This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0089
Commission Directive 2006/89/EC of 3 November 2006 adapting for the sixth time to technical progress Council Directive 94/55/EC on the approximation of the laws of the Member States with regard to the transport of dangerous goods by road (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat- 3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat- 3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4–5
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 323–324
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008L0068
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
323 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/89/KE
tat-3 ta’ Novembru 2006
li taddatta għar-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE jirreferu għall-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew li jirrigwarda t-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2005. |
(2) |
L-ADR jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu transitorju sat-30 ta' Ġunju 2007. |
(3) |
Għalhekk jinħtieġ li jiġu emendati l-Annessi A u B għad-Direttiva 94/55/KE. |
(4) |
Il-miżuri f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport tal-merkanzija perikoluża stabbilit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/EC, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness A jitbiddel b'li ġej: “ANNESS A Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness A mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, filwaqt li huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ titbiddel bil-frażi ‘Stat Membru’. It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 ta' l-Anness A ta' l-ADR jrid jiġi ppubblikat malajr hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.” |
(2) |
L-Anness B tibiddel b'li ġej: “ANNESS B Id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness B mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (ADR), kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, filwaqt li huwa mifhum illi l-frażi ‘parti kontraenti’ titbiddel bil-frażi ‘Stat Membru’. It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 ta' l-Anness B ma' l-ADR irid jiġi ppubblikat hekk kif tkun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunita.” |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi-President
(1) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/111/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 25).