Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1067

    Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1067/2006 tas- 27 ta’ Ġunju 2006 li jadatta l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjonijiet u għall-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 194, 14.7.2006, p. 3–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 67–67 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1067/oj

    16.3.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    67


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1067/2006

    tas-27 ta’ Ġunju 2006

    li jadatta l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjonijiet u għall-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65, 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija kif ukoll l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 64 u l-Artikolu 92 ta' l-imsemmija Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    Kien hemm żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja fil-Litwanja matul il-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2005 u huwa għalhekk kunsiljabbli li jiġu adattati l-koeffiċjenti ta' korrezzjoni li huma applikati għar-remunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B'effett mill-1 ta' Jannar 2006, il-koeffiċjent ta' korrezzjoni applikabbli, taħt l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali u ta' ħaddiema oħra impjegati fil-pajjiż imsemmi hawn taħt huwa stabbilit kif ġej:

    Litwanja 80,1

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ġunju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PRÖLL


    (1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).


    Top