This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1620
Commission Regulation (EC) No 1620/2006 of 30 October 2006 imposing a provisional anti-dumping duty on imports of ironing boards originating in the People's Republic of China and Ukraine
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1620/2006 tat- 30 ta' Ottubru 2006 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1620/2006 tat- 30 ta' Ottubru 2006 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna
ĠU L 300, 31.10.2006, pp. 13–42
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, pp. 293–322
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007
|
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
293 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1620/2006
tat-30 ta' Ottubru 2006
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. Il-bidu tal-proċediment
|
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni permezz ta’ avviż li ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (“l-avviż tal-bidu”), ħabbret il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ twavel tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u fl-Ukrajna. |
|
(2) |
Il-proċediment anti-dumping inbeda wara li fit-23 ta’ Diċembru 2005 ġie ddepożitat ilment minn tliet produtturi Komunitarji (“dawk li għamlu l-ilment”) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 40 %, tal-produzzjoni Komunitarja totali tat-twavel tal-mogħdija. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqies li kienet biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati u ż-żjarat ta’ verifika
|
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lil dawk li għamlu l-ilment, lil produtturi magħrufa oħra fil-Komunità, lill-produtturi li jesportaw fir-RPĊ u fl-Ukrajna, lill-importaturi u lill-bejjiegħa bl-imnut li huwa magħruf li huma kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw ikkonċernati, lill-produtturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li għall-bidu kienu previsti bħala l-pajjiż analogu u lill-produtturi f’pajjiżi analogi potenzjali oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-operaturi Komunitarji l-oħra kollha li kienu potenzjalment involuti fil-produzzjoni u/jew fid-distribuzzjoni tal-prodott simili/prodott ikkonċernat li d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom kienu provduti lill-Kummissjoni wara l-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fi ħdan il-limitu taż-żmien li ġie stabbilit fl-avviż tal-bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu biex jingħataw smigħ, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
|
(4) |
Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi Ċiniżi kollha li jesportaw intalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif ġie speċifikat fl-avviż tal-bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Madanakollu, tmien produtturi biss miċ-Ċiniżi li jesportaw ippreżentaw irwieħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba għat-teħid ta’ kampjuni fi ħdan l-iskadenzi li kienu stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Għalhekk, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. |
|
(5) |
Sabiex il-produtturi li jesportaw fil-pajjiżi kkonċernati jitħallew iressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (market economy treatment (“MET”)) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talba lill-produtturi li jesportaw li huwa magħruf li kienu kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ u ta’ l-Ukrajna. Tmien kumpaniji fir-RPĊ u kumpanija waħda fl-Ukrajna talbu MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew TI jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal MET. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li huwa magħruf li kienu kkonċernat u lill-partijiet l-oħra kollha li talbu dan fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fl-avviż tal-bidu. |
|
(7) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand sitt produtturi esportaturi Ċiniżi, mingħand l-uniku produttur Ukrajn li jesporta, mingħand erba’ produtturi Komunitarji, mingħand żewġ importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi u mingħand negozjant wieħed. Barra minn hekk, importatur wieħed ressaq kummenti mingħajr ma wieġeb għall-kwestjonarju. |
|
(8) |
Waslet ukoll ċerta informazzjoni mingħand is-17-il produttur Komunitarju tal-prodott simili (li 15 minnhom appoġġjaw l-ilment, wieħed esprima pożizzjoni newtrali u wieħed opposta) u tliet kumpaniji li kulma jagħmlu huwa li jimportaw il-prodott ikkonċernat. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għall-iskop ta’ MET u għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li tirriżulta u ta’ l-interess Komunitarju. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu kif ġej:
|
|
(10) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi stabbilit valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Ukrajna, li l-MET jista’ ma jingħatalhomx, saret verifika biex ikun stabbilit valur normali fuq il-bażi ta’ data minn pajjiż analogu fl-uffiċċji tal-kumpanija li ġejja:
|
1.3. Il-perjodu ta’ investigazzjoni
|
(11) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi li kienu rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa tmiem il-PI (‘il-perjodu meqjus’). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(12) |
Il-prodott ikkonċernat huwa t-twavel tal-mogħdija, kemm jekk ikunu waħidhom u kemm jekk le, bi steam soaking u/jew heating top u/jew blowing top, inklużi t-twavel għall-kmiem, u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u fejn tiġi mserrħa l-ħadida tal-mogħdija li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna (‘il-prodott ikkonċernat’) li normalment jiġi ddikjarat fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3924 90 90 , ex 4421 90 98 , ex 7323 93 90 , ex 7323 99 91 , ex 7323 99 99 , ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 . |
|
(13) |
Hemm tipi differenti ta’ twavel tal-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom jiddependu prinċipalment mill-kostruzzjoni u mid-daqs tagħhom, mill-materjal tal-kostruzzjoni u mill-aċċessorji tagħhom. Madanakollu, it-tipi differenti kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi baċiżi. Għaldaqstant, it-tipi eżistenti kollha jitqiesu bħala prodott wieħed għall-iskopjiet ta’ din l-investigazzjoni. |
2.2. Il-prodott simili
|
(14) |
Instab li l-prodott ikkonċernat u t-twavel tal-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġew prodotti u li nbiegħu fis-suq domestiku tar-RPĊ u ta’ l-Ukrajna u fis-suq domestiku tat-Turkija, li finalment serviet bħala pajjiż analogu, kif ukoll it-twavel tal-mogħdija u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġew prodotti u li nbiegħu fil-Komunità mill-industrija Komunitarja kellhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti provviżorjament qed jitqiesu li huma simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. ID-DUMPING
3.1. It-Trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”)
|
(15) |
Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f’investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ u fl-Ukrajna (fil-każ ta’ l-aħħar, għall-proċedimenti kollha li ġew iddepożitati jew li nbdew qabel it-30 ta’ Diċembru 2005), il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li wrew li jissodisfaw il-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn jintwera minn produtturi esportaturi ta’ din ix-xorta li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq jipprevalu rigward il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili. Fil-qosor, u sabiex tkun iffaċilitata r-referenza biss, dawn il-kriterji ġew stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:
|
|
(16) |
Għall-bidu, tmien produtturi esportaturi Ċiniżi talbu l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġbu għall-formola tat-talba għall-MET għall-produtturi esportaturi fi ħdan l-iskadenzi mogħtija. Madanakollu, sussegwentement tnejn minnhom iddeċidew li ma jikkooperawx ma’ l-investigazzjoni. Għalhekk, tqiesu biss it-talbiet għall-MET tas-sitt produtturi esportaturi Ċiniżi li kien baqa’ u li kkoperaw elenkati fil-premessa 9. |
|
(17) |
L-uniku produttur esportatur Ukrajn talab l-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u wieġeb għall-formola tat-talba għall-MET għall-produtturi esportaturi fi ħdan l-iskadenzi mogħtija. |
|
(18) |
Madanakollu, il-produttur Ukrajn irrimarka li l-Ukrajna tneħħiet mil-lista ta’ pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq li jissemmew fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005. Il-kumpanija affermat li d-deċiżjoni li jingħata status ta’ ekonomija tas-suq lill-Ukrajna ttieħdet fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tas-sitwazzjoni fix-xhur preċedenti. Għalhekk, kien affermat li għandha tingħata l-MET għaliex (i) il-PI huwa s-sena kalendarja 2005; (ii) dawk li għamlu l-ilment misshom ipprovdew evidenza li turi li l-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq ma kinux japplikaw għall-produtturi Ukrajni kkonċernati u (iii) in-nuqqas ta’ għotja ta’ status ta’ MET lill-Ukrajna jkun diskriminatorju fil-konfront ta’ l-Ukrajna meta titqies ir-Russja. |
|
(19) |
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 jiddikjara b’mod ċar li se jkun stabbilit valur normali għall-esportaturi u għall-produtturi Ukrajni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku, biss fl-investigazzjonijiet li nbdew wara t-30 ta’ Diċembru 2005, jew fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-bidu li ġiet iddepożitata wara d-data li ssemmiet hawn fuq jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Peress li l-ilment għal dan il-proċediment kien iddepożitat fit-23 ta’ Diċembru 2005, huwa evidenti li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku ma jistgħux japplikaw u li l-kumpanija Ukrajna li koooperat għalhekk trid tapprova li tissodisfa l-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Huwa evidenti mill-kliem ta’ l-Artikolu li ssemma hawn fuq li huma l-produtturi esportaturi li jġorru l-piż tal-prova dwar jekk jissodisfawx il-kriterji tal-MET u mhux dawk li għamlu l-ilment. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-għoti ta’ status ta’ MET lil ċertu pajjiż huwa bbażat fuq valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni ekonomika kollha tiegħu bl-għan li jiġi stabbilit jekk l-ispejjeż u l-prezzijiet, b’mod ġenerali, humiex affidabbli għall-iskop ta’ investigazzjonijiet anti-dumping. Fi kliem ieħor, mhijiex evalwazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari ta’ kull intrapriża individwali. Fl-aħħarnett, l-argument li l-Ukrajna tkun iddiskriminata meta titqies ir-Russja huwa bla bażi peress li r-Russja diġà ilha titqies bħala ekonomija tas-suq sa mill-2002. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni rrifjutat it-talbiet li saru mill-produttur esportatur Ukrajn u ssuktat bil-proċess għad-determinazzjoni tal-MET. |
|
(20) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fit-talba għall-MET fl-uffiċċji tal-kumpaniji kkonċernati. |
3.1.1. Id-determinazzjoni tal-MET rigward il-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(21) |
Produttur esportatur Ċiniż, Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou, wera li jissodisfa l-ħames kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u ngħata l-MET. |
|
(22) |
Safejn huma kkonċernati l-bqija tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, li ġew elenkati fil-premessa (9), wieħed ma ssodisfax il-kriterji 1, 2 u 3, wieħed ma ssodisfax il-kriterji 2 u 3 u tlieta ma ssodisfawx il-kriterju 2. |
|
(23) |
Il-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kkooperaw u l-industrija Komunitarja ngħataw opportunità biex jikkumentaw dwar is-sejbiet li ssemmew hawn fuq. Erba’ kumpaniji ma qablux mad-determinazzjonijiet li saru u talbu li għandhom jingħataw l-MET. |
|
(24) |
Safejn huwa kkonċernat il-kriterju 1, produttur esportatur Ċiniż wieħed ma weriex li jissodisfa dan il-kriterju. B’mod partikolari, fl-ebda stadju ta’ l-investigazzjoni ma wera li wieħed miż-żewġ azzjonisti tiegħu effettivament ħallas għall-ishma tiegħu li nkisbu mingħand l-Istat. Barra minn hekk, il-kumpanija kisbet l-elettriku mingħand l-Istat fuq bażi mhux kuntrattwali. Il-kumpanija kkontestat is-sejbiet żvelati imma ma pprovdiet l-ebda evidenza verifikabbli dwar dawn il-kwistjonijiet. Għalhekk, il-kummenti tagħha ma setgħux jitqiesu. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-kumpanija ma wrietx li tissodisfa l-kriterju 1. |
|
(25) |
Safejn huwa kkonċernat il-kriterju 2, ħames kumpaniji ma rnexxilhomx juru li kellhom sett ċar ta’ rekords tal-kontabilità, li ġew ivverifikati b’mod indipendenti skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Tabilħaqq, eżami tal-kontijiet ikkonċernati wera nuqqasijiet sinifikanti fil-ħames każi kollha. Pereżempju, il-kumpaniji ma elenkawx punt punt id-dħul u l-infiq kollu differenti fil-kontijiet tagħhom imma applikaw sistema estensiva ta’ tpaċija bejn dħul u nfiq ta’ din ix-xorta fuq bażi mensili. Lanqas ma rrispettaw il-prinċipju ta’ l-akkumulazzjoni tal-kontabilità. Fil-fatt, iggruppaw it-tranżazzjonijiet li jsiru kull xahar u rreġistrawhom fil-kotba tagħhom fuq bażi sommarja mingħajr dettalji tat-tranżazzjonijiet individwali kkonċernati. Ladarba l-awdituri ma kkummentawx dwar dan il-ksur ta’ l-IAS 1, ir-rekords tal-kontabilità ma kinux ivverifikati skond l-IAS. Malli dan ġie żvelat, erba’ produtturi esportaturi komplew jargumentaw li segwew l-IAS imma ma pprovdew l-ebda evidenza biex juru li s-sejbiet kienu ħżiena. Għaldaqstant, ġie konkluż li fil-każi kollha l-kumpaniji ma wrewx li jissodisfaw il-kriterju 2. |
|
(26) |
Żewġ kumpaniji wkoll naqsu milli juru li jissodisfaw il-kriterju 3. Għal dawn iż-żewġ kumpaniji, instab fil-post li ma ssodisfawx l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom fejn għandhom x’jaqsmu l-pagamenti tad-drittijiet għall-użu ta’ l-art lill-Istat, imma dan ma kellu l-ebda konsegwenza finanzjarja jew ta’ xort’oħra għall-kumpaniji. Barra minn hekk, instab li matul il-PI kumpanija waħda kienet tikri art li hija proprjetà Statali li għaliha ma kinitx kisbet b’mod formali d-drittjiet għall-użu ta’ l-art mingħand l-Istat. Din is-sitwazzjoni kienet korretta biss wara l-PI, imma biss bi ħlas li kien aktar baxx mir-rata normali. Malli ġie żvelat dan, iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi kkontestaw dawn is-sejbiet, imma l-informazzjoni l-ġdida li ressqu sabiex jappoġġjaw l-affermazzjonijiet tagħhom ma setgħetx tiġi aċċettata ladarba ma kinitx verifikabbli. Għaldaqstant, ġie konkluż li ż-żewġ kumpaniji ma rnexxilhomx juru li jissodisfaw il-kriterju 3. |
|
(27) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, produttur esportatur Ċiniż wieħed biss, jiġifieri Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., wera li jissodisfa l-kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u ngħata l-MET, filwaqt li l-ħames produtturi esportaturi li baqa’ ma wrewx li jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ din ix-xorta, u b’hekk, ma setgħux jingħataw l-MET. |
3.1.2. Id-determinazzjoni tal-MET rigward l-uniku produttur esportatur fl-Ukrajna
|
(28) |
L-uniku produttur esportatur Ukrajn, Eurogold Industries Ltd., Zhitomir, wera li jissodisfa l-kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u għalhekk ingħata l-MET. Il-produttur esportatur u l-industrija Komunitarja ngħataw opportunità li jikkumentaw dwar is-sejbiet tal-MET imma ma wasal l-ebda kumment. |
3.2. It-trattament individwali (TI)
|
(29) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġew stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk ikun hemm. |
|
(30) |
Safejn hija kkonċernata r-RPĊ, il-produtturi esportaturi kollha li talbu l-MET talbu wkoll TI fil-każ li ma jingħatawx MET. |
|
(31) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li erba’ kumpaniji ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha għall-TI kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Għalhekk, ġie konkluż li m’għandux jingħata t-TI lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ġejjin:
|
|
(33) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, instab li kumpanija waħda ma rnexxiliex turi li ssodisfat b’mod kumulattiv ir-rekwiżiti kollha għall-TI kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
B’mod partikolari, ġie stabbilit li l-informazzjoni li tirreferi għall-bejgħ mill-esportazzjoni li sar jew direttament jew permezz ta’ kumpanija relatata stabbilita f’Ħong Kong ma kinitx verifikabbli. Il-kumpanija ma rnexxilhiex tipprovdi data sostanzjali li tirreferi għall-volumi totali ta’ l-esportazzjoni tagħha u l-fatturi ta’ l-esportazzjoni korrispondenti li kienu rilevanti minkejja talbiet għal informazzjoni ta’ din ix-xorta. Barra minn hekk, l-informazzjoni mressqa dwar il-fatturat totali, kif ukoll dwar il-bejgħ domestiku u dwar il-bejgħ mill-esportazzjoni ma setgħetx tiġi rikonċiljata mar-rapporti ta’ verifika disponibbli u mar-rekords tal-kontabilità tal-kumpanija. Barra minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx turi d-destinazzjoni tal-bejgħ tagħha kif ġie rrapportat fil-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika jekk il-kumpanija setgħetx tiddetermina b’mod liberu l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni tagħha, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ kif ġie stabbilit fl-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Il-valur normali
3.3.1. Il-pajjiż analogu
|
(35) |
Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, f’każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq u sakemm l-MET ma setax jingħata, għall-pajjiżi li ġew speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż analogu. |
|
(36) |
Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat il-ħsieb tagħha li tuża lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (l-“Istati Uniti”) bħala pajjiż analogu xieraq sabiex jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ u għall-Ukrajna u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkumentaw dwar dan. |
|
(37) |
Waslu kummenti mingħand il-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ u fl-Ukrajna fejn kienu ssuġġeriti t-Tajlandja, l-Indja jew it-Turkija bħala pajjiż analogi li kienu aktar adattati mill-Istati Uniti. L-argumenti prinċipali li saru kontra l-Istati Uniti kienu d-differenzi fl-iżvilupp ekonomiku ġenerali, l-aċċess għal u l-prezzijiet tal-materja prima, l-ispiża tax-xogħol u l-metodi ta’ produzzjoni, imma wkoll id-differenzi f’termini ta’ kompetizzjoni fis-suq domestiku għat-twavel tal-mogħdija. Kien affermat ukoll li s-suq ta’ l-Istati Uniti għat-twavel tal-mogħdija huwa suq ferm imħares bi prezzijiet artifiċjalment għolja. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni fittxet kooperazzjoni mingħand il-produtturi fl-Istati Uniti u f’pajjiżi analogi potenzjali oħra bħat-Tajlandja, l-Indja u t-Turkija. Intbagħtu ittri u kwestjonarji rilevanti lil ħames kumpaniji fl-Istati Uniti, lil tliet kumpaniji fit-Tajlandja, lil ħames kumpaniji fl-Indja u lil disa’ kumpanija fit-Turkija. Minn dawn il-kumpaniji kollha, produttur Tork wieħed biss ressaq fiż-żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ valur normali u qabel li jikkoopera fl-investigazzjoni. |
|
(39) |
L-investigazzjoni wriet li t-Turkija għandha suq kompetittiv għat-twavel tal-mogħdija b’madwar 90 % tas-suq ikun fornut minn numru ta’ produtturi lokali u l-bqija minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volum ta’ produzzjoni fit-Turkija jikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Fejn għandom x’jaqsmu l-kwalità u l-istandards tat-twavel tal-mogħdija Torok, ma nstabet l-ebda differenza kbira ġenerali meta pparagunati mal-prodotti Ċiniżi u Ukrajni. Is-suq Tork għalhekk tqies li kien biżżejjed rappreżentattiv għad-determinazzjoni ta’ valur normali għar-RPĊ u għall-Ukrajna. |
|
(40) |
Minħabba dak li ntqal aktar ’ il fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li t-Turkija tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2. Id-determinazzjoni ta’ valur normali għall-produtturi esportaturi li ngħataw l-MET
|
(41) |
Id-determinazzjoni ta’ valur normali għal produttur esportatur Ċiniż u għall-uniku produttur esportatur Ukrajn li ngħataw l-MET għandha tkun ibbażata fuq id-data li ressqu dwar il-bejgħ domestiku u l-ispiża tal-produzzjoni. Din id-data kienet ivverifikata fl-uffiċċji tal-kumpaniji kkonċernati. |
|
(42) |
Safejn hija kkonċernata d-determinazzjoni ta’ valur normali, f’kull pajjiż li jesporta, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur kienx rappreżentattiv meta pparagunat mal-bejgħ totali lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ kull produttur esportatur kien daqs jew aktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni tal-produttur lill-Komunità. |
3.3.2.1. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(43) |
Ġie stabbilit li matul l-IP l-produttur esportatur Ċiniż li ngħata l-MET ma kellux bejgħ domestiku biżżejjed rappreżentattiv. Għalhekk, il-valur normali ma setax jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produttur esportatur rilevanti fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, kif ġie pprovdut fis-sottoparagrafu 1 ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, kellu jiġi applikat metodu ieħor. |
|
(44) |
Minħabba li biex jiġi stabbilit valur normali ma seta’ jintuża l-ebda prezz domestiku, kellu jiġi kkalkulat valur normali mibni bbażat fuq l-ispejjeż tal-produttur ikkonċernat. Għaldaqstant, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, inbena valur normali billi ma’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi ta’ twavel tal-mogħdija esportati, aġġustati fejn kien meħtieġ, ġie miżjud ammont raġonevoli għall-infiq tal-bejgħ, għall-infiq ġenerali u għall-infiq amministrattiv (“BĠ & A”) u marġni raġonevoli ta’ profitt. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-prezzijiet tax-xiri ta’ ċerta materja prima/ċerti partijiet, b’mod partikolari l-materja prima/partijiet magħmula mill-azzar, li ġew irrapportati minn din il-kumpanija jidhru li huma artifiċjalment baxxi u b’hekk l-ispiża tal-produzzjoni jeħtieġ li tiġi eżaminata aktar u s-sejbiet provviżorji jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe sejba definittiva. |
|
(45) |
Ladarba l-produttur esportatur li ngħata l-MET ma kellux bejgħ domestiku li kien biżżejjed rappreżentattiv, l-infiq BĠ & A u l-profitt kellhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. |
|
(46) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat l-infiq BĠ & A u r-rati ta’ profitt mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu li kellu bejgħ domestiku fl-andament ordinarju tan-negozju. L-infiq BĠ & A u r-rati medji tal-profitt li nstabu għand il-produttur esportatur Tork li kkoopera ġew miżjuda ma’ l-ispiża tal-manifattura li kellu l-produttur esportatur ikkonċernat rigward it-tipi esportati kif ġie stipulat mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2.2. L-Ukrajna
|
(47) |
Ġie stabbilit li għall-uniku produttur esportatur Ukrajn, matul il-PI, ma kienx hemm bejgħ domestiku totali tal-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet rappreżentattivi. Għalhekk, ma setax jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produttur esportatur rilevanti fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni, kif ġie provdut mis-sottoparagrafu 1 ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, kellu jiġi applikat metodu ieħor. |
|
(48) |
Ladarba l-produttur esportatur bl-MET ma kellux biżżejjed bejgħ domestiku u ladarba ma kien hemm l-ebda produttur esportatur Ukrajn li kkoopera, skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku l-infiq BĠ & A u l-profitt kellhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kwalunke metodu raġonevoli ieħor. |
|
(49) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat l-infiq BĠ & A u r-rati ta’ profitt mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu li kellu bejgħ domestiku fl-andament ordinarju tan-negozju. L-infiq BĠ & A u r-rati medji tal-profitt li nstabu għand il-produttur esportatur Tork li kkoopera kienu miftiehma fuq l-ispiża tal-manifattura li kellu l-produttur esportatur ikkonċernat rigward it-tipi esportati kif ġie stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
3.3.3. Id-determinazzjoni ta’ valur normali fil-pajjiż analogu
|
(50) |
Wara l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu, kien ikkalkulat valur normali fuq il-bażi tad-data vverifikata fl-uffiċċji tal-produttur Tork li kkoopera. |
|
(51) |
Instab li l-bejgħ domestiku tal-produttur Tork tal-prodott simili kien rappreżentattiv meta pparagunat mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. |
|
(52) |
Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku jistax jitqies bħala li sar matul l-andament ordinarju tan-negozju, billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profitabbli lil klijenti indipendenti. Il-verifika li saret għand il-produttur Tork uriet li l-volum tal-bejgħ tiegħu, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ’il fuq mill-ispiża ta’ unità, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali. Għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala medja mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le. Barra minn hekk, instab li b’mod ġenerali dawn il-prezzijiet domestiċi kienu allinjati mal-prezzijiet ta’ produttur Tork prinċipali ieħor li matul il-verifika fuq il-post fil-pajjiż analogu nkisbet ċerta informazzjoni dwaru. |
3.4. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni
3.4.1. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(53) |
Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità jew (i) direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità; (ii) permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati li jinsabu barra mill-Komunità u (iii) permezz ta’ kumpanija tan-negozju relatati li jinsabu barra mill-Komunità. |
|
(54) |
Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità sar direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunita, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lejn il-Komunità sar permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta nbiegħ lill-kumpaniji tan-negozju għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(55) |
Fejn sar bejgħ mill-esportazzjoni lill-Komunità permezz ta’ kumpaniji tan-negozju relatati, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-prodott meta nbiegħ mill-kumpaniji tan-negozju relatati lill-ewwel xerrej indipendenti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(56) |
Produttur esportatur wieħed kien qed ibigħ parti mill-prodott ikkonċernat permezz ta’ kumpanijia tan-negozju f’Ħong Kong. Il-kumpanija tan-negozju li kienet ibbażata f’Ħong Kong ma kinitx f’pożizzjoni li turi b’mod xieraq, permezz tal-kontijiet tagħha, li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lill-klijenti indipendenti fil-Komunità li ġew irrapportati kienu effettivament tħallsu. Barra minn hekk, ma kienx possibbli li fil-post jiġi rikonċiljat ix-xiri tan-negozjant ta’ Ħong Kong mal-kontijiet ivverifikati tiegħu għall-bejgħ lill-Komunità. Il-kumpanija kienet informata li kien hemm dubji serji dwar l-akkuratezza tal-bejgħ tagħha lejn il-Komunità permezz tal-kumpanija tan-negozju relatata f’Ħong Kong u li bejgħ ta’ din ix-xorta mhux se jitqies għall-kalkoli provviżorji tad-dumping. Il-kumpanija ngħatat l-opportunità li tikkumenta, imma ma pprovdiet l-ebda evidenza li setgħet tbiddel il-konklużjoni preliminari. B’hekk dawk it-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni ma tqisux u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat biss fuq il-prezzijiet għall-bejgħ li sar jew direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità jew permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati li jinsabu barra mir-RPĊ u mill-Komunità. |
|
(57) |
Produttur esportatur wieħed ma kellu l-ebda bejgħ dirett tal-prodott ikkonċernat. Biegħ il-prodott ikkonċernat jew permezz ta’ kumpaniji tan-negozju li mhumiex relatati li jinsabu fir-RPĊ jew permezz ta’ kumpanija tan-negozju relatata li tinsab fir-RPĊ. Ladarba d-destinazzjoni finali tal-bejgħ li sar permezz ta’ partijiet li mhumiex relatati ma setgħetx tintwera, dan il-bejgħ provviżorjament ma tqiesx u l-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat biss fuq il-bejgħ li sar permezz tal-kumpanija tan-negozju relatata, li setgħet turi d-destinazzjoni tal-bejgħ tagħha. Il-kumpanija kienet informata b’dan u ngħatat l-opportunità li tikkumenta. Il-kummenti ma bidlux din il-konlużjoni preliminari. |
|
(58) |
Kif ġie spjegat taħt l-analiżi tat--TI fil-premessa (33) ta’aktar ’il fuq, produttur esportatur wieħed ma setax juri u jissostanzja l-bejgħ mill-esportazzjoni effettiv tiegħu. Għalhekk, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku il-bejgħ mill-esportazzjoni kollu tiegħu ma tqiesx u l-prezzijiet irrapportati ma setgħux jintużaw biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mir-RPĊ lejn il-Komunità. Il-kumpanija kienet informata b’dan u ngħatat l-opportunità li tikkumenta. Madanakollu, il-kummenti ma bidlux is-sejbiet ta’ l-investigazzjoni, u ladarba ma kien disponibbli l-ebda sors ieħor sabiex jiġu stabbiliti l-esportazzjonijiet ta’ din il-kumpanija lejn il-Komunità, tqies li kien xieraq li d-data dwar l-esportazzjoni kollha tagħha ma titqiesx u marġni tad-dumping jiġi stabbilit fuq il-fatti disponibbli (ara l-premessa (65)). |
3.4.2. L-Ukrajna
|
(59) |
Il-bejgħ kollu mill-esportazzjoni lill-Komunità ta’ l-uniku esportatur Ukrajn saru permezz tal-kumpanija relatata tiegħu li tinsab barra mill-Komunità. Din il-kumpanija relatata wettqet il-funzjonijiet ta’ l-importazzjoni kollha tal-merkanzija li ddaħħlet f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, u għaldaqstant għandha titqies bħala importatur relatat. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni għalhekk kien stabbilit skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom inbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba l-prodotti importati lil xerrej indipendenti. Għal dan l-iskop, saru aġġustamenti biex jitqiesu l-ispejjeż kollha, inklużi kwalunkwe dazju u taxxa, li kien hemm bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u tal-profitti li normalment jinġemgħu mill-importaturi indipendenti li kkooperaw, sabiex seta’ jiġi stabbilit prezz ta’ l-esportazzjoni affidabbli. |
3.5. Il-paragun
|
(60) |
Il-paragun bejn valur normali u prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(61) |
Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw lill-prezzijiet u lill-paragunabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għall-produtturi esportaturi kollha li ġew investigati, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport u ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar, tat-tagħbija u għall-ispejjeż aniċillari, għall-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, għall-ispejjeż tal-kreditu, għall-ispejjeż tal-garanziji u kummissjonijiet fejn kien japplika u fejn kien ġustifikat. |
|
(62) |
Rigward il-valur normali li kien ibbażat fuq il-pajjiż analogu għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx l-MET, l-investigazzjoni stabbiliet li t-twavel tal-mogħdija Torok fil-parti l-kbira tal-każi huma mgħammra b’sokit ta’ l-elettriku u b’cord-minder, filwaqt li dan ma kienx il-każ għall-parti l-kbira tal-prodotti Ċiniżi. Għalhekk, skond l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku, sar aġġustament xieraq għall-prezzijiet Torok biex ikun eliminat l-effett ta’ din id-differenza. Barra minn hekk, instabu xi differenzi fil-livell tan-negozju. Kien stabbilit li fis-suq domestiku Tork it-twavel tal-mogħdija normalment jiġu fornuti direttament lill-bejjiegħa bl-imnut u b’hekk il-kwantitajiet f’kull ordni/konsenja jkunu sostanzjalment aktar baxxi meta pparagunati ma’ dawk li jsiru permezz ta’ l-importaturi/tan-negozjanti jew permezz taċ-ċentri ta’ distribuzzjoni/forniment tal-katini l-kbar tal-bejgħ bl-imnut, kif inhu l-każ tal-bejgħ mill-esportazzjoni Ċiniż. Għalhekk sar aġġustament xieraq skond l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku fuq il-prezzijiet Torok biex ikun eliminat l-effett ta’ dawn id-differenzi. |
3.6. Il-marġnijiet tad-dumping
3.6.1. Il-metodoloġija ġenerali
|
(63) |
Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju b'piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz ta’ l-esportazzjoni medju b'piż differenzjat skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit aktar ’il fuq. Ta’ min jinnota li ma kien hemm l-ebda produttur esporatatur li kkoopera fiż-żewġ pajjiżi lil hinn minn dawk li ngħataw l-MET jew it--TI. |
|
(64) |
Sabiex ikun iddeterminat il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi kollha li ma kkooperawx, l-ewwel ġie stabbilit il-livell ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għal dan il-għan, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità li kien irrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kien ipparagunat mal-volum ekwivalenti ta’ l-importazzjonijiet li ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-ilment u ta’ ċerta informazzjoni li nġabret minn produtturi esportaturi magħrufa oħra fil-pajjiżi kkonċernati li finalment ma kkooperawx fl-investigazzjoni. Ta’ min jinnota li ma hemm l-ebda statistika preċiża dwar l-importazzjoni ta’ l-Eurostat għall-prodott ikkonċernat. |
|
(65) |
Fejn il-livell ta’ kooperazzjoni huwa baxx, jiġifieri inqas minn 80 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li għalihom kienu responsabbli l-produtturi esportaturi li kkoperaw, tqies li kien xieraq li jiġi ffissat marġni tad-dumping għal produtturi esportaturi oħra fuq livell ogħla mill-ogħla marġni tad-dumping li ġie stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw. F’każ ta’ din ix-xorta, il-marġni tad-dumping għalhekk ġie stabbilit fuq livell li jikkorrispondi għall-marġni tad-dumping medju b'piż differenzjat tat-tipi ta’ prodott li nbiegħu l-aktar tal-produtturi esportaturi li kkooperaw bl-ogħla marġnijiet tad-dumping. Dan tqies li kien xieraq ladarba kien hemm raġuni li wieħed jemmen li l-livell baxx ta’ kooperazzjoni jirriżulta minħabba li l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-pajjiż investigat ġeneralment ikunu wettqu dumping fuq livell ogħla minn kwalunkwe produttur esportatur li kkoopera. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kwalunkwe kumpanija li ma kkooperatx kienet qed twettaq dumping fuq livell aktar baxx. |
|
(66) |
Fejn il-livell ta’ kooperazzjoni huwa għoli, jiġifieri 80 % jew aktar ta’ l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li kienu responsabbli għalihom il-produtturi esportaturi li kkoperaw, tqies xieraq li l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi l-oħra jiġi ffissat fuq il-livell ta’ l-ogħla marġni tad-dumping li ġie stabbilit għal produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż ikkonċernat. |
3.6.2. Il-marġnijiet tad-dumping
3.6.2.1. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
(67) |
Fuq il-bażi ta’ l-ilment u ta’ l-informazzjoni disponibbli mingħand il-produtturi esportaturi li ppreżentaw irwieħhom u pprovdew ċerta data fl-istadju inizjali ta’ l-investigazzjoni, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-livell ta’ kooperazzjoni kien taħt it-80 %. Għalhekk biex jiġi stabbilit marġni tad-dumping għal mal-pajjiż kollu ntużat il-metodoloġija li ġiet deskritta fil-premessa (65) aktar ’il fuq. |
|
(68) |
Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping, li ġew espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF ta’ fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:
|
|
(69) |
Għall-uniku produttur esportatur Ċiniż li ngħata l-MET, jiġifieri Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., kien stabbilit provviżorjament li l-bejgħ mill-esportazzjoni ma sarx bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li s-sejbiet provviżorji jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe sejba definittiva għar-raġunijiet li ġew spjegati taħt il-premessa (44). |
3.6.2.2. L-Ukrajna
|
(70) |
Fuq il-bażi ta’ l-ilment u ta’ l-informazzjoni disponibbli mingħand il-produtturi esportaturi li ppreżentaw irwieħhom u pprovdew ċerta data fl-istadju inizjali ta’ l-investigazzjoni, ġie konkluż b’mod provviżorju li fil-każ ta’ l-Ukrajna l-livell ta’ kooperazzjoni kien ’il fuq minn 80 %. Fil-fatt, jidher li Eurogold Industries Ltd. huwa l-uniku produttur esportatur Ukrajn tat-twavel tal-mogħdija u ma nstabet l-ebda indikazzjoni li xi produttur esportatur b’mod deliberat naqas milli jikkoopera. Għalhekk, intużat il-metodoloġija li ġiet deskritta fil-premessa (66) aktar ’il fuq biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping għal kwalunkwe produttur esportatur Ukrajn ieħor tal-prodott ikkonċernat. |
|
(71) |
Il-marġni provviżorju tad-dumping, li ġie espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huwa dan li ġej:
|
4. IL-ĦSARA
4.1. Il-produzzjoni Komunitarja
|
(72) |
Is-sejbiet provviżorji ta’ l-investigazzjoni stabbilew li l-prodott simili jiġi manifatturat minn għall-inqas tletin kumpanija żgħira u ta’ daqs medju (“SMEs”) fil-Komunità. Il-parti l-kbira tal-produzzjoni Komunitarja tinsab fl-Italja, fil-Polonja u fir-Renju Unit. |
|
(73) |
Għalkemm hemm diversi produtturi fis-suq Komunitarju, il-livell ta’ konċentrazzjoni huwa relattivament għoli kif jista’ jitqies mill-fatt li l-output tal-ħames produtturi prinċipali jirrappreżenta aktar minn 50 % ta’ l-output totali stmat fil-Komunità. L-output tal-kumpaniji kollha li ssemmew aktar ’il fuq jikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja totali. |
4.2. Definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja
|
(74) |
L-ilment kien iddepożitat minn tliet produtturi Komunitarji li jirrappreżentaw proprozjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa tal-prodott simili, jiġifieri f’dan il-każ aktar minn 40 %. |
|
(75) |
Dawk li għamlu l-ilment u produttur Komunitarju ieħor kkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni (ara wkoll il-premessa (9)). Dawn l-erba’ kumpaniji jirrappreżentaw aktar minn 45 % tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa tal-prodott simili. Wieħed minn dawn il-produtturi Komunitarji kien għamel xi importazzjonijiet mir-RPĊ fil-PI. Madanakollu, l-importazzjoni ma kinitx il-kummerċ ċentrali tiegħu u tqies li dawn l-importazzjonijiet saru b’reazzjoni għall-influss ta’ importazzjonijiet soġġetti għal dumping bi prezzijiet baxxi, b’mod partikolari sabiex jibqgħu kompetittivi fil-firxa ta’ prodotti ta’ livell baxx. Għalhekk ma jitqiesx li huwa xieraq li dan il-produttur jiġi eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(76) |
Fuq din il-bażi, jitqies li l-erba’ produtturi Komunitarji li jissemmew fil-premessa (75) aktar ’il fuq jitqiesu bħala li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“industrija Komunitarja”. |
4.3. Il-konsum Komunitarju
|
(77) |
Ta’ min ifakkar li ma hemm l-ebda statistika preċiża dwar l-importazzjoni ta’ l-Eurostat għall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni ta’ kwalunkwe kwantità sinifikanti ta’ importazzjonijiet ta’ twavel tal-mogħdija minn pajjiżi ħlief l-RPĊ u l-Ukrajna (il-“pajjiżi kkonċernati”). Il-konsum Komunitarju b’hekk ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li ġejja:
Fuq din il-bażi, il-konsum Komunitarju żviluppa kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
(78) |
Bejn l-2002 u l-IP, il-konsum tat-twavel tal-mogħdija fil-Komunità żdied bi 28 %, bl-aktar żjieda f’daqqa tkun bejn l-2004 u l-IP. Iż-żjieda ġeneralment stabbli hija prinċipalment attribwita lill-konsum li qed jiżdied fl-Istati Membri l-ġodda, għalkemm iż-żjieda fil-IP sa ċertu punt tista’ tiġi attribwita lil żjieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-PRC u mill-Ukrajna minn uħud minn dawk li qabel kienu produtturi Komunitarji tradizzjonali li qalbu għall-importazzjoni u b’hekk żiedu l-istokks tagħhom. |
4.4. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.4.1. Il-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping ikkonċernati
|
(79) |
Il-Kummissjoni qieset jekk l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, fuq il-bażi tal-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu jipprovdi li l-effetti ta’ l-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar li fl-istess ħin ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping għandhom ikunu vvaluati b’mod kumulattiv biss jekk jiġi ddeterminat li (a) il-marġni tad-dumping stabbilit f’relazzjoni għall-importazzjonijiet minn kull pajjiż huwa aktar minn de minimis kif ġie ddefinit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u li l-volum ta’ l-importazzjonijiet ta’ kull pajjiż mhux negliġibbli, u (b) valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet hija adattata fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili Komunitarju. |
|
(80) |
Ta’ min ifakkar li ma nstabx li l-importazzjonijiet mingħand produttur esportatur Ċiniż kienu soġġetti għal dumping. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma tqiesux flimkien ma’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. |
|
(81) |
Il-marġnijiet tad-dumping li ġew stabbiliti f’relazzjoni għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kienu aktar minn de minimis. Barra minn hekk, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping minn kull wieħed minn dawk il-pajjiżi ma kienx negliġibbli fis-sens ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. |
|
(82) |
L-investigazzoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kemm bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u kemm bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u l-prodott simili Komunitarju kienu simili. Instab li, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, it-twavel tal-mogħdija prodotti/mibjugħa mill-pajjiżi kkonċernati u dawk prodotti/mibjugħa mill-industrija Komunitarja jikkompetu kontra xulxin ladarba huma simili f’termini tal-karatteristiċi bażiċi tagħhom, mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jiġu skambjati wieħed ma’ l-ieħor u jiġu distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’distribuzzjoni. |
|
(83) |
Ċerti partijiet interessati affermaw li f’dan il-każ il-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva ma ġewx sodisfatti għaliex hemm differenzi fundamenti bejn l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Ukrajna f’termini ta’ prezzijiet u ta’ mġiba tas-suq. |
|
(84) |
Rigward il-prezzijiet, ta’ min jinnota li d-differenza assoluta fil-livell tal-prezzijiet bejn iż-żewġ pajjiżi mhix deċiżiva fil-kuntest tal-valutazzjoni kumulattiva. Tabilħaqq tista’ tiġi spjegata minn diversi fatturi, eż. taħlita ta’ prodotti differenti. Hija t-tendenza tal-prezzijiet tul il-perjodu meqjus li hija rilevanti u t-tendenza hija paragunabbli għaż-żewġ pajjiżi. Fil-fatt, bejn l-2002 (l-2003 fil-każ ta’ l-Ukrajna) u l-IP, il-prezz medju ta’ l-importazzjoni mir-RPĊ u mill-Ukrajna żdied b’27 % u bi 12 % rispettivament. |
|
(85) |
Safejn hija kkonċernata l-imġiba tas-suq, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (82) aktar ’il fuq, ma kienet stabbilita l-ebda differenza sostanzjali f’termini ta’ karatteristiċi, kanali tad-distribuzzjoni, eċċ. tal-prodott. |
|
(86) |
Fuq din il-bażi, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li qed jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ akkumulazzjoni kollha u li għaldaqstant l-effetti ta’ l-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu vvalutati b’mod konġunt għall-iskop ta’ l-analiżi tal-ħsara. |
4.4.2. Il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
IP |
|
Importazzjonijiet (unitajiet) |
431 000 |
858 300 |
2 388 600 |
4 120 800 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
199 |
554 |
956 |
|
Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Ukrajni li kooperaw, l-informazzjoni miġbura mingħand produtturi esportaturi Ċiniżi oħra. |
||||
|
(87) |
Il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus kollu. Sa mill-2002, l-importazzjonijiet fil-PI żdiedu b’aktar minn 850 %. |
|
(88) |
Ta’ min jinnota li fl-2002 ma kien hemm l-ebda importazzjoni mill-Ukrajna. L-uniku produttur Ukrajn tat-twavel tal-mogħdija beda ħidmietu fl-2003. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdiedu f’daqqa fl-2004, b’aktar minn 400 %.
|
||||||||||||||||||||
|
(89) |
Il-prezz medju ta’ l-importazzjoni żdied matul il-perjodu meqjus kollu. Madanakollu, baqa’ ferm taħt il-prezzijiet medji ta’ l-industrija Komunitarja (ara t-tabella rilevanti u l-premessa (99). Fil-PI, il-prezz medju ta’ l-importazzjoni kien aktar baxx b’aktar minn 40 % mill-prezz medju ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(90) |
Iż-żjieda fil-prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni tista’ tiġi attribwita lill-fatturi li ġejjin. Kien hemm ċaqliqa sinfikanti min-naħa ta’ l-esportaturi tar-RPĊ lejn it-tarf nofsani sa dak għoli tas-suq. Fil-fatt, kif diġà ssemma fil-premessa (78) aktar ’il fuq, uħud mill-produtturi Komunitarji tradizzjonali baxxew b’mod sinifikanti jew waqqfu l-produzzjoni tagħhom fil-Komunità u bdew jimportaw mill-pajjiżi kkonċernati. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-kumpaniji huma stabbiliti fil-prodotti ta’ livell nofsani u ta’ livell għoli. Il-parti l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi daħlu dan l-aħħar fis-suq tat-twavel tal-mogħdija u mhijiex xi sorpriża li tiġi osservata xi żjieda fil-prezzijiet hekk kif isiru aktar stabbiliti. Fl-2004, is-sehem mill-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdiedu f’daqqa. Ladarba l-livell tal-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet huwa ’l fuq mil-livell tal-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC, il-livell tal-prezzijiet akkumulati huwa ogħla.
|
||||||||||||||||||||
|
(91) |
Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’mod drammatiku matul il-perjodu meqjus kollu. Bejn l-2003 u l-2004 kważi ttripla, meta l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ppenetraw b’mod massiv is-suq Komunitarju, u kompla jiżdied b’rata għolja fl-IP sakemm ħadu kważi nofs is-suq. |
4.4.3. It-traħħis tal-prezz taħt il-prezz normali
|
(92) |
Sabiex jiġi analizzat it-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezzijiet normali, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu pparagunati mal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, fuq il-bażi tal-medji b'piż differenzjat għal tipi ta’ prodott paragunabbli matul il-PI. Il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja kienu aġġustati għal livell ta’ qabel il-prezz tas-suq, u pparagunati mal-prezzijiet CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, flimkien mad-dazji doganali, fejn kien japplika. Dan il-paragun tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet li kienu fuq l-istess livell ta’ negozju, fejn kienu aġġustati b’mod xieraq fejn kien meħtieġ, u wara li tnaqqsu r-ribassi u l-iskontijiet. |
|
(93) |
Fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-marġnijiet tat-traħħis tal-prezz taħt il-prezz normali li nstabu, skond il-pajjiż, u li ġew espressi bħala perċentwali tal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, huma kif ġej:
|
4.5. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja
4.5.1. Ir-rimarki preliminari
|
(94) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. L-analiżi sħiħa ta’ dawn il-fatturi twettqet għal dawk li għamlu l-ilment u għal produttur ieħor li kkoopera b’mod sħiħ, jiġifieri l-industrija Komunitarja. |
4.5.2. L-indikaturi tal-ħsara
Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
IP |
|
Il-produzzjoni (unitajiet) |
2 851 796 |
2 814 254 |
2 578 175 |
2 229 641 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
99 |
90 |
78 |
|
Il-kapaċità (unitajiet) |
5 304 158 |
5 304 158 |
5 304 158 |
5 484 620 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
100 |
100 |
103 |
|
L-użu tal-kapaċità |
54 % |
53 % |
49 % |
41 % |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
99 |
90 |
76 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(95) |
Waqt il-perjodu meqjus, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja naqset bi 22 %. Iż-żjieda ċkejkna fil-kapaċità fil-PI kienet minħabba li produttur Komunitarju wieħed installa kapaċità żejda biex jibbenefika minn żjieda fil-konsum wara t-tkabbir ta’ l-UE. B’xorti ħażina, kienu biss l-importazzjonijiet li bbenefikaw minn din iż-żjieda fil-konsum. Għaldaqstant, fil-PI l-użu tal-kapaċità naqset aktar mill-output. |
L-istokks
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
IP |
|
L-istokks (unitajiet) |
96 729 |
131 811 |
180 518 |
144 543 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
136 |
187 |
149 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(96) |
Bejn l-2002 u l-IP kien hemm żjieda ġenerali fl-istokks. Għalkemm bil-probabbiltà kollha l-ogħla livell fl-2004 kien parzjalment influwenzat mill-ordnijiet ikkompletati li kienu għadhom ma ġewx ikkonsenjati lill-klijenti, iż-żjieda fit-tendenza ġenerali hija evidenti. |
Il-volum tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
IP |
|
Il-bejgħ fil-KE (unitajiet) |
2 605 381 |
2 567 285 |
2 348 934 |
2 050 373 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
99 |
90 |
79 |
|
Is-sehem mis-suq |
39 % |
38 % |
33 % |
24 % |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
97 |
84 |
61 |
|
Il-prezz tal-bejgħ (€/unità) |
12,99 |
12,31 |
11,17 |
11,18 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
95 |
86 |
86 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(97) |
Il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas matul il-perjodu meqjus kollu u fil-PI niżel b’79 % tal-volum oriġinali tiegħu. Tendenza li qed tonqos bħal din hija saħansitra aktar ta’ tħassib meta titqies fi ħdan il-kuntest ta’ konsum Komunitarju li qed jiżdied. Fil-fatt, bejn l-2002 u l-PI l-industrija Komunitarja tilfet 39 % tas-sehem mis-suq tagħha. |
|
(98) |
Ma seta’ jiġi osservat l-ebda tkabbir fl-industrija Komunitarja. Fil-fatt, l-industrija Komunitarja ma bbenefikatx mit-tkabbir tas-suq, jiġifieri miż-żjieda fil-konsum Komunitarju, imma bil-kuntrarju, fil-perjodu meqjus tilfet 21 % tal-volum tal-bejgħ tagħha. |
|
(99) |
Il-prezz medju ta’ kull unità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja stess naqas b’mod sinifikanti fl-ewwel tliet snin, jiġifieri b’14 %. Fl-2004 laħaq l-aktar livell baxx tiegħu u fl-IP baqa’ stabbli. |
Il-profitabilità
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
IP |
|
Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxi |
6,8 % |
6,4 % |
0,7 % |
4,1 % |
|
Indiċi: 2002=100 |
100 |
94 |
10 |
60 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(100) |
Matul il-perjodu meqjus, il-profitabilità ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat. Il-marġni ta’ profitt fil-PI kien 40 % aktar baxx milli fl-2002. It-titjib apparenti fl-IP, meta pparagunat ma’ l-2004, fil-fatt inkiseb permezz ta’ qtugħ fir-remunerazzjonijiet tal-maniġment ta’ wħud mill-kumpaniji. Qtugħ fir-remunerazzjonjijiet ta’ din ix-xorta kellu impatt sinifikanti fuq il-marġnijiet tal-profitt tagħhom. Fil-fatt, fil-PI il-profitt totali gross kompla jonqos u laħaq 65 % tal-livell ta’ l-2002 tiegħu. Għalhekk huwa evidenti li ż-żjieda tal-profitt nett totali ta’ qabel it-taxxa hija artifiċjali u mhux sostenibbli. |
L-investiment, il-profitt fuq l-investiment, id-dħul u l-ħruġ tal-flus u l-ħila li jinġabar kapital
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
PI |
|
L-investiment (€) |
1 437 087 |
779 490 |
1 303 287 |
635 836 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
54 |
91 |
44 |
|
Il-profitt fuq l-investiment |
61,98 % |
68,19 % |
4,77 % |
27,02 % |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
110 |
8 |
44 |
|
Id-dħul u l-ħruġ tal-flus (€) |
3 463 326 |
4 184 515 |
1 246 671 |
3 023 277 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
121 |
36 |
87 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(101) |
L-investimenti naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus, biex fil-PI laħqu inqas minn nofs il-livell ta’ l-2002. Barra minn hekk, il-parti l-kbira ta’ l-investimenti kienu jikkostitwixxu investimenti meħtieġa ta’ sostituzzjoni u ta’ rinnovazzjoni. Parti mill-investiment ta’ l-2004 kien ukoll konness mal-preparazzjoni għal opportunitajiet ġodda wara t-tkabbir ta’ l-UE. Madanakollu, kif intwera aktar ’il fuq, iż-żjieda fil-konsum kienet għalkollox moqdija mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(102) |
Il-profitt fuq l-investiment, li kien espress f’termini ta’ profitti netti ta’ l-industrija Komunitarja u l-valur nett kif imniżżel fil-kotba ta’ l-investimenti tagħha ġew żviluppati skond il-marġnijiet ta’ l-investiment u tal-profitt. Rigward dak li jidher bħala livell għoli ta’ profitt fuq l-assi netti, ta’ min jinnota li l-parti l-kbira tal-kumpaniji li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja kienu stabbiliti 30 sena jew aktar ilu u b’hekk il-parti l-kbira ta’ l-assi tagħhom diġà ġew konsiderevolment deprezzati. Fil-fatt, fl-2004 meta saru ċerti investimenti u meta l-marġnijiet tal-profitt kienu jirriflettu r-rendiment effettiv ta’ l-industrija Komunitarja (aktar milli ż-żjieda artifiċjali fil-profitt fil-PI), il-profitt fuq l-investiment waqa’ bi 63 punt perċentwali. Dan jikkonferma n-nuqqas ta’ ħila tal-produtturi Komunitarji biex jiġbru kapital, b’mod partikolari minħabba l-volum tal-bejgħ li qed jonqos u l-prezz baxx tal-bejgħ. |
|
(103) |
Id-dħul u l-ħruġ tal-flus ta’ l-industrija Komunitarja varja. It-titjib ta’ l-2003 kien segwit minn tnaqqis f’daqqa fl-2004. L-irkupru fil-PI huwa skond il-miżuri mmirati lejn titjib fil-profitabilità, kif ġie deskritt fil-premessa (100) aktar ’il fuq. B’kollox, tul il-perjodu meqjus id-dħul u l-ħruġ tal-flus iddeterjora. |
L-impjiegi, il-produttività, il-pagi
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
PI |
|
L-impjiegi |
347 |
326 |
283 |
234 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
94 |
82 |
67 |
|
L-ispiża tax-xogħol (€) |
7 521 183 |
7 209 158 |
5 701 507 |
5 361 572 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
96 |
76 |
71 |
|
L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (€) |
21 675 |
22 114 |
20 147 |
22 913 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
102 |
93 |
106 |
|
Il-produttività għal kull ħaddiem (unitajiet fis-sena) |
9 474 |
10 015 |
10 787 |
11 261 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
106 |
114 |
119 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(104) |
Bejn l-2002 u l-PI, in-numru ta’ impjegati ta’ l-industrija Komunitarja li kienu involuti fil-prodott simili naqas bi 33 %. L-ispiża medja tax-xogħol għal kull impjegat, li tirrifletti l-pagi, baqgħet pjuttost stabbli; it-tnaqqis temporanju fl-2004 kien ikkumpensat minn żjieda ċkejkna fl- PI. |
|
(105) |
L-isforzi biex titnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u t-tnaqqis fin-numru ta’ impjegati rriżultaw f’żjieda fl-output għal kull ħaddiem (żjieda ta’ 19 % tul il-perjodu meqjus). Madanakollu, minħabba l-indikaturi finanzjarji li ġew deskritti aktar ’il fuq, iż-żjieda fil-produttività ma setgħetx tikkumpensa għat-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u fil-livell tal-prezzijiet. |
4.5.3. Il-kobor tad-dumping, l-irkupru mid-dumping jew mis-sussidjar ta’ l-imgħoddi
|
(106) |
Fejn jikkonċerna l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġni tad-dumping effettiv, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies li huwa negliġibbli. |
|
(107) |
Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li matul il-PI l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra mill-effetti ta’ kwalunkwe dumping jew sussidjar ta’ l-imgħoddi. |
4.6. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(108) |
Matul il-perjodu meqjus, il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu soġġetti għal dumping mill-RPĊ u mill-Ukrajna żdiedet b’mod drammatiku. F’termini ta’ volum, matul il-perjodu meqjus l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’aktar minn 850 %. F’termini ta’sehem mis-suq, matul l-istess perjodu iggwadanjaw aktar minn 40 punt perċentwali tat-twavel tal-mogħdija Komunitarji. |
|
(109) |
L-analiżi ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija Komunitarja żvelat li l-ħsara mmaterjalizzat f’termini ta’ tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, fil-prezz tal-bejgħ u fis-sehem tas-suq. Dan kellu impatt negattiv dirett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja, fuq il-livell tal-produzzjoni u fuq l-impjiegi. Matul il-perjodu meqjus, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b’aktar minn 20 %, is-sehem mis-suq naqas bi 15-il punt perċentwali u l-impjiegi niżlu b’aktar minn 30 %. Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’14 % u l-prezzijiet individwali laħqu l-aktar livell baxx possibbli tagħhom. Fil-fatt, l-indikaturi finanzjarji jikkonfermaw li l-industrija Komunitarja m’għadhiex f’pożizzjoni li tnaqqas aktar il-livelli tal-prezzijiet tagħha mingħajr ma nġarrab telf li, fil-każ ta’ l-SMEs, ma jistax ikun sostnut għal aktar minn ftit xhur mingħajr ma jkunu mġiegħla jagħlqu. |
|
(110) |
Meta jitqiesu dawn il-fatturi kollha, qed jitqies b’mod provviżorju li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. IL-KAWŻALITÀ
5.1. Introduzzjoni
|
(111) |
Skond l-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja kinitx ikkawżata minn importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati. Fatturi magħrufa għajr għall-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli li kienet ikkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. |
5.2. L-effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping
|
(112) |
L-ewwelnett, ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni żvelat li t-twavel tal-mogħdija li ġew importati direttament mill-pajjiżi kkonċernati jikkompetu mat-twavel tal-mogħdija li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija Komunitarja, ladarba huma simili f’termini tal-karatteristiċi bażiċi tagħhom, mill-perspettiva tal-konsumatur jistgħu jiġu skambjati wieħed ma’ l-ieħor u jiġu distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’ distribuzzjoni. |
|
(113) |
Iż-żjieda sinifikanti fil-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati (aktar minn 850 %) ikkoinċidiet mad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja. Matul l-istess perjodu, dan id-deterjorament inkluda, inter alia, tnaqqis fil-livelli tal-bejgħ u tal-prezzijiet tal-produzzjoni Komunitarja. |
|
(114) |
Matul il-perjodu meqjus, is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping żdied bi 42 punt perċentwali, filwaqt li l-industrija Komunitarja tilfet 15 % tas-suq. Ta’ min ifakkar li bejn l-2002 u l-PI il-konsum Komunitarju żdied b’aktar minn 20 %. |
|
(115) |
L-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping kienu irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’marġnijiet ferm sostanzjali, allura jista’ jiġi konkluż b’mod raġonevoli li kienu responsabbli għas-soppressjoni tal-prezzijiet li wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja ma setgħetx iżżid l-użu tal-kapaċità tagħha, kif seta’ ġara b’mod raġonevoli meta titqies iż-żjieda fil-konsum li kienet osservata matul il-perjodu meqjus. |
|
(116) |
Minħabba l-koinċidenza fiż-żmien li ġiet stabbilita b’mod ċar bejn, min-naħa waħda, iż-żjieda ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping bi prezzijiet li kienu ferm irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, u min-naħa l-oħra, it-telf fil-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni, it-tnaqqis fl-ishma mis-suq u fl-impjiegi u d-depressjoni tal-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping kellhom rwol determinanti fis-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja. |
5.3. L-effetti ta’ fatturi oħra
5.3.1. Ir-rendiment ta’ produtturi Komunitarji oħra li appoġġjaw l-ilment
|
(117) |
Ħmistax-il produttur Komunitarju tat-twavel tal-mogħdija ħlief dawk li jagħmlu l-industrija Komunitarja appoġġjaw l-ilment. Dawn il-kumpaniji ma xtaqux jikkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni, madanakollu pprovdew ċerta informazzjoni li tikkonċerna l-produzzjoni, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-impjiegi tagħhom. Dawn il-kumpaniji lkoll flimkien jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni Komunitarja totali magħrufa. Ta’ min jinnota li l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma importat kwantità sostanzjali tal-prodott ikkonċernat. |
|
(118) |
Is-sitwazzjoni ta’ dawn il-15-il kumpanija kienet analizzata u pparagunata mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. |
Il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità u l-impjiegi
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
PI |
|
Il-produzzjoni (unitajiet) |
1 401 965 |
1 674 888 |
1 448 686 |
1 262 714 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
119 |
103 |
90 |
|
Il-kapaċità (unitajiet) |
2 758 900 |
2 865 300 |
3 284 500 |
3 299 800 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
104 |
119 |
120 |
|
L-użu tal-kapaċità |
51 % |
58 % |
44 % |
38 % |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
115 |
87 |
75 |
|
L-impjiegi |
281 |
314 |
277 |
231 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
112 |
98 |
82 |
|
(119) |
Il-produzzjoni ta’ dawn il-produtturi żdiedet bi 19 % fl-2003, imbagħad naqset għal-livell inizjali tagħha fl-2004 u niżlet bi 13 % fil-PI. Iż-żjieda fil-kapaċità fl-2004 tista’ tiġi attribwita lill-aspettattivi ta’ żjieda fil-bejgħ wara t-tkabbir ta’ l-UE. Bħala riżultat ta’ żjieda fil-kapaċità, matul il-perjodu meqjus l-użu tal-kapaċità naqas aktar mill-output. L-impjiegi żviluppaw b’mod allinjat ma’ l-output, jiġifieri żdiedu fl-2003, imbagħad irritornaw għal-livell inizjali tagħhom fl-2004 u niżlu f’daqqa fil-PI. |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
PI |
|
Il-bejgħ fil-KE (unitajiet) |
1 206 714 |
1 446 522 |
1 204 336 |
1 079 264 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
120 |
100 |
89 |
|
Is-sehem mis-suq |
18 % |
21 % |
17 % |
13 % |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
118 |
93 |
70 |
|
(120) |
Wara titjib temporanju fl-2003, il-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-15-il kumpanija niżel f’daqqa. Dan l-iżvilupp jikkoinċidi b’mod ċar maż-żjieda f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq Komunitarju. Ta’ min ifakkar li fl-2004 dawn l-importazzjonijiet kważi ttriplaw u fl-istess sena s-sehem mis-suq tagħhom żdied b’20 punt perċentwali. Ta’ min ifakkar ukoll li l-konsum Komunitarju tat-twavel tal-mogħdija żdied matul il-perjodu meqjus kollu. |
|
(121) |
Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, jista’ jiġi konkluż li s-sitwazzjoni ta’ dawn il-15-il produttur Komunitarju tat-twavel tal-mogħdija, li appoġġjaw l-ilment, iddeterjorat b’mod simili għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. B’hekk l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja ma setgħet ġiet ikkawżata minn dawn il-kumpaniji. |
5.3.2. Ir-rendiment ta’ produtturi Komunitarji magħrufa oħra
|
(122) |
Kif ġie stabbilit fil-premessa (8) aktar ’il fuq, żewġ produtturi Komunitarji oħra pprovdew ċerta informazzjoni imma ma appoġġjawx l-ilment. Barra minn hekk, hemm żewġ produtturi magħrufa oħra fil-Komunità li appoġġjaw l-ilment, imma li ma kkooperawx fl-investigazzjoni, u ex-produttur li pprovda ċerta informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ l-imgħoddi tiegħu. Dawn il-kumpaniji kollha kellhom importazzjonijiet sostanzjali tal-prodott ikkonċernat. Id-data disponibbli għal dawn il-kumpaniji uriet it-tendenzi li ġejjin (minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-figuri effettivi ma jistgħux jiġu żvelati):
|
|
(123) |
Matul il-perjodu meqjus, il-bejgħ tat-twavel tal-mogħdija li ġew prodotti minn dawn il-produtturi Komunitarji naqas b’71 %. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas saħansitra b’mod aktar sinifikanti b’77 %, għaliex is-suq espanda fl-istess perjodu. |
|
(124) |
Kif diġà ssemma fil-premessa (78) aktar ’il fuq, fl-2004 u matul il-PI uħud mill-produtturi Komunitarji tradizzjonali tat-twavel tal-mogħdija baxxew b’mod sinifikanti jew waqqfu għal kollox l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħhom fil-Komunità u bdew jimportaw b’mod massiv mill-pajjiżi kkonċernati. Fil-fatt, uħud minn dawn il-kumpaniji m’għadhomx jistgħu jitqiesu bħala produtturi Komunitarji, ladarba s-siti ta’ produzzjoni tagħhom ingħalqu fil-PI. |
|
(125) |
Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż li dawn il-produtturi Komunitarji oħra kienu f’sitwazzjoni simili għal dik ta’ l-industrija Komunitarja u l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħhom ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja. |
5.3.3. Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja
|
|
2002 |
2003 |
2004 |
PI |
|
Il-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produzzjoni tal-KE (unitajiet) |
213 711 |
211 887 |
219 410 |
215 243 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
99 |
103 |
101 |
|
Il-prezz tal-bejgħ mill-esportazzjoni (€/unità) |
14,92 |
12,70 |
13,26 |
13,27 |
|
Indiċi: 2002 = 100 |
100 |
85 |
89 |
89 |
|
Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju. |
||||
|
(126) |
Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus. F’termini ta’ volumi, ma jista’ jiġi osservat l-ebda deterjorament. F’termini ta’ prezz tal-bejgħ, fl-2004 kien parzjalment irkuprat tnaqqis bi 15 % fl-2003 u fil-PI il-prezz ta’ l-esportazzjoni baqa’ stabbli. Ta’ min jinnota li l-prezz tal-bejgħ mill-esportazzjoni huwa konsiderevolment ogħla mill-prezz tal-bejgħ fil-Komunità u li l-volum tal-bejgħ mill-esportazzjoni jirrappreżenta biss madwar 10 % ta’ l-output ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(127) |
Minn din il-perspettiva, jista’ jiġi konkluż li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kkontribwiex għall-ħsara materjali mġarrba. |
5.3.4. L-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma nbigħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping
|
(128) |
Ta’ min ifakkar li instab li l-importazzjonijiet mingħand produttur esportatur Ċiniż ma kinux qed jinbiegħu bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping u b’hekk kienu esklużi mill-analiżi ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati u ta’ l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk, tqies jekk l-importazzjonijiet minn din il-kumpanija setgħux qasmu l-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
|
(129) |
L-investigazzjoni stabbiliet li matul il-perjodu meqjus, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma nbiegħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping żdied b’467 %, meta pparagunat maż-żjieda ta’ 856 % ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati. F’termini assoluti, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati eċċeda aktar minn 5 darbiet il-volum ta’ l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal dumping. Is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal dumping mir-RPĊ żdied bi 343 %, filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping żdied b’647 % matul l-istess perjodu. Il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li ma kinux soġġetti għal dumping żdied matul il-perjodu meqjus u, f’termini assoluti, baqa’ konsiderevolment ’il fuq mill-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, għalkemm taħt il-prezz medju ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(130) |
Meta jitqies dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li kwalunkwe impatt ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ li ma nbigħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping ma jistax jitqies li huwa tali li jikser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja. |
5.3.5. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(131) |
Ċerti partijiet argumentaw li l-importazzjonijiet mit-Turkija allegatament kienu qed jidħlu fis-suq Komunitarju bi prezzijiet li huma simili għar-RPĊ u f’volumi dejjem akbar biex b’hekk jikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja. |
|
(132) |
F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati fl-investigazzjoni. Matul l-investigazzjoni ma tressqet l-ebda evidenza ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija. Barra minn hekk, il-produttur Tork tat-twavel tal-mogħdija li kkoopera li jissemma fil-premessa (10) aktar ’il fuq ma biegħx il-prodott simili lill-Komunità. B'żieda ma' dan, mill-investigazzjoni ma kien stabbilit l-ebda sors ieħor ta’ importazzjonijiet. |
|
(133) |
Meta jitqiesu s-sejbiet li ssemmew aktar ’il fuq, l-affermazzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet mit-Turkija qed tiġi rifjutata u qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kkawżawx ħsara materjali lill-industrija Komunitarja. |
5.3.6. Il-ħsara hija awto-inflitta
|
(134) |
Ċerti partijiet interessati argumentaw li l-ħsara kienet awto-inflitta għaliex l-industrija Komunitarja ma rnexxilhiex tirrispondi għall-bidliet fit-tendenzi tad-distribuzzjoni u tal-konsum u għall-iżviluppi fit-teknoloġija rigward il-produzzjoni tat-twavel tal-mogħdija. Barra minn hekk, kien affermat li l-ħsara awto-inflitta kienet ukoll ikkawżata mill-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija Ċiniżi mill-produtturi Komunitarji nfushom. |
|
(135) |
It-twavel tal-mogħdija li ġew prodotti fil-Komunità normalment jiġu distribwiti permezz ta’ negozjanti jew, fil-parti l-kbira tal-każi, jiġu fornuti direttament lill-bejjiegħa bl-imnut jew liċ-ċentri ta’ distribuzzjoni tagħhom. It-twavel tal-mogħdija importati normalment jiġu distribwiti permezz ta’ importaturi/negozjanti jew permezz ta’ ċentri ta’ distribuzzjoni/forniment ta’ katini kbar ta’ bejgħ bl-imnut. Fil-każ ta’ l-importazzjonijiet, il-proporzjon taż-żewġ kanali ta’ distribuzzjoni jvarja minn produttur esportatur għall-ieħor. Fil-każi kollha, jistgħu jkunu involuti aġenti. Din it-tendenza fid-distribuzzjoni ilha stabbilita għal diversi snin u maż-żmien ma setgħet tkun osservata l-ebda bidla sinifikanti u f’daqqa. L-industrija Komunitarja tradizzjonalment kienet qed tforni kemm lill-bejjiegħa bl-imnut iż-żgħar kif ukoll lill-katini l-kbar tal-bejgħ bl-imnut. B’hekk iż-żjieda fl-ishma tal-bejgħ tat-twavel tal-mogħdija permezz ta’ katini ta’ bejgħ bl-imnut ma tistax titqies bħala fattur li jikkawża l-ħsara per se. Ma kienet ikkonfermata l-ebda bidla sinifikanti fit-tendenza tal-konsum. |
|
(136) |
Rigward il-proċess ta’ produzzjoni/it-teknoloġija, kien argumentat li l-industrija Komunitarja ma tistax tirrispondi għar-rekwiżiti speċifiċi mingħand il-klijenti/bejjiegħa bl-imnut minħabba l-livell għoli ta’ awtomatizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom. L-ewwelnett, ta’ min jinnota li mingħajr awtomatizzazzjoni ma jistax jiġi immaġinat kif l-industrija Komunitarja tista’ tikkompeti ma’ l-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi li jibbenefikaw minn spiża ferm baxxa ta’ enerġija, materja prima u ħaddiema. It-tieni, il-produzzjoni awtomatizzata tippermetti lill-industrija Komunitarja li tiggarantixxi kwalità għolja u żminijiet meħtieġa qosra li l-klijenti jarawha bħala vantaġġ komparattiv. Fl-aħħarnett, ma kienet prodotta l-ebda evidenza li tappoġġja l-affermazzjoni li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-klijenti/bejjiegħa bl-imnut rigward id-disinn u l-innovazzjoni. |
|
(137) |
Rigward l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija Ċiniżi mill-industrija Komunitarja, l-investigazzjoni wriet li fl-IP kienu importati biss xi kwantitajiet insinifikanti. Dik kienet azzjoni ta’ awto-difiża ta’ l-industrija Komunitarja kontra l-influss ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx li kienu soġġetti għal dumping. Ikun xi jkun il-każ, dawn l-importazzjonijiet inbiegħu mill-ġdid fil-Komunità bi prezzijiet li ma jagħmlux ħsara. Għaldaqstant importazzjonijiet ta’ din ix-xorta ma setgħux ikkawżaw ħsara lill-industrija Komunitarja. |
|
(138) |
Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, dawn l-affermazzjonijiet qed jiġu rifjutati, u qed jiġi konkluż li l-ħsara ma setgħetx tkun awto-inflitta. |
5.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(139) |
Għaldaqstant, ġie kkonfermat li l-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija Komunitarja, li hija kkaratterizzata speċjalment minn tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, fl-ishma mis-suq u fil-prezz tal-bejgħ ta’ kull unità li jirriżultaw f’deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja, kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Għalkemm l-importazzjonijiet mill-PRC li ma nbigħux bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping bil-probabbiltà kollha kkontribwew biex ir-rendiment tal-produtturi Komunitarji jmur għall-agħar, l-iżvilupp tagħhom, il-volum u s-sehem mis-suq u l-livell tal-prezzijiet tagħhom ma kienx tali li jikser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping u s-sitwazzjoni ta’ ħsara ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(140) |
Meta titqies l-analiżi ta’aktar ’il fuq li għamlet distinzjoni xierqa bejn u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, hawnhekk qed jiġi kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jdawrux il-fatt li l-ħsara vvalutata trid tkun attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. |
|
(141) |
Għalhekk qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati kkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
6. L-INTERESS KOMUNITARJU
6.1. Rimarki ġenerali
|
(142) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li f’dan il-każ partikolari mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri. Għal dan l-iskop, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, tqiesu l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment u anki l-konsegwenzi li ma jittieħdux miżuri fuq il-bażi ta’ l-evidenza kollha mressqa. |
6.2. L-interess ta’ l-industrija Komunitarja
|
(143) |
L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija Komunitarja batiet minħabba l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. Il-preżenza li żdiedet f’daqqa ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping f’dawn l-aħħar snin ikkawżat soppressjoni qawwija tal-prezzijiet kemm fuq livell ta’ bejgħ bl-ingrossa/distribuzzjoni kif ukoll fuq livell ta’ bejgħ bl-imnut, jiġifieri fejn ikun hemm kompetizzjoni bejn it-twavel tal-mogħdija importati u dawk manifatturati fil-Komunità. L-industrija Komunitarja mhijiex f’pożizzjoni li tnaqqas aktar il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, ladarba dan kieku jeħtieġ li jbiegħu taħt l-ispiża tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk, u minħabba li s-suq tat-twavel tal-mogħdija huwa prinċipalment immexxi mill-katini ta’ bejgħ bl-imnut fuq il-bażi tal-prezz, qed isir dejjem aktar diffiċli li l-industrija Komunitarja tiżgura ruħha minn ordnijiet ġodda. Ta’ min ifakkar li diversi manifatturi tradizzjonali diġà waqqfu l-produzzjoni u issa qed jagħmluha ta’ importaturi/negozjanti tal-prodott ikkonċernat. |
|
(144) |
F’dan il-kuntest, mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri, kieku l-pożizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja b’mod ċar tiddeterjora aktar u l-produzzjoni tat-twavel tal-mogħdija fil-Komunità, bil-probabbiltà kollha, malajr ikollha tieqaf. Ħafna mill-impatt negattiv fuq l-impjiegi ikun f’żona ġeografika waħda tal-Komunità hekk kif diversi produtturi u l-fornituri tal-partijiet tagħhom jinsabu f’dak ir-reġjun waħdani. Min-naħa l-oħra, il-miżuri għandhom jipprevjenu żjieda sostanzjali oħra ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati, li għandu jħalli lill-industrija Komunitarja, biex, għall-inqas, iżżomm il-pożizzjoni korrenti tagħha fis-suq. L-investigazzjoni wriet li kwalunkwe żjieda fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi konċernati tinkiseb bi spejjeż diretti ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(145) |
Wara l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija mill-pajjiżi kkonċernati, jista’ jkun mistenni li jkun aktar probabbli li d-distributuri u l-katini tal-bejgħ bl-imnut ibiddlu s-sorsi ta’ forniment tagħhom, għall-inqas parzjalment, lill-produtturi Komunitarji. Tabilħaqq, jekk il-miżuri jiġu imposti u l-livell tal-prezz ta’ l-importazzjoni jerġa’ jinġieb lura għal livelli li mhumiex soġġetti għal dumping, l-industrija Komunitarja għandha tkun tista’ tikkompeti f’ċirkostanzi tan-negozju ġusti, fuq il-bażi ta’vantaġġ komparattiv xieraq. |
|
(146) |
Għalhekk jidher ċar li l-impożizzjoni tal-miżuri hija fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja u tal-produtturi Komunitarji li b’mod attiv appoġġjaw l-ilment, imma anki fl-interess tal-produtturi Komunitarji l-oħra li ma appoġġjawx b’mod attiv l-ilment. |
6.3. L-interess tal-konsumaturi
|
(147) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-bidu ta’ dan il-proċediment, ma waslet l-ebda rappreżentazzjoni mingħand organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Madanakollu, ġie analizzat l-impatt ta’ kwalunkwe miżura fuq il-konsumaturi. |
|
(148) |
Sabiex ikun ivvalutat dan l-impatt, tqiesu l-elementi li ġejjin:
|
|
(149) |
Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, kwalunkwe impatt finanzjarju tal-miżuri anti-dumping fuq il-konsumaturi tat-twavel tal-mogħdija bil-wisq probabbli jkun negliġibbli. Min-naħa l-oħra, jekk il-miżuri anti-dumping ma jkunux imposti, il-produzzjoni Komunitarja bil-probabbiltà kollha tisparixxi u l-għażla tat-tipi ta’ prodotti li jkunu disponibbli għall-konsumaturi tista’ tonqos. |
|
(150) |
Għalhekk qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li mhux probabbli li l-impożizzjoni tal-miżuri tkun kontra l-interess tal-konsumaturi Komunitarji tat-twavel tal-mogħdija. |
6.4. L-interess tad-distributuri/tal-bejjiegħa bl-imnut
|
(151) |
F’dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni ma waslet l-ebda rappreżentazzjoni mingħand id-distributuri/il-bejjiegħa bl-imnut jew l-organizzazzjonijiet tagħhom. Madanakollu, huwa magħruf li llum it-twavel tal-mogħdija prinċipalment jinbiegħu minn katini kbar ta’ bejgħ bl-imnut, jiġifieri hypermarkets, supermarkets. Għalhekk huwa aktar minn probabbli li għall-parti l-kbira tad-distributuri/tal-bejjiegħa bl-imnut, il-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss parti negliġibbli mill-fatturat tagħhom. Meta jitqies dan, u meta titqies iż-żjieda għolja li japplikaw is-soltu (ara l-premessa (148) aktar ’il fuq), qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-ebda miżura probabbilment ma jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tagħhom. |
6.5. L-interess ta’ l-importaturi li mhumiex relatati fil-Komunità
|
(152) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand żewġ importaturi u mingħand negozjant relatat ma’ wieħed minn dawn l-importaturi. Barra minn hekk, erba’ importaturi provdew ċerta informazzjoni u/jew kummenti fi ħdan l-iskadenzi. Dawn il-kumpaniji lkoll flimkien jirrappreżentaw aktar minn 20 % ta’ l-importazzjonijiet totali fil-Komunità. Ilkoll oġġezzjonaw għall-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-PRC, imma mhux kollha oġġezzjonaw kontra l-miżuri għall-Ukrajna. |
|
(153) |
Is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi li għamlu rappreżentazzjonijiet tvarja jiddependi mid-daqs tagħhom u mill-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-operazzjonijiet tagħhom. Kif diġà ssemma aktar ’il fuq, uħud minn dawn il-kumpanijai huma/kienu produtturi tradizzjonali imma, b’mossa difensiva, bidlu l-kummerċ ċentrali tagħhom u qed jagħmluha prinċipalment jew esklużivament ta’ importaturi. Dawn il-kumpaniji normalment jipproduċu/jimportaw firxa sħiħa ta’ prodotti tad-dar oħra u t-twavel tal-mogħdija jirrappreżentaw frazzjoni mill-kummerċ tagħhom. Fil-każ ta’ ex-produttur prinċipali wieħed, li dan l-aħħar sar importatur importanti tat-twavel tal-mogħdija Ċiniżi, ġie stabbilit b’mod provviżorju li t-twavel tal-mogħdija fl-IP kienu jirrappreżentaw inqas minn 4 % tal-fatturat tiegħu. Barra minn hekk, din il-kumpanija esprimiet opinjoni biss kontra l-miżuri għall-PRC, imma mhux kontra l-Ukrajna ladarba ma kinux jimportaw mill-pajjiż ta’ l-aħħar. Instab ukoll li anki xtrat xi twavel tal-mogħdija mingħand produtturi Komunitarji. Meta jitqiesu s-sorsi differenti ta’ forniment tal-kumpanija kkonċernata, u jekk il-kumpanija ma tkunx tista’tgħaddi 1/3 tad-dazju anti-dumping lill-bejjiegħa bl-imnut (ara l-premessa (148), l-impatt fuq il-marġni gross tagħha għat-twavel tal-mogħdija jiġi stmat li ma jlaħħaqx aktar minn 10 %. Madanakollu, ta’ min jinnota li l-informazzjoni li waslet f’dan l-istadju ma kinitx tagħti lok għal kalkolu eżatt. Ta’ min ifakkar ukoll li ż-żjieda anki ta’ importaturi ta’ din ix-xorta tidher li hija sostanzjali. Għalkemm, l-investigazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ importaturi ta’ din ix-xorta se tkompli, ġie konkluż li l-miżuri provviżorji m’għandhomx jaffetwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ tagħhom. |
|
(154) |
Importatur li kkoopera wieħed jipproduċi għotjien għat-twavel tal-mogħdija u jbiegħhom flimkien mat-twavel tal-mogħdija importati. Kien argument li kwalunkwe dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija għandu jaffetwa wkoll il-produzzjoni ta’ l-għotjien u b’hekk ikollu impatt sinifikanti fuq il-fatturat ta’ din il-kumpanija. Madanakollu, ta’ min jinnota li l-għotjien għat-twavel tal-mogħdija jinbiegħu wkoll b’mod separat u l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping m’għandhiex taffettwa bejgħ ta’ din ix-xorta. Ta’ min jinnota ukoll li l-bejgħ tat-twavel tal-mogħdija ma kienx jirrappreżenta aktar minn 10 % tal-fatturat tiegħu. B’hekk, anki l-impatt tal-miżuri provviżorji fuq il-kummerċ tal-kumpanija kkonċernata m’għandux ikun sinifikanti. |
|
(155) |
Barra minn hekk, il-parti l-kbira ta’ l-imporaturi, li huma/kienu wkoll qed jinnegozjaw fi prodotti Komunitarji, ammettew li ma jkunx fl-interess tagħhom li jsiru għalkollox dipendenti fuq it-twavel tal-mogħdija importati — f’dan il-kuntest inġibdet attenzjoni partikolari fuq il-PRC — u kkonfermaw li jippreferu li jkollhom sorsi alternattivi ta’ forniment. Dan jista’ jiġi żgurat bl-aħjar mod billi jiġu eliminati l-prattiki ta’ dumping ħalli l-industrija Komunitarja tkompli teżisti. |
|
(156) |
Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, u meta jitqiesu l-elementi li nġabru fil-qosor fil-premessi (148) aktar ’il fuq, b’mod partikolari iż-żjidiet għolja u l-fatt li l-ispiża addizzjonali tad-dazju se tkun inqas minn nofs Euro għal kull unità, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li kwalunkwe miżura anti-dumping m’għandux ikollha impatt avvers deċiżiv fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi tat-twavel tal-mogħdija fil-Komunità li mhumiex relatati, għalkemm huwa probabbli li wħud minnhom ikollhom iġorru piż pjuttost akbar mill-bejjiegħa bl-imnut. Ikun xi jkun il-każ, se jitqiesu l-kummenti kollha qabel ma tintlaħaq kwalunkwe sejba finali. |
6.6. Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju
|
(157) |
L-analiżi aktar ’il fuq uriet li huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja li jkunu imposti l-miżuri, ladarba huwa mistenni li dawk il-miżuri, mill-inqas, jirrestrinġu l-livell għoli ta’ l-importazzjonijiet bi prezzijiet li kienu soġġetti għal dumping li wrew li għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Huwa mistenni li l-produtturi Komunitarji l-oħra jibbenefikaw ukoll minn dawk il-miżuri. |
|
(158) |
L-analiżi wriet ukoll li mhux probabbli li l-konsumaturi jiġu affettwati finanzjarjament mill-miżuri anti-dumping. Fix-xenarju ta’ l-agħar każ, se jkollhom iħallsu b'żieda ma' dan inqas minn nofs Euro għal oġġett li jdum iservi. Fuq in-naħa l-oħra, mingħajr il-miżuri l-għażla tal-konsumaturi tista’ tkun affettwata b’mod negattiv ladarba t-twavel tal-mogħdija Komunitarji jistgħu jisparixxu mis-suq. |
|
(159) |
Id-distributuri u l-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jaraw żjieda fil-prezzijiet tax-xiri tagħhom tal-prodott ikkonċernat, imma meta jitqiesu l-marġnijiet għolja tagħhom huwa probabbli li mhux se jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-miżuri. |
|
(160) |
Huwa probabbli li l-importaturi tal-prodott ikkonċernat se jġorru piż pjuttost akbar mill-bejjiegħa bl-imnut. Madanakollu, ikunu qed iżommu l-benefiċċji ta’ diversi sorsi ta’ forniment u jevitaw li jsiru dipendenti fuq l-importazzjonijiet, li bil-probabbiltà kollha jkun il-każ jekk il-miżuri ma jkunux imposti. |
|
(161) |
Għaldaqstant, qed jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri, jiġifieri t-tneħħija ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, għandu jippermetti lill-industrija Komunitarja li żżomm l-attività tagħha u li l-effetti avversi li l-miżuri jista’ jkollhom fuq ċerti operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità ma jkunux sproporzjonati meta pparagunati ma’ l-effetti ta’ ġid għall-industrija Komunitarja. |
|
(162) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li ma teżisti l-ebda raġuni konvinċenti ta’ interess Komunitarju biex f’dan il-każ ma jkunux imposti miżuri anti-dumping. |
7. IL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(163) |
Minħabba l-konklużjonijiet provviżorji li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess Komunitarju, għandhom ikunu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u mill-Ukrajna sabiex ma jitħalliex li l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping jikkawżaw aktar ħsara lill-industrija Komunitarja. |
7.1. Il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
|
(164) |
Il-livell tal-miżuri anti-dumping provviżorji għandu jkun biżżejjed biex tkun eliminata l-ħsara lill-industrija Komunitarja li kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet tad-dumping misjuba. |
|
(165) |
Meta jkun ikkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura għandha tħalli li l-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping. Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa li ntuża għal dan il-kalkolu kien ta’ 7 % tal-fatturat. Intwera li dan kien il-livell ta’ profitt li jista’ jkun mistenni b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, ladarba kien il-profitt ta’ l-industrija Komunitarja qabel ma l-importazzjonijiet Ċiniżi u Ukrajni fil-Komunità bdew jiżdiedu b’mod sinfikanti matul il-perjodu meqjus. Fuq din il-bażi, kien ikkalkulat prezz li ma jagħmilx ħsara għall-prodott simili ta' l-industrija Komunitarja. Il-prezz li ma jagħmilx ħsara inkiseb billi l-marġni ta’ profitt ta’ 7 % li ssemma aktar ’il fuq ġie miżjud ma’ l-ispiża tal-produzzjoni. |
|
(166) |
Imbagħad kienet iddeterminata ż-żjieda meħtieġa fil-prezz fuq il-bażi ta’ paragun bejn il-prezz medju b'piż differenzjat ta’ l-importazzjoni, kif kien stabbilit għall-kalkoli tat-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezzijiet normali, u l-prezz medju li ma jagħmilx ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad kienet espressa bħala perċentwali tal-valur CIF medju ta’ l-importazzjoni. Dawn id-differenzi kienu għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kkooperaw li kienu ’l fuq mill-marġnijiet tad-dumping misjuba. Fil-każ ta’ l-Ukrajna, il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara kien taħt il-marġni tad-dumping misjub għall-uniku produttur esportatur. |
7.2. Il-miżuri provviżorji
|
(167) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, u skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, qed jitqies li l-miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw (i) fir-RPĊ fuq il-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u (ii) fl-Ukrajna fuq il-livell li jelimina l-ħsara. |
|
(168) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju għall-PRC u għall-Ukrajna għandha tkun kif ġej:
|
|
(169) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (bil-kontra tad-dazju għal mal-pajjiż kollu li japplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk japplikaw b’mod esklussiv għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u li ġew prodotti mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi li ssemmew. Il-prodotti importati li ġew prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra li ma ssemmietx b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet li huma relatati ma’ dawk li jissemmew b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju li tapplika għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(170) |
Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ ġodda) għandha tiġi indirizzata immedjatament lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija li tkun konnessa mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-bejgħ mill-esportazzjoni li huma assoċjati ma’ eż. dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv se temenda r-Regolament skond dan billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali. |
|
(171) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping il-livell tad-dazju residwali m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, imma wkoll għal dawk il-produtturi li matul l-IP ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità. Madanakollu, il-kumpaniji ta’ l-aħħar qed jiġu mistiedna, biex meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata b’mod individwali. |
8. ID-DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(172) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni soda, għandu jkun iffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li ppreżentaw irwieħhom fi ħdan il-limitu ta’ żmien li kien speċifikat fl-avviż tal-bidu jistgħu jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jkun iddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji li saret għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament hija provviżorja u jista’ jkun li jkollha titqies mill-ġdid għall-iskop ta’ kwalunkwe dazju definittiv, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-twavel tal-mogħdija, kemm jekk ikunu waħidhom u kemm jekk le, bi steam soaking u/jew heating top u/jew blowing top jew le, inklużi t-twavel għall-kmiem u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri s-saqajn, il-wiċċ u fejn tiġi mserrħa l-ħadida tal-mogħdija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Ukrajna, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 3924 90 90 , ex 4421 90 98 , ex 7323 93 90 , ex 7323 99 91 , ex 7323 99 99 , ex 8516 79 70 u ex 8516 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 3924 90 90 10, 4421 90 98 10, 7323 93 90 10, 7323 99 91 10, 7323 99 99 10, 8516 79 70 10 u 8516 90 00 51).
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju li tapplika għall-prezz b’xejn fuq il-fruntiera Komunitarja nett, qabel id-dazju, għall-prodotti li ġew immanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
|
Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Id-dazju anti-dumping |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-RPĊ |
Foshan City Gaoming Lihe Daily Necessities Co. Ltd., Foshan |
34,9 % |
A782 |
|
Guangzhou Power Team Houseware Co. Ltd., Guangzhou |
36,5 % |
A783 |
|
|
Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd., Guangzhou |
0 % |
A784 |
|
|
Foshan Shunde Yongjian Housewares and Hardware Co. Ltd., Foshan |
18,1 % |
A785 |
|
|
Zhejiang Harmonic Hardware Products Co. Ltd., Guzhou |
26,5 % |
A786 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
38,1 % |
A999 |
|
|
L-Ukrajna |
Il-kumpaniji kollha |
10,3 % |
— |
3. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodott li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għall-provvista ta’ garanzija, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu li jiġu żvelati l-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien adottat dan ir-Regolament, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgħu b’mod orali mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
|
European Commission |
|
Directorate General for Trade |
|
Directorate B |
|
J-79 5/17 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 200 |
|
B-1049 Brussels |