1.12.2007
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
|
423
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/129/KE
tat-8 ta' Diċembru 2006
li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(a) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari,
Billi:
(1)
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (2) ta’ Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, tistabbilixxi l-kriterji ta’ purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (3).
|
(2)
|
Huwa xieraq li jiġu rtirati l-kriterji ta’ purità għall-E 216 propyl p-hydroxybenzoate u l-E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament] li ma għadhomx permessi għall-użu bħala addittivi fl-ikel.
|
(3)
|
Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 96/77/KE fihom żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: E 307 alpha-tocopherol, E 315 erythorbic acid, E 415 xanthan gum [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament]. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn huwa meħtieġ, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal speċifiċi ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel.
|
(4)
|
Il-livell ta’ rmied issulfatfil-kriterji ta’ purità għall-esteri E 472c ta’ l-aċidu ċitriku ta’ mono- u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin għandu jiġi emendat sabiex ikopri prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati.
|
(5)
|
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-E 559 silikat ta’ l-aluminju jiġi prodott minn tafal kaolinitiku mhux ipproċessat ħieles minn kontaminazzjoni inaċċettabbli ta’ dijossina. Il-preżenza tad-dijossina fit-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat għandha għalhekk tkun ristretta għall-anqas livell possibbli.
|
(6)
|
Jeħtieġ li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għall-addittivi ġodda fl-ikel permezz tad-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel: E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ), E 426 emiċelluloża tas-soja, E 462 etilċelluloża, E 586 4-essilresorċinol, E 1204 pullulan u E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu.
|
(7)
|
Id-Direttiva 96/77/KE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta kif xieraq.
|
(8)
|
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,
|
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 339, 30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/45/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 19).
(3) ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).
ANNESS
L-Anness tad-Direttiva 96/77/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:
(1)
|
It-testi li jirrigwardaw E 216 propyl p-hydroxybenzoate and E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate huma mħassra.
|
(2)
|
It-test li jirrigwarda E 307 alpha-tocopherol huwa mibdul b’dan li ġej:
“E 307 ALFA-TOKOFEROL
|
Sinonimi
|
DL-α-Tokoferol
|
Definizzjoni
|
Isem kimiku
|
DL-5,7,8-Trimetiltokol
DL-2,5,7,8-Tetrametil-2-(4′,8′,12′-trimetiltrideċil)-6-kromanol
|
Einecs
|
233-466-0
|
Formula kimika
|
C29H50O2
|
Piż molekolari
|
430,71
|
Analiżi kimika
|
Kontenut ta’ mhux inqas minn 96 %
|
Deskrizzjoni
|
Żejt safrani jagħti fl-ambra, kważi bla riħa, ċar u viskuż li jossida u jiskura kif jiġi espost għall-arja jew d-dawl
|
Identifikazzjoni
|
A.
|
Testijiet ta’ solubilità
|
|
Ma jinħallx fl-ilma, jinħall liberament fl-etanol, jitħallat fl-eteru
|
|
Fl-etanol assolut l-assorbiment massimu huwa ta' madwar 292 nm
|
Purità
|
Indiċi refrattiv
|
nD
20 1,503-1,507
|
Assorbiment speċifiku E1 %1 cm fl-etanol
|
E1 %1 cm (292 nm) 72-76
(0,01 g f’ 200 ml ta’ etanol assolut)
|
Irmied issulfat
|
Mhux iktar minn 0,1 %
|
Rotazzjoni speċifika
|
[α]25
D0o±0,05 o (1 f’ 10 ta’ soluzzjoni fil-kloroform)
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg”
|
|
(3)
|
It-test li jikkonċerna E 315 erythorbic acid huwa mibdul b’dan li ġej:
“E 315 AĊIDU ERITORBIKU
|
Sinonimi
|
Aċidu isoaskorbiku
D-Aċidu araboaskorbiku
|
Definizzjoni
|
Isem kimiku
|
γ-lactone ta’ l-aċidu D-Eritro-ess-2-enoiku
Aċidu isoaskorbiku
D-Aċidu isoaskorbiku
|
Einecs
|
201-928-0
|
Formula kimika
|
C6H8O6
|
Piż molekolari
|
176,13
|
Analiżi kimika
|
Kontenut ta' mhux anqas minn 98 % fuq bażi anidra
|
Deskrizzjoni
|
Solidu kristallin bejn abjad u safrani li jiskura gradwalment kif jiġi espost għad-dawl
|
Identifikazzjoni
|
|
Madwar 164 °C sa 172 °C bid-dekompożizzjoni
|
B.
|
Test pożittiv għall-aċidu askorbiku/reazzjoni għall-kulur
|
|
|
Purità
|
Telf mill-essikkazzjoni
|
Mhux aktar minn 0,4 % wara tnixxif taħt pressjoni mnaqqsa fuq il-ġell tas-silika għal 3 sigħat
|
Irmied issulfat
|
Mhux iktar minn 0,3 %
|
Rotazzjoni speċifika
|
[α]25
D 10 % (w/v) ta’ soluzzjoni ilmija bejn –16,5 ° sa –18,0 °
|
Ossalat
|
Għal soluzzjoni ta’ 1 g f’ 10 ml ta’ ilma żid żewġ qatriet ta’ aċidu aċetiku glaċjali u 5 ml ta’ 10 % ta’ soluzzjoni ta’ aċetat tal-kalċju Is-soluzzjoni għandha tibqa’ ċara
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg”
|
|
(4)
|
It-test li ġej rigward l-E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ) huwa mdaħħal wara l-E 316 sodium erythorbate:
“E 319 BUTILIDROKINONE TERZJARJU (TBHQ)
|
Sinonimi
|
TBHQ
|
Definizzjoni
|
Ismijiet kimiċi
|
Tert-butil-1,4-benżenediol
2-(1,1-Dimethilethil)-1,4-benżenediol
|
Einecs
|
217-752-2
|
Formula kimika
|
C10H14O2
|
Piż molekolari
|
166,22
|
Analiżi kimika
|
Kontenut ta’ mhux anqas minn 99 % ta’ C10H14O2
|
Deskrizzjoni
|
Solidu kristallin abjad li għandu riħa karatteristika
|
Identifikazzjoni
|
|
Prattikament ma jinħallx fl-ilma; solubbli fl-etanol,
|
|
Mhux inqas minn 126,5 °C
|
|
Ħoll madwar 5 mg tal-kampjun fl-10ml ta’ metanol u żid 10,5 ml ta’ soluzzjoni ta’ dimetilamina(1 f’4). Jiġi prodott kulur aħmar fir-roża
|
Purità
|
Butil-p-benżokinone terzjarju
|
Mhux iktar minn 0,2 %
|
2,5-Butil-hydrokinone di-terzjarju
|
Mhux iktar minn 0,2 %
|
Idrossikinone
|
Mhux iktar minn 0,1 %
|
Toluene
|
Mhux iktar minn 25 mg/kg
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg”
|
|
(5)
|
It-test li jikkonċerna l-E 415 zanthan gomma huwa mibdul b’dan li ġej:
“E 415 GOMMA ZANTAN
|
Definizzjoni
|
Il-gomma zantan hija gomma polisakkarida b’piż molekolari għoli prodott mill-fermentazzjoni ta’ koltura pura ta’ karboidrat b’varjanti naturali ta’ Xanthomonas campestris, ippurifikat permezz ta’ rkupru bl-etanol jew propan-2-e-2-ol, imnixxef u mitħun. Fiha D-glukożju u D-mannożju bħala unitajiet dominanti ta’ eżożju, flimkien ma’ aċidu D-glukoroniku u aċidu, u huwa ppreparat bħala melħ tas-sodju, tal-potassju jew tal-kalċju. Is-soluzzjonijiet tiegħu huma newtrali.
|
Piż molekolari
|
Madwar 1 000 000
|
Einecs
|
234-394-2
|
Analiżi kimika
|
Jagħti, fuq bażi mnixxfa, mhux anqas minn 4,2 % u mhux aktar minn 5 % ta’ CO2 li tikkorrispondi għal bejn 91 % u 108 % ta’ gomma zantan.
|
Deskrizzjoni
|
Trab kulur il-krema
|
Identifikazzjoni
|
|
Jinħall fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol
|
Purità
|
Telf mill-essikkazzjoni
|
Mhux iktar minn 15 % (105 °C, sagħtejn u nofs)
|
Irmied totali
|
Mhux aktar minn 16 % fuq bażi anidra stabbilita mas-650 °C wara li tnixxef b’105 °C għal erba’ sigħat
|
Aċidu piruviku
|
Mhux inqas minn 1,5 %
|
Nitroġenu
|
Mhux iktar minn 1,5 %
|
Etanol u propan-2-ol
|
Mhux aktar minn 500 mg/kg singolarment jew flimkien
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg
|
Ammonti totali ta’ mikrobi
|
Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma
|
Ħmira u moffa
|
Mhux aktar minn 300 kolonja kull gramma
|
E. coli
|
Assenti f’ 5 g
|
Salmonella spp.
|
Assenti f’ 10 g
|
Xanthomonas campestris
|
Ċelloli vijabbli nieqsa kull gramma”
|
|
(6)
|
It-test li ġej rigward l-E 426 emiċelluloża tas-soja huwa mdaħħal wara l-E 425(ii) glucommannan tal-konjac:
“E 426 EMIĊELLULOŻA TAS-SOJA
|
Sinonimi
|
|
Definizzjoni
|
L-emiċelluloża tas-soja hija polisakkarid raffinat li jinħall fl-ilma miksub minn varjanti naturali tal-fibra tas-soja bl-estrazzjoni li ssir permezz tal-misħun.
|
Ismijiet kimiċi
|
Polisakkaridi tas-soja li jinħallu fl-ilma
Fibra tas-soja li tinħall fl-ilma
|
Analiżi kimika
|
Mhux inqas minn 74 % karboidrat
|
Deskrizzjoni
|
Trab abjad fluwidu mnixxef bl-isprej
|
Identifikazzjoni
|
|
Jinħall fil-misħun u fl-ilma kiesaħ mingħajr formazzjoni ta’ ġell.
|
pH ta’ soluzzjoni ta’ 1 %
|
5,5 ± 1,5
|
B.
|
Viskożità ta’ soluzzjoni ta’ 10 %
|
|
Mhux iktar minn 200 mPa.s
|
Purità
|
Telf mit-tnixxif
|
Mhux iktar minn 7 % (105 °C, erba’ sigħat)
|
Proteini
|
Mhux iktar minn 14 %
|
Irmied totali
|
Mhux iktar minn 9,5 % (600 °C, erba’ sigħat)
|
Arseniku
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 5 mg/kg
|
Merkurju
|
Mhux iktar minn 1 mg/kg
|
Kadmju
|
Mhux iktar minn 1 mg/kg
|
Ammonti standard ta’ mikrobi
|
Mhux aktar minn 3 000 kolonja kull gramma
|
Ħmira u moffa
|
Mhux aktar minn 100 kolonja kull gramma
|
E. Coli
|
Negattiv f’ 10 g”
|
|
(7)
|
It-test li ġej rigward l-E 462 etilċelluloża huwa mdaħħal wara l-E 461 metilċelluloża:
“E 462 ETILĊELLULOŻA
|
Sinonimi
|
Eteru ta’ l-etilċelluloża
|
Definizzjoni
|
L-etilċelluloża hija ċelluloża miksuba direttament minn fibri veġetali u parzjalment eterifikati bi gruppi etili.
|
Ismijiet kimiċi
|
Eteru etili taċ-ċelluloża
|
Formula kimika
|
Il-polimeri fihom unitajiet ta’ anidroglukożju sostituti bil-formula ġenerali li ġejja:
C6H7O2(OR1)(OR2) fejn R1 u R2 jistgħu jkunu kull waħda minn dawn li ġejjin:
|
Analiżi kimika
|
Kontenut ta’ mhux anqas minn 44 % u mhux aktar minn 50 % ta’ gruppi etossili (-OC2H5) fuq bażi mnixxfa (ekwivalenti għal mhux aktar minn 2,6 gruppi etossili kull unità ta’ anidrogukożju)
|
Deskrizzjoni
|
Trab kemmxejn igroskopiku, abjad għal abjad maħmuġ, bla riħa u mingħajr togħma
|
Identifikazzjoni
|
|
Prattikament ma jdubx fl-ilma, fil-gliċerol u fil-propan-1,2-diol imma jdub fil-proporzjonijiet varji f’ċerti solventi organiċi skond il-kontenut etossilu. Iċ-ċelluloża etili li fiha anqas minn 46-48 % ta’ gruppi ta’ etoksil idub liberament fit-tetraidrofuran, fl-aċetat metili, fil-kloroform u f’taħlitiet aromatiċi ta’ idrokarbon etanol. Iċ-ċelluloża etili li fiha 46-48 % jew aktar ta’ gruppi etossili idub liberament fl-etanol, fil-metanol, fit-toluene, fil-kloroform u fl-aċetat etili.
|
B.
|
Test b’sustanza filmoġena
|
|
Dewweb 5 g tal-kampjun f’95 g ta’ 80:20 (w/w) taħlita ta’ etanol tat-toluene. Tiġi ffurmata soluzzjoni ċara, stabbli u tagħti ftit fl-isfar. Ferra’ ftit ml tas-soluzzjoni fuq platt tal-ħġieġ u ħalli s-solvent jevapora Jibqa saff oħxon, iebes, kontinwu, ċar. Is-saff huwa fjammabbli.
|
Purità
|
Telf mit-tnixxif
|
Mhux iktar minn 3 % (105 °C, sagħtejn)
|
Irmied issulfat
|
Mhux iktar minn 0,4 %
|
pH ta’ 1 % soluzzjoni kollojdali
|
Newtrali għal-litmus
|
Arseniku
|
Mhux iktar minn 3 mg/kg
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg
|
Merkurju
|
Mhux iktar minn 1 mg/kg
|
Kadmju
|
Mhux iktar minn 1 mg/kg”
|
|
(8)
|
It-test rigward l-esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin huwa mibdul b’li ġej:
“ESTERI TA’ L-AĊIDU ĊITRIKU E 472C TA’ MONO U DIGLIĊERIDI TA’ AĊIDI XAĦMIN
|
Sinonimi
|
Citrem
Esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi
Ċitrogliċeridi
Mono u digliċeridi ta’ aċidi grassi esterifikati bl-aċdu ċitriku
|
Definizzjoni
|
Esteri ta’ gliċerol bl-aċidu ċitriku u aċidi grassi li jidhru fiż-żjut u x-xaħmijiet ta’ l-ikel. Jista’ jkun fihom ammonti żgħar bla gliċerol, aċidi xaħmin ħielsa, aċidi ċitriċi ħielsa u gliċeridi ħielsa Jistgħu jiġu parzjalment jew totalment newtralizzati bl-idrossidu tas-sodju jew bl-idrossidu tal-potassju
|
Deskrizzjoni
|
Likwidi fl-isfar jew fil-kannella ċar għal solidi b’konsistenza bħal tax-xema’ jew semi solidi
|
Identifikazzjoni
|
A.
|
Test pożittiv għall-gliċerol, aċidi grassi jew għall-aċidu ċitriku
|
|
|
|
Ma jinħallx fl-ilma kiesaħ
Dispersibbli fil-misħun
Jinħall fiż-żjut u x-xaħmijiet
Jinħall fl-etanol kiesaħ
|
Purità
|
Aċidi apparti dak ċitriku u aċidi grassi
|
Ma jinstabux
|
Bla gliċerol
|
Mhux iktar minn 2 %
|
Gliċerol totali
|
Mhux inqas minn 8 % u mhux aktar minn 33 %.
|
Aċidu ċitriku totali
|
Mhux inqas minn 13 % u mhux aktar minn 50 %.
|
Irmied issulfat (determinat fi 800 ± 25 °C)
|
Prodotti mhux newtralizzati: mhux aktar minn 0,5 %
Prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati: mhux aktar minn 10 %
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg
|
Aċidi xaħmin ħielsa
|
Mhux aktar minn 3 % stmati bħala aċidu olejku
|
Kriterji ta’ purezza japplikaw għall-addittivi ħielsa mill-melħ tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju ta’ aċidi grassi, madankollu, dawn is-sustanzi jistgħu jkunu preżenti sa livell massimu ta’ 6 % (f' termini ta’ oleat tas-sodju).”
|
|
(9)
|
It-test li jikkonċerna E 559 silikat ta’ l-aluminju (kaolin) huwa mibdul b’dan li ġej:
“E 559 SILIKAT TA’ L-ALUMINJU (KAOLIN)
|
Sinonimi
|
Kaolin, ħafif jew tqil
|
Definizzjoni
|
Is-silikat ta’ l-aluminju idruż (kaolin) huwa tafal plastiku abjad ippurifikat magħmul mill-kaolinite, silikat ta’ l-aluminju tal-potassju, feldspar u kwarz. L-ipproċessar ma għandux jinkludi l-kalċinazzjoni. It-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat użat fil-produzzjoni tas-silikat ta’ l-aluminju għandu jkollu livell ta' dijossina li ma jagħmlux perikoluż għas-saħħa jew mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
|
Einecs
|
215-286-4 (kaolinite)
|
Formula kimika
|
Al2Si2O5(OH)4 (kaolinite)
|
Piż molekolari
|
264
|
Analiżi kimika
|
Kontenut mhux anqas minn 90 % (somma ta’ silika u alumina, wara li jaqbad in-nar)
Silika (SiO2) Bejn 45 % u 55 %
Alumina (Al2O3) Bejn 30 % u 39 %
|
Deskrizzjoni
|
Trab fin żejtni, abjad jew abjad fil-griż. Il-kaolin huwa magħmul minn aggregazzjonjiet laxki ta’ saffi orjentati aleatorjament ta’ laqx tal-kaolinite jew laqxiet essagonali individwali.
|
Identifikazzjoni
|
A.
|
Test pożittiv għall-alumina u għas-silikat
|
|
|
|
Qċaċet karatteristiċi f’ 7,18/3,58/2,38/1,78 Å
|
|
Qċaċet fi 3 700 u 3 620 cm–1
|
Purità
|
Telf meta jaqbad in-nar
|
Bejn 10 u 14 % (1 000 °C, piż kostanti)
|
Materjal li jinħall fl-ilma
|
Mhux iktar minn 0,3 %
|
Materja aċida li tinħall
|
Mhux iktar minn 2 %
|
Ħadid
|
Mhux iktar minn 5 %
|
Ossidu tal-potassju (K2O)
|
Mhux iktar minn 5 %
|
Karbon
|
Mhux iktar minn 0,5 %
|
Arseniku
|
Mhux iktar minn 3 mg/kg
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 5 mg/kg
|
Merkurju
|
Mhux iktar minn 1 mg/kg”
|
|
(10)
|
It-test li ġej rigward l-E 586 4-Essilresorċinol huwa mdaħħal wara l-E 578 glukonat tal-kalċju:
“E 586 4-ESSILRESORĊINOL
|
Sinonimi
|
4-Essil-1,3-benżenediol
Essilresorċinol
|
Definizzjoni
|
Ismijiet kimiċi
|
4-Essilresorċinol
|
Einecs
|
205-257-4
|
Formula kimika
|
C12H18O2
|
Piż molekolari
|
197,24
|
Analiżi kimika
|
Mhux anqas minn 98,0 % fuq il-bażi mnixxfa
|
Deskrizzjoni
|
Trab abjad
|
Identifikazzjoni
|
|
Jinħall liberament fl-eteru u fl-aċeton jinħall verament ftit fl-ilma.
|
B.
|
Test ta’ l-aċidu nitriku
|
|
Għal 1 ml ta’ soluzzjoni saturata tal-kampjun, żid 1 ml ta’ aċidu nitriku. Jidher kulur aħmar ċar.
|
|
Għal 1 ml ta’ soluzzjoni saturata għall-kampjun, żid 1 ml ta’ bromin TS. Preċipitat flokkultat isfar idub u jipproduċi soluzzjoni safra.
|
|
62 — 67 °C
|
Purità
|
Aċidità
|
Mhux iktar minn 0,05 %
|
Irmied issulfat
|
Mhux aktar minn 0,1 %
|
Resorċinol u fenoli oħra
|
Ħawwad madwar 1g tal-kampjun ma' 50 ml ta' ilma għal ftit minuti, iffiltra, u mal-filtrat żid 3 qatriet ta' kloridu ferriku TS. Ma jinħoloq ebda kulur aħmar jew blu.
|
Nikil
|
Mhux aktar minn 2 mg/kg
|
Ċomb
|
Mhux aktar minn 2 mg/kg
|
Merkurju
|
Mhux iktar minn 3 mg/kg”
|
|
(11)
|
It-test li ġej rigward il-E 1204 pullulan huwa mdaħħal wara l-E 1200 polidestrożju:
“E 1204 PULLULAN
|
Definizzjoni
|
Il-glukan lineari u newtrali li jikkonsiti prinċipalment minn unitajiet ta’ maltotriożju imwaħħla b’rabtiet glikosidiċi –1,6 . Dan huwa prodott permezz ta’ fermentazzjoni minn lamtu idrolizzat bl-użu ta’ razza ta’ Aureobasidium pullulans li ma tipproduċix tossini Wara li tintemm il-fermentazzjoni, iċ-ċelloli fungali jitneħħew permezz tal-mikrofiltrazzjoni, il-filtrat huwa sterilizzat bis-sħana u l-pigmenti u l-impuritajiet l-oħra mneħħija permezz ta’ assorbiment u kromatografija tat-tip ta' l-iskambju tal-joni.
|
Einecs
|
232-945-1
|
Formula kimika
|
(C6H10O5)x
|
Analiżi kimika
|
Mhux anqas minn 90 % ta’ glukan fuq il-bażi mnixxfa
|
Deskrizzjoni
|
Trab bla riħa abjad għal abjad maħmuġ
|
Identifikazzjoni
|
|
Jinħall fl-ilma, prattikament ma jinħallx fl-etanol
|
B.
|
pH ta’ 10 % soluzzjoni
|
|
5,0 — 7,0
|
C.
|
Preċipitazzjoni bil-polietilenglikol 600
|
|
Żid 2 ml ta’ polietilenglikol 600 għal 10 ml ta’ 2 % soluzzjoni likwida ta’ pullulan. Preċipitat abjad huwa ffurmat.
|
D.
|
Depolimerizzazzjoni bil-pullulanażi
|
|
Lesti żewġ tubi b’10 ml f’kull wieħed ta’ 10 % soluzzjoni tal-pullulan. Żid 0,1 ml ta’ soluzzjoni ta’ pullulanażi li għandha attività ta’ 10 units/g f’ tubu wieħed, u 0,1 ml ta’ ilma fl-ieħor. Wara l-inkubazzjoni f’madwar 25 °C għal 20 min, il-viskożità tas-soluzzjoni trattata ta’ pullulanażi tkun viżibilment anqas minn dik tas-soluzzjoni mhux trattata.
|
Purità
|
Telf mit-tnixxif
|
Mhux aktar minn 6 % (90 °C, bi pressjoni mhux aktar minn 50 mm Hg, 6 h)
|
Mono-, di- u oligosakkaridi
|
Mhux aktar minn 10 % espress bħala glukożju
|
Viskożità
|
100 — 180 mm2/s (10 % w/w soluzzjoni likwida fi 30 °C)
|
Ċomb
|
Mhux aktar minn 1 mg/kg
|
Ħmira u moffa
|
Mhux aktar minn 100 kolonja kull gramma
|
Koliformi
|
Assenti f’ 25 g
|
Salmonella
|
Assenti f' 25 g”
|
|
(12)
|
It-test li ġej rigward l-E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa mdaħħal wara l-E 1451 lamtu ossidat aċitelat:
“E 1452 OTTENILSUĊĊINAT TA’ L-ALUMINJU
|
Sinonimi
|
SAOS
|
Definizzjoni
|
L-ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa lamtu esterifikat bl-anidridi ottenilsuċċinika u ttrattat bis-sulfat ta’ l-aluminju
|
Deskrizzjoni
|
Trab abjad jew kważi jew granuli jew (jekk preġelatinizzati) laqxiet, trab amorfiku jew partiċelli ħorox
|
Identifikazzjoni
|
A.
|
Jekk mhux preġelatinizzat: b’osservazzjoni mikroskopika
|
|
|
B.
|
Test tal-kulur bil-jodju pożittiv (kulur blu skur għal aħmar ċar)
|
|
|
Purità
|
(il-valuri kollha espressi fuq bażi anidra apparti għal telf mat-tnixxif)
|
|
Telf mat-tnixxif
|
Mhux iktar minn 21 %
|
Gruppi ta’ ottenilsuċċinill
|
Mhux iktar minn 3 %
|
Fdal ta’ aċidu ottenilsuċċiniku
|
Mhux iktar minn 0,3 %
|
Dijossidu tal-kubrit
|
Mhux aktar minn 50 mg/kg għal lamti taċ-ċereali mmodifikati
Mhux aktar minn 10 mg/kg għal-lamti mmodifikati l-oħra sakemm mhux speċifikat mod ieħor
|
Arseniku
|
Mhux iktar minn 1 mg/kg
|
Ċomb
|
Mhux iktar minn 2 mg/kg
|
Merkurju
|
Mhux iktar minn 0,1 mg/kg
|
Aluminju
|
Mhux iktar minn 0,3 %”
|
|