Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32006D0685

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Ottubru 2006 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi bl-għan li jinkiseb l-istatus ta' żoni u stabbilimenti ta' akkwakultura approvati f'żoni li mhumiex approvati, b'rabta mas-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN) fil-ħut (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4363) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 142M, 5.6.2007, s. 274–279 (MT)
    ĠU L 282, 13.10.2006, s. 44–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Dokumentets juridiske status I kraft

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/685/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    274


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta' Ottubru 2006

    li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi bl-għan li jinkiseb l-istatus ta' żoni u stabbilimenti ta' akkwakultura approvati f'żoni li mhumiex approvati, b'rabta mas-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN) fil-ħut

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4363)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/685/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' saħħet l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u ta' prodotti ta' akkwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE (2) tapprova u tniżżel lista tal-programmi sottomessi minn diversi Stati Membri. Il-programmi huma maħsuba biex, wara li jkunu bdew il-proċeduri dwar żona, jew stabbiliment ta' akkwakultura li jkun f'żona li mhux approvata, Stat Membru jkun jista' jikseb l-istatus ta' żona approvata jew stabbiliment ta' akkwakultura approvat f'żona li mhix approvata, b'rabta ma' waħda mill-mardiet tal-ħut jew aktar tat-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN).

    (2)

    B'ittra li ġġib id-data tat-22 ta' Novembru 2005, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fiż-żona ta' Bacino del-torrente Taverone. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma' l-Artiklu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk għandha tkun approvata.

    (3)

    B'ittra li ġġib id-data tat-2 ta' Frar 2006, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fiż-żona Valle Sessera. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk il-programm għandu jkun approvat.

    (4)

    B'ittra li ġġib id-data tal-21 ta' Frar 2006, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fiż-żona ta' Valle del torrente Bondo. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk il-programm għandu jiġi approvat.

    (5)

    B'ittra li ġġib id-data tat-22 ta' Mejju 2006, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fiż-żona Fosso Melga. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk il-programm għandu jiġi approvat.

    (6)

    Il-programm applikabbli għat-territorju kollu ta' Ċipru ġie ffinalizzat. Għandu għalhekk jitħassar mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE.

    (7)

    Il-programm applikabbli għall-Azienda agricola Bassan Antonio fir-Reġjun tal-Veneto ġie ffinalizzat. Għandu għalhekk jitħassar mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE.

    (8)

    Id-Deċiżjoni 2003/634/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2003/634/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    L-Anness I jinbidel bit-test ta' l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    2.

    L-Anness II jinbidel bit-test li hemm fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Ottubru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/770/KE (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 33).


    ANNESS I

    “ANNESS I

    PROGRAMMI SOTTOMESSI BL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA' ŻONA APPROVATA B'RABTA MA' WAĦDA MILL-MARDIET TAL-ĦUT JEW AKTAR TAL-VHS U L-IHN

    1.   ID-DANIMARKA

    IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 TA' MEJJU 1995 LI JKOPRU:

    Il-wesgħa ta' FISKEBÆK Å

    IL-PARTIJIET KOLLHA TA' JUTLAND in-nofsinhar u l-punent tal-wesgħat ta' Storåen, Karup å, Gudenåen and Grejs å

    Iż-żoni kollha tal-GŻEJJER DANIŻI

    2.   IL-ĠERMANJA

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA' FRAR 1999 LI JKOPRI:

    Żona fil-wesgħa ta' l-ilma ta' ‘OBERN NAGOLD’

    3.   L-ITALJA

    3.1.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA' BOLZANO FIS-6 TA' OTTUBRU 2001 EMENDAT B'ITTRA TAS-27 TA' MARZU 2003, LI JKOPRI:

    ZONA PROVINĊJA DI BOLZANO

    Iż-żona tinkludi l-wesgħa ta' l-ilma kollha fil-Provinċja ta' Bolzano.

    Iż-żona tinkludi l-parti tan-naħa ta' fuq taż-ZONA VAL DELL'ADIGE jiġifieri l-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Adige mill-bidu tagħha fil-Provinċja ta' Bolzano sal-limiti tal-Provinċja ta' Trento.

    (NB: Il-parti ta' isfel li jibqa' taż-ZONA VAL DELL-ADIGE hija koperta fil-programm approvat tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento. Il-partijiet ta' naħa ta' fuq u ta' isfel ta' din iż-żona għandhom jitqiesu bħala unità epidemoloġika waħda.)

    3.2.

    IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA' TRENTO FIT-23 TA' DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA' LULJU 1997 LI JKOPRU:

     

    ZONA VAL DI SOLE U VAL DI NON

    Il-wesgħa ta' l-ilma mill-għajn tax-xmara Noce sa l-ilqugħ ta' S.Giustina.

     

    ZONA VAL DELL'ADIGE – il-parti ta' isfel

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Adige u l-għejjun tagħha li jinsabu fit-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento, mit-tarf tal-Provinċja ta' Bolzano sa l-ilqugħ ta' Ala (l-impjant ta' l-enerġija idroelettrika).

    (NB: Il-parti ta' fuq li jibqa' taż-ZONA VAL DELL-ADIGE hija koperta fil-programm approvat għall-Provinċja ta' Bolzano. Il-partijiet tan-naħa ta' fuq u ta' isfel ta' din iż-żona għandhom jitqiesu bħala unità epidemoloġika waħda.)

     

    ZONA TORRENTE ARNÒ

    Il-wesgħa ta' l-ilma mill-bidu tax-xmajra Arnò għall-ilqugħ iktar 'l isfel, ħdejn il-ponta fejn ix-xmajra Arnò tferragħ fix-xmara Sarca.

     

    ZONA VAL BANALE

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmajra Ambies sa l-ilqugħ idroelettriku.

     

    ZONA VARONE

    Il-wesgħa ta' l-ilma mill-bidu tax-xmajra Magnone sal-kaskata

     

    ZONA ALTO E BASSO CHIESE

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Chiese mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ Condino, barra l-wesgħat tax-xmajra Adanà u Palvico.

     

    ZONA TORRENTE PALVICO

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmajra Palvico sa l-ilqugħ tal-konkrit u tal-ġebla

    3.3.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA' FRAR 2001 LI JKOPRI:

    IŻ-ZONA TORRENTE ASTICO

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Astico, mill-bidu tagħha (fil-Provinċja Awtonoma ta' Trento u fil-Provinċja ta' Vicenza, ir-Reġjun tal-Veneto) sa l-ilqugħ li jinsab qrib il-pont Pedescala fil-Provinċja ta' Vicenza.

    Il-parti ta' isfel tax-xmara Astico, bejn l-ilqugħ qrib il-pont Pedescala u l-ilqugħ ta' Pria Maglio, għandha titqies bħala żona ta' protezzjoni.

    3.4.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TA' L-UMBRIA FL-2O TA' FRAR 2002 LI JKOPRI:

    ZONA FOSSO DE MONTERIVOSO: Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Monterivoso, mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ ta' Ferentillo.

    3.5.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIT-23 TA' DIĊEMBRU LI JKOPRI:

    IŻ-ZONA VALLE DE TORRENTE VENINA:

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Vjenna mill-bidu tagħha sal-limiti li ġejjin:

    fil-Punent: il-wied ta' Livrio

    fin-Nofsinhar: L-Alpi Orobie mill-Passaġġ ta' Publino sal-Quċċata ta' Redorta

    Il-widien ta' Armisa (in-naħa tal-Lvant) u Armisola

    3.6.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-23 TA' SETTEMBRU 2004 LI JKOPRI:

    IŻ-ZONA VALLE DI TOSI:

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Vicano di S. Ellero mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ f'Il Greto ħdejn ir-raħal ta' Raggioli

    3.7.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-22 TA' NOVEMBRU 2005 LI JKOPRI:

    Il-BACINO DEL TORRENTE TAVERONE:

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Taverone, mill-bidu tagħha sa' l-ilqugħ 'l isfel mill-istabbiliment ta' l-akkwakultura ‘Il-Giardino’

    3.8.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-PIEMONTE FIT-2 TA' FRAR 2006 LI JKOPRI:

    IŻ-ZONA VALLE SESSERA:

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Sessera mill-bidu tagħha sa' l-ilqugħ ‘Ponte Granero’ filo-muniċipalità ta' Coggiola

    3.9.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIA FIL-21 TA' FRAR 2006 LI JKOPRI:

    IŻ-ZONA VALLE DEL TORRENTE BONDO:

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Bondo, mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ ta' Vesio

    3.10.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIA FIT-22 TA' MEJJU 2006 LI JKOPRI:

    IŻ-ZONA FOSSO MELGA – BAGOLINO:

    Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Fosso Melga mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ fejn Fosso Melga titbattal fix-xmara Caffaro

    4.   IL-FINLANDJA

    4.1.

    IL-PROGRAMM GĦALL-ĦELSIEN MILL-VHS (1) INKLUŻI MIŻURI TA' QERDA SOTTOMESSI MILL-FINLANDJA FID-29 TA' MEJJU 1995, KIF EMENDAT BL-ITTRI TAS-27 TA' MARZU U TA' L-4 TA' ĠUNJU 2002, TAT-12 TA' MARZU, TAT-12 TA' ĠUNJU, TA' L-20 TA' OTTURBRU 2003 U TAS-17 TA' MEJJU 2005 LI JKOPRI:

    Iż-żoni tal-kosta kollha tal-FINLANDJA b'miżuri speċjali ta' qerda fi:

    il-Provinċja ta' Åland

    iż-żona ta' restrizzjoni f'Pyhtää

    Iż-żona ta' restrizzjoni li tkopri l-ibliet ta' Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma


    (1)  Il-programm ġie fi tmiemu bid-Deċiżjoni 2005/770/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-IHN, li għalih inkiseb l-istatus ta' żona approvata.”


    ANNESS II

    “ANNESS II

    PROGRAMMI SOTTOMESSI BL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA' STABBILIMENTI TA' AKKWAKULTURA APPROVATI F'ŻONI LI MHUMIEX APPROVATI B'RABTA MA' WAĦDA MILL-MARDIET TAL-ĦUT JEW AKTAR TAL-VHS U L-IHN

    1.   L-ITALJA

    1.1.

    IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA TA' UDINE FIR-REĠJUN TAL-FRIULI VENEZIA GIULIA, FIT-2 TA' MEJJU 2000 LI JKOPRI:

    Stabbilimenti ta' akkwakultura fil-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Tagliamento:

    Azienda Vidotti Giulio s.n.c., Sutrio”


    Op