This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0892
2006/892/EC: Commission Decision of 5 December 2006 amending Decisions 2006/7/EC, 2006/265/EC and 2006/533/EC as regards an extension of their period of application (notified under document number C(2006) 5860) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/7/KE, 2006/265/KE u 2006/533/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5860) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/7/KE, 2006/265/KE u 2006/533/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5860) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 8.12.2006, p. 99–101
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 767–769
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
767 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta' Diċembru 2006
li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/7/KE, 2006/265/KE u 2006/533/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-estensjoni tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħhom
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5860)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/892/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur. Dawk il-miżuri inklużi, b'mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/7/KE tad-9 ta' Jannar 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta' rix impurtat minn pajiżi terzi (3), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/265/KE tal-31 ta' Marzu 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta' suspett ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fl-Iżvizzera (4) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/533/KE tat-28 ta' Lulju 2006 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fil-Kroazja (5). |
(2) |
Minn meta seħħet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/7/KE, il-Kummissjoni kienet qiegħda tirrevedi l-miżuri Komunitarji permanenti eżistenti fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' rix, b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet (6) rilevanti fir-rigward ta' rekwiżiti ta' importazzjoni għal rix mhux ittrattat stipulat fil-Kapitolu VIII ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman. Madankollu, din il-proċedura leġiżlattiva ma tlestietx. |
(3) |
Id-Deċiżjonijiet 2006/7/KE, 2006/265/KE u 2006/533/KE japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2006. Madankollu, peress li tifqigħat tal-vajrus ta' l-influenza tat-tjur ta' nisel Ażjatiku għadhom jiġru f'pajjiżi terzi u t-theddida lill-Komunità għalhekk ma naqsitx, huwa xieraq li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk id-Deċiżjonijiet sat-30 ta' Ġunju 2007. |
(4) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/115/KE (7) u 2006/135/KE (8) tħassru u nbidlu bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/563/KE (9) u 2006/415/KE (10). Il-Kroazja u l-Iżvizzera infurmaw lill-Kummissjoni li l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk il-pajjiżi issa qegħdin japplikaw miżuri protettivi li huma ekwivalenti għal dawk applikati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif stipulat f'2006/563/KE u 2006/415/KE. Ir-referenzi fl-Annessi tad-Deċiżjonijiet 2006/265/KE u 2006/533/KE għandhom għalhekk jiġu aġġornati. |
(5) |
Id-Deċiżjonijiet 2006/7/KE, 2006/265/KE u 2006/533/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2006/7/KE, id-data ’31 ta' Diċembru 2006’ qiegħda tinbidel bi “30 ta' Ġunju 2007”.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/265/KE qiegħda tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3, id-data “31 ta' Diċembru 2006” qiegħda tinbidel bi “30 ta' Ġunju 2007”. |
(2) |
L-Anness qiegħed jinbidel bl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/533/KE qiegħda tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 5, id-data “31 ta' Diċembru 2006” qiegħda tinbidel bi “30 ta' Ġunju 2007”. |
(2) |
L-Anness qiegħed jinbidel bl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom, minnufih, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 5 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1); verżjoni kkoreġġuta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).
(3) ĠU L 5, 10.1.2006, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/521/KE (ĠU L 205, 27.7.2006, p. 26).
(4) ĠU L 95, 4.4.2006, p. 9. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/405/KE (ĠU L 158, 10.6.2006, p. 14).
(5) ĠU L 212, 2.8.2006, p. 19.
(6) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2006 (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 25).
(7) ĠU L 48, 18.2.2006, p. 28. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2006/277/KE (ĠU L 103, 12.4.2006, p. 29).
(8) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 41. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2006/384/KE (ĠU L 148, 2.6.2006, p. 53).
(9) ĠU L 222, 15.8.2006, p. 11.
(10) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/506/KE (ĠU L 199, 21.7.2006, p. 36).
ANNESS I
“ANNESS
Parti mit-territorju ta' l-Iżvizzera msemmija fl-Artikolu 1(1)
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż |
Isem il-pajjiż |
Il-parti tat-territorju |
CH |
L-Iżvizzera |
Fl-Iżvizzera: iż-żoni kollha tat-territorju ta' l-Iżvizzera li l-awtoritajiet Żvizzeri applikawlhom formalment restrizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE u 2006/563/KE.” |
ANNESS II
“ANNESS
Parti mit-territorju tal-Kroazja msemmija fl-Artikolu 1
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż |
Isem il-pajjiż |
Il-parti tat-territorju |
HR |
Il-Kroazja |
Fil-Kroazja: iż-żoni kollha tat-territorju tal-Kroazja li għalihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Kroazja applikaw formalment miżuri protettivi li huma ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE.” |