Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32006L0072

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/72/KE tat- 18 ta' Awwissu 2006 li temenda għar-raġunijiet ta' adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 227, 19.8.2006, s. 43—45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, s. 181—183 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0168

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/72/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

181


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/72/KE

tat-18 ta' Awwissu 2006

li temenda għar-raġunijiet ta' adattament għall-progress tekniku d-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 li għandha x'taqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi ta' żewġ jew tliet roti b'mutur (2), b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/24/KE hija Direttiva separata għall-ħtiġijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stipulati mid-Direttiva 2002/24/KE.

(2)

Id-Direttiva 2002/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar it-tnaqqis tal-livell ta' emissjonijiet li jniġġsu minn vetturi bil-mutur b'żewġ roti u bi tlieta u li temenda d-Direttiva 97/24/KE (3) introduċiet valuri ta’ limitu ġodda għall-emissjonijiet għal muturi b’żewġ roti li huma applikabbli f’żewġ stadji.

(3)

Ir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 2 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) “Il-proċedura tal-kejl għal muturi b’żewġ roti mgħammra b’magna b’positive jew compression ignition fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet li jniġġsu, emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil” ġiet adottata bil-ħsieb li jinħoloq suq globali għall-muturi. Dan għandu l-għan li jarmonizza fuq livell dinji l-proċedura tat-test ta’ l-emissjonijiet użata għall-approvazzjoni tat-tip tal-muturi. Barra minn hekk, hija adattata għall-aħħar żvilupp ta’ progress tekniku u tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-muturi.

(4)

Skond l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/51/KE l-proċedura tat-test tal-GTR Nru 2 għandha tiġi introdotta flimkien ma’ sett ġdid ta’ valuri ta’ limitu. Il-proċedura tat-test għandha tiġi introdotta bħala proċedura alternattiva ta’ l-approvazzjoni tat-tip b’għażla tal-manifattur għat-tieni stadju obbligatorju tad-Direttiva 2002/51/KE. Il-valuri ta' limitu l-ġodda għandhom jiġu stabbiliti f’korrelazzjoni mat-tieni stadju obbligatorju tad-Direttiva 2002/51/KE. Għalhekk, l-istrettezza tar-rekwiżiti ta’ l-emissjonijiet tal-muturi mhix se tonqos.

(5)

Id-Direttiva 97/24/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (4),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II, Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, qabel l-1 ta’ Lulju 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/27/KE (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 7).

(3)  ĠU L 252, 20.9.2002, p. 20.

(4)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).


ANNESS

L-Anness II tal-Kapitolu 5 tad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 2.2.1.1 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Skond l-għażla tal-manifattur, il-proċedura stipulata fir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 2 (*) tal-NU/KEE tista’ tintuża għall-muturi bħala alternattiva għall-proċedura tat-test imsemmi hawn fuq. F’każ li tintuża l-proċedura stipulata fil-GTR Nru 2, il-vettura trid tirrispetta l-limiti ta’ l-emissjoni li jidhru fil-linja C tat-tabella fit-taqsima 2.2.1.1.5 u d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ din id-Direttiva ħlief 2.2.1.1.1 sa 2.2.1.1.4 ta’ dan l-Anness.

(*)  Ir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 2 tal-NU/KEE ‘Il-proċedura tal-kejl għal muturi b’żewġ roti mgħammra b’magna b’positive jew compression ignition fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet li jniġġsu, emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil’ (ECE/TRANS/180Add2 tat-30 ta’ Awwissu 2005).”"

(2)

Fit-tabella tal-punt 2.2.1.1.5, fi ħdan it-taqsima “Valuri ta’ limiti għall-muturi (b’żewġ roti) għall-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni”, il-linja C li ġejja trid tiddaħħal wara l-linja B:

“C (2006 — NU/KEE GTR Nru 2)

vmax < 130 km/h

2,62

0,75

0,17

vmax ≥ 130 km/h

2,62

0,33

0,22 ”



Nahoru