Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0479

479/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006 tat- 23 ta’ Marzu 2006 fir-rigward ta’ ċerti adittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti ta’ l-oligo-elementi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 86, 24.3.2006, pp. 4–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, pp. 294–297 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/08/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/479/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

294


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 479/2006

tat-23 ta’ Marzu 2006

fir-rigward ta’ ċerti adittivi li jagħmlu parti mill-grupp tal-komposti ta’ l-oligo-elementi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk ser jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-applikant talab għall-awtorizzazzjoni tal-ħadid, il-manganeżju u r-ram preżenti taħt forma li jkunu konnessi b’ mod kimiku mall-gliċina sintetika (chelated forms). L-użu tal-chelated forms jista’ jsolvi uħud mill-problemi ta’ l-assorbiment li jiġru meta jintużaw forom oħrajn. Prodott simili huwa awtorizzat għall-amino aċdi li huma derivati mill-protejina tas-sojja. Madanakollu, f’ din ir-rikjesta għall-awtorizzazzjoni ta’ l-oligo elementi huma konnessi kimikament mall-gliċina sintetika u, għalhekk, teħtieġ awtorizzazzjoni speċifika.

(6)

L-applikant ressaq dossier bħala appoġġ għall-użu fl-oġġetti ta’ l-għalf tal-chelated forms tal-ħadid, il-manganeżju, ir-ram u ż-żingu mall-gliċina sintetika.

(7)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (L-Awtorità) sabiex jivvalutaw id-data rilevanti li tappoġġa l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni. Riżultat minn din ir-rikjesta, l-Awtorità adottat fid-29 ta’ Novembru 2005 opinjoni dwar l-użu fl-għalf tal-chelated forms tal-ħadid, il-manganeżju, ir-ram u ż-żingu mall-gliċina sintetika.

(8)

L-opinjoni ta’ l-Awtorità turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu tal-chelated forms tal-ħadid, il-manganeżju, ir-ram u ż-żingu mall-gliċina sintetika għandhom jiġu awtorizzati.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjonijiet li jagħmlu parti mill-grupp “Komposti ta’ l-oligoelementi”, kif speċifikat fl-Anness, huma awtorizzati għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament ser jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni Ewropea


(1)   ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendat bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Kru KEE

Element

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Kontenut massimu ta’ l-element fi mg/kg ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

E4

Ram

Cupric chelate of glycine hydrate

Cu (x)1-3 . nH2O

(x = anion tal-gliċina sintetika)

Ħnieżer

piglets up to 12 weeks: 170 (total)

other pigs: 25 (total)

Annimali bovini

1.

bovini qabel il-bidu ta’ l-ixtarra:

sostituti ta’ ħalib: 15 (total)

oġġetti ta’ l-għalf sħaħ oħrajn:15 (total)

2.

bovini oħrajn: 35 (total)

Ovini: 15 (total)

Ħut: 25 (total)

Krostaċeji: 50 (total)

Speċi oħrajn: 25 (total)

Id-dikjarazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fit-tikkettjar u mad-dokumenti akkompanjanti:

Għan-nagħaġ:

Fejn il-livell tar-ram fl-oġġetti ta’ l-għalf huma ogħla minn 10 mg kg-1“il-livell tar-ram f’ dan l-oġġett ta’ l-għalf jista’ jwassal għall-avvelenament f’ ċerti speċi ta’ nagħaġ”

Bovini wara il-bidu ta’ l-ixtarra:

Fejn il-livell tar-ram fl-oġġetti ta’ l-għalf huma inqas minn 20 mg kg-1“il-livell tar-ram f’ dan l-oġġett ta’ l-għalf jista’ jwassal għal defiċenzi tar-ram fil-bhejjem li jixtarru fil-mergħat li għandhom kontenuti għoljin ta’ molybdenum jew ta’ sulfur”

Mingħajr limitu ta’ żmien

E5

Manganeżju-Mn

Manganese chelate of glycine hydrate

Mn (x)1-3 . nH2O

(x = anion tal-gliċina sintetika)

Ħut: 100 (total)

Speċi oħrajn: 150 (total)

 

Mingħajr limitu ta’ żmien

E 6

Zingu-Zn

Zinc chelate of glycine hydrate

Zn (x)1-3 . nH2O

(x = anion tal-gliċina sintetika)

Annimali domestiċi pets: 250 (total)

Ħut: 200 (total)

Sostituti ta’ ħalib: 200 (total)

Speċi oħrajn: 150 (total)

 

Mingħajr limitu ta’ żmien


Nru (jew Nru KE)

Element

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Kontenut massimu ta’ l-element fi mg/kg ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ espress bħala mg/ġurnata

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perijodu ta’ awtorizzazzjoni

E1

Iron-Fe

Ferrous chelate of glycine, hydrate

Fe(x)1-3 . nH2O

(x = anion tal-gliċina sintetika)

Ovini: 500 (total) mg kg-1 ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Annimali domestiċi pets: 1 250  (total) mg kg-1 ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Ħnieżer:

ħnienes ta’ età mhux iktar minn ġimgħa qabel ma jibdew ireddgħu: 250 mg/ġurnata

ħnieżer oħrajn: 750 (total) mg kg-1 ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ

Speċi oħrajn: 750 (total) mg kg-1 ta’ l-oġġett ta’ l-għalf sħiħ

 

Mingħajr limitu ta’ żmien


Top