EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0787

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/787/PESK tat- 13 ta’ Novembru 2006 li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

ĠU L 318, 17.11.2006, p. 43–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 167–167 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2006/787/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

167


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/787/PESK

tat-13 ta’ Novembru 2006

li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1). Dawn il-miżuri jiskadu fl-14 ta' Novembru 2006.

(2)

Fid-dawl ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi għal perjodu ta' 12-il xahar r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għal perjodu ta' 6 xhur.

(3)

Madankollu, il-Kunsill iddeċieda li l-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK għandhom jerġgħu jsiru, bil-għan li tinkiseb, permezz tad-djalogu, il-konformità ta' l-Uzbekistan mal-prinċipji tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-istat tad-dritt u għal-libertajiet fundamentali.

(4)

Matul dan il-perjodu, il-Kunsill ser jirrivedi l-miżuri fid-dawl ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva fis-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari rigward l-elementi deskritti fil-premessa (7) tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK.

(5)

Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-miżuri disposti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK huma b'dan estiżi b'perjodu ta' 12-il xahar u l-miżuri disposti fl-Artikolu 3 għal 6 xhur.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx milħuqa.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72.


Top