ta' Novembru 2006 li jabolixxi l-prefinanzjament ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli
1713/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 ta' l- 20 ta' Novembru 2006 li jabolixxi l-prefinanzjament ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 154–159
(MT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11–16
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2014; Imħassar b' 32013R1373
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
154 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1713/2006
ta' l-20 ta' Novembru 2006
li jabolixxi l-prefinanzjament ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq rigward prodotti agrikoli,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (2), b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fiż-żmien tal-introduzzjoni tas-sistema ta’ prefinanzjament għal rifużjonijiet għall-esportazzjoni, kien ikkunsidrat meħtieġ li jkun segwit il-prinċipju li permezz tiegħu jkun żgurat bilanċ bejn l-użu tal-prodotti bażiċi Komunitarji bil-ħsieb tal-esportazzjoni proċessata lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti bażiċi minn dawn il-pajjiżi mdaħħlin taħt arranġamenti ta’ proċessar ’il ġewwa. Għal dan il-għan ammont ugwali għar-rifużjoni għall-esportazzjoni kellu jitħallas hekk kif il-prodotti bażiċi tal-Komunità, li minnha jkunu akkwistati prodotti proċessati jew merkanzija intenzjonata għall-esportazzjoni, ikunu tpoġġew taħt il-kontroll doganali. |
(2) |
Fiż-żmien kien ukoll ikkunsidrat meħtieġ li tkun ipprovduta l-possibbiltà li meta prodotti koperti minn organizzazzjoni tas-suq komuni u importati minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jinġiebu, taħt ċerti kondizzjonijiet, taħt proċedura ta’ ħżin doganali jew ta’ żona libera, fejn il-ġbir tad-dazji tal-importazzjoni kienu sospiżi, sabiex tkun introdotta dispożizzjoni magħmula għal ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni għall-esportazzjoni hekk kif il-prodotti jew merkanzija Komunitarja intenzjonata għall-esportazzjoni tinġieb taħt proċedura bħal din. |
(3) |
Is-sistema ta’ prefinanzjament minn dakinhar evolviet mill-intenzjoni inizjali tagħha li tpoġġi l-merkanzija Komunitarja fuq bażi ta’ prezz ugwali ma’ merkanzija aktar irħisa mhux Komunitarja importata temporanjament taħt arranġamenti ta’ Rilaxx tal-Ipproċessar Intern, f’sistema kumplessa b’għanijiet differenti fejn ir-raġunijiet tal-introduzzjoni tal-prefinanzjament mhumiex dawk primarji għall-użu preżenti tagħha. |
(4) |
Is-sistema ta’ prefinanzjament issa hija użata primarjament biex iżżid il-kontroll fuq l-esportazzjonijiet taċ-ċanga, filwaqt li l-ħtieġa ta’ aktar kontrolli, fiha nnifisha, mhijiex ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-ħlas ta’ rifużjonijiet bil-quddiem taħt l-arranġamenti ta’ prefinanzjament. Huwa kkunsidrat li mhux adatt l-użu tal-arranġamenti ta’ prefinanzjament biex jintlaħqu dawn l-għanijiet l-oħra. |
(5) |
Is-sitwazzjoni fis-swieq tal-prodotti agrikoli konċernati nbidlet; bħala konsegwenza mhemm l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika kontinwata biex titkompla s-sistema ta’ rifużjonijiet ta’ prefinanzjament għall-esportazzjoni. |
(6) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 tas-7 ta’ Jannar 1982 li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (3), (KEE) Nru 1964/82 tal-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali tal-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat tal-annimali bovini (4), (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (5), (KEE) Nru 2723/87 tal-10 ta’ Settembru 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq ċereali esportati fil-għamla ta’ prodotti tal-għaġin li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 19.03 tat-Tariffa Doganali Komuni (6), (KE) Nru 3122/94 tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi kriterji għall-analiżi ta’ riskji rigward il-prodotti tal-agrikoltura li jirċievu rifużjonijiet (7), (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (8), (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (9), (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (10), (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (11), (KE) Nru 2090/2002 tas-26 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 rigward verifiki fiżiċi mwettqa meta jiġu esportati prodotti agrikulturali li jikkwalifikaw għar-rifużjoni (12), (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (13), (KE) Nru 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 li jniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (14), (KE) Nru 2236/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu mill-patata (15), (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd (16), (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (17) u (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġu ffissati l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet (18) għandhom għalhekk ikunu emendati. |
(7) |
Għall-istess raġunijiet, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 tal-4 ta’ Marzu 1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli (19) u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2388/84 tal-14 ta’ Awwissu dwar ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każi ta’ ċerti prodotti ppriservati taċ-ċanga u l-vitella (20), Nru 456/2003 tat-12 ta’ Marzu 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali għal-pre-finanzjament tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti taċ-ċanga u l-vitella mqiegħda taħt il-proċedura tal-magazzinaġġ doganali jew ta’ żona-ħielsa (21), (KE) Nru 500/2003 tad-19 ta’ Marzu 2003 dwar il-perijodi li dwarhom ċerti prodotti taċ-ċereali u r-ross jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll tal-arranġamenti għal pagamenti bil-quddiem ta’ rifużjonijiet (22) u (KE) Nru 1994/2005 tas-7 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-prodotti bażiċi li ma jikkwalifikawx għal ħlas minn qabel ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni (23) għandhom ikunu revokati. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjonijiet tal-Kumitati ta‘ Ġestjoni kollha konċernati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 32/82, it-tieni subparagrafu jitħassar.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82, it-tieni u t-tielet subparagrafu huma mħassra.
Artikolu 3
It-tieni inċiż tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 jitħassar.
Artikolu 4
It-tieni inċiż tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2723/87 jitħassar.
Artikolu 5
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 1, punt 7, tar-Regolament (KE) Nru 3122/94 jitħassar.
Artikolu 6
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95, il-paragrafu 2 jitħassar.
Artikolu 7
Ir-Regolament (KE) Nru 800/1999 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2(1), il-punt (k) jitħassar; |
(2) |
Fl-Artikolu 4(2), ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, ir-rati ta’ rifużjoni li jridu jiġu kkunsidrati għandhom ikunu dawk validi fil-jum li fih l-applikazzjoni għal liċenzja tiġi ppreżentata. Fejn meħtieġ dawk ir-rati għandhom ikunu aġġustati fil-jum tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni”; |
(3) |
Fl-Artikolu 5(6), il-ħames subparagrafu jitħassar; |
(4) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-prodotti għandhom ikunu kkunsidrati li kienu importati fl-istat mhux mibdul tagħhom jekk mhemm l-ebda xhieda ta’ proċessar. Madankollu l-operazzjonijiet li ġejjin imwettqa bil-għan taż-żamma f’sigurtà tal-prodotti jistgħu jitwettqu qabel l-importazzjoni u għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-konformità mal-paragrafu 1:
Barra minn hekk, il-prodotti pproċessati qabel l-importazzjoni għandhom ikunu kkunsidrati li kienu importati fl-istat mhux mibdul tagħhom sakemm l-ipproċessar isir fil-pajjiż terz li fih il-prodotti kollha li jirriżultaw minn dan l-ipproċessar huma importati.”; |
(6) |
Il-Kapitolu 3 tat-Titolu II jitħassar; |
(7) |
L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Artikolu 52(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
It-tielet inċiż tal-Artikolu 53 jitħassar. |
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 jitħassar; |
(2) |
Fl-Artikolu 24(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 32(2) jitħassar; |
(4) |
Fl-Artikolu 33(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 48 jitħassar. |
Artikolu 9
L-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jitħassar.
Artikolu 10
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2090/2002, il-punt 10 jitħassar.
Artikolu 11
Fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, it-tielet subparagrafu jitħassar.
Artikolu 12
Ir-Regolament (KE) Nru 1518/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “F’każijiet bħal dawn, irrispettivament mill-Artikolu 2(1), it-terminu ta’ validità tal-liċenzji għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum attwali tal-ħruġ fit-tifsira tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u t-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja u ta’ liċenzji għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness Ia.”; |
(2) |
It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Ia. |
Artikolu 13
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2236/2003 jitħassar.
Artikolu 14
Ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “F’każijiet bħal dawn irrispettivament mill-Artikolu 2(1), it-terminu ta’ validità tal-liċenzji għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum attwali tal-ħruġ fit-tifsira tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u t-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja u ta’ liċenzji għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness Ia.”; |
(2) |
It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Ia. |
Artikolu 15
Ir-Regolament (KE) Nru 633/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2 il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzji għall-kategorija 6(a) msemmija fl-Anness I għandhom ikunu validi għal 15-il jum mid-data attwali tal-ħruġ fit-tifsira tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000”; |
(2) |
Fl-Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “F’każijiet bħal dawn minkejja l-Artikolu 2(1), it-terminu ta’ validità tal-liċenzji għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol mill-jum attwali tal-ħruġ fit-tifsira tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u t-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja u ta’ liċenzji għandha turi waħda mill-entrati elenkati fl-Anness Ia.”; |
(3) |
It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Ia. |
Artikolu 16
L-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jitħassar.
Artikolu 17
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 565/80, (KEE) Nru 2388/84, (KE) Nru 456/2003, (KE) Nru 500/2003 u (KE) Nru 1994/2005 huma revokati.
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Id-dispożizzjonijiet revokati jew imħassra b’dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw rigward il-prodotti mpoġġija taħt ir-reġim ta’ prefinanzjament qabel l-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18 Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(3) ĠU L 4, 8.1.1982, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 744/2000 (ĠU L 89, 11.4.2000, p. 3).
(4) ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2772/2000 (ĠU L 321, 19.12.2000, p. 35).
(5) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 673/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17).
(6) ĠU L 261, 11.9.1987, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1054/95 (ĠU L 107, 12.5.1995, p. 5).
(7) ĠU L 330, 21.12.1994, p. 31
(8) ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10)
(9) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 671/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 5).
(10) ĠU L 152, 4.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 410/2006 (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 7).
(11) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1221/2006 (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 3).
(12) ĠU L 322, 27.11.2002, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1454/2004 (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 9).
(13) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 945/2006 (ĠU L 173, 27.6.2006, p. 12).
(14) ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1361/2004 (ĠU L 253, 29.7.2004, p. 9).
(15) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1950/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 18).
(16) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1475/2004 (ĠU L 271, 19.8.2004, p. 31)
(17) ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1498/2004 (ĠU L 275, 25.8.2004, p. 8)
(18) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 544/2006 (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 24).
(20) ĠU L 221, 18.8.1984, p. 28.
(21) ĠU L 69, 13.3.2003, p. 18.
(22) ĠU L 74, 20.3.2003, p. 19.
(23) ĠU L 320, 8.12.2005, p. 30.
ANNESS
“ANNESS Ia
Entrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1):
— |
: |
Bl-Ispanjol |
: |
Certificado válido durante cinco días hábiles |
— |
: |
Biċ-Ċek |
: |
Licence platná pět pracovních dní |
— |
: |
Bid-Daniż |
: |
Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage |
— |
: |
Bil-Ġermaniż |
: |
Fünf Arbeitstage gültige Lizenz |
— |
: |
Bl-Estonjan |
: |
Litsents kehtib viis tööpäeva |
— |
: |
Bil-Grieg |
: |
Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες |
— |
: |
Bl-Ingliż |
: |
Licence valid for five working days |
— |
: |
Bil-Franċiż |
: |
Certificat valable cinq jours ouvrables |
— |
: |
Bit-Taljan |
: |
Titolo valido cinque giorni lavorativi |
— |
: |
Bil-Latvjan |
: |
Licences derīguma termiņš ir piecas darba dienas |
— |
: |
Bil-Litwen |
: |
Licencijos galioja penkias darbo dienas |
— |
: |
Bl-Ungeriż |
: |
Öt munkanapig érvényes tanúsítvány |
— |
: |
Bl-Olandiż |
: |
Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen |
— |
: |
Bil-Pollakk |
: |
Pozwolenie ważne pięć dni roboczych |
— |
: |
Bil-Portugiż |
: |
Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis |
— |
: |
Bl-Islovakk |
: |
Licencia platí päť pracovných dní |
— |
: |
Bl-Isloven |
: |
Dovoljenje velja 5 delovnih dni |
— |
: |
Bil-Finlandiż |
: |
Todistus on voimassa viisi työpäivää |
— |
: |
Bl-Iżvediż |
: |
Licensen är giltig fem arbetsdagar” |