Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0974

    974/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 974/2006 tad- 29 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 877/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar notifika ta’ prezzijiet irreġistrati fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk

    ĠU L 176, 30.6.2006, p. 68–68 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 85–85 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/974/oj

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    85


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 974/2006

    tad-29 ta' Ġunju 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 877/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar notifika ta’ prezzijiet irreġistrati fis-swieq għal ċertu frott u ħaxix frisk

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 877/2004 (2) jistabbilixxi lista ta’ swieq rappreżentattivi li fihom parti sostanzjali tal-produzzjoni nazzjonali ta’ prodott stabbilit hi kummerċjalizzata matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni jew matul wieħed mill-perjodi li fihom hi maqsuma din is-sena.

    (2)

    Fil-Ġermanja, kien hemm ċaqliqa fis-suq rappreżentattiv minn Schleswig-Holstein għal Nordrhein-Westfalen.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 877/2004 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

    (4)

    Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-Ħaxix tal-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 877/2004, għall-prodott “Karrotti” is-suq “Schleswig-Holstein (DE)” għandu jiġi ssostitwit bis-suq “Nordrhein-Westfalen (DE)”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ġunju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 54.


    Top