Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0514

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 20 ta' Lulju 2006 dwar il-konformità ta' ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3277) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 200, 22.7.2006, p. 35–37 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 999–1001 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2019; Imħassar b' 32019D1698

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/514/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    999


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-20 ta' Lulju 2006

    dwar il-konformità ta' ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3277)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2006/514/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari t-tieni u r-raba' sub-paragrafi ta' l-Artikolu 4(2) tagħha,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat Permanenti mwaqqaf skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistipula proċedura għall-provvista tat-tagħrif fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà ta' l-informazzjoni (2), kif emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3),

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jistipula obbligu għall-produtturi li jqiegħdu biss prodotti siguri fis-suq.

    (2)

    Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies sigur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi ma' l-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva.

    (3)

    Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, l-istandards Ewropej għandhom jiġu stabbiliti minn korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni skond mandat stipulat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta' standards bħal dawn.

    (4)

    L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva jistipula proċedura għall-pubblikazzjoni ta' referenzi ta' standards adottati minn korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni qabel daħlet fis-seħħ id-Direttiva. Jekk dawk l-istandards jassiguraw il-konformità mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika r-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. F'każi bħal dawn, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta' Stat Membru, tiddeċiedi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) ta' dik id-Direttiva jekk l-istandard in kwistjoni jissodisfax il-kriterju ġenerali ta' sigurtà. Il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk tippubblikax ir-referenzi tiegħu wara li tikkonsulta l-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha.

    (5)

    Madankollu, minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva, xi standards ġew adottati minn korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni mingħajr mandat skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva. Il-ħsieb tal-leġiżlatur kien li jassigura l-kooperazzjoni mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni u li jagħraf standards ta' sigurtà xierqa għall-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva u li għalihom ma nħariġx mandat skond id-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 4. Għaldaqstant, jixraq li titqies il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' standards bħal dawn u li, għal dak il-għan, wieħed jipproċedi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 4(2).

    (6)

    Din id-Deċiżjoni dwar il-konformità, ta' l-istandards elenkati fl-Anness, mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà qed tittieħed fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tad-Direttiva 2001/95/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-istandards elenkati fl-Anness jissodisfaw il-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE għar-riskji li jkopru.

    Artikolu 2

    Ir-referenzi ta' l-istandards fl-Anness se jiġu ppubblikati fil-parti C tal-Ġurnali Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta' Lulju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18).

    (3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


    ANNESS

    L-istandards imsemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni:

    (1)

    EN 581-1:2006 “Għamara li titħalla fil-beraħ — Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta' kkampjar, domestiċi u f'kuntratti — Parti 1. Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà”

    (2)

    EN 957-1:2005 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (3)

    EN 957-2:2003 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 2: Tagħmir għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar”

    (4)

    EN 957-4:1996 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 4: Bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar”

    (5)

    EN 957-5:1996 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 5: Tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar”

    (6)

    EN 957-6:2001 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 6: Treadmills, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta' ttestjar”

    (7)

    EN 957-7:1998 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 7: magni tal-qdif, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (8)

    EN 957-8:1998 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 8: Tagħmir għal tlugħ ta' turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ. Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (9)

    EN 957-9:2003 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 9: Tagħmir ta' taħriġ elittiku, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (10)

    EN 957-10:2005 “Tagħmir stazzjonarju ta' taħriġ — Parti 10: Roti għall-eżerċizzju b'rota fissa jew bla rota libera, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (11)

    EN 13209-1:2004 “Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal — Pramms tat-trabi — Rekwiżiti ġenerali ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar — Parti 1: Pramms bid-dahar iffrejmjat”

    (12)

    EN 14682:2004 “Sigurtà ta' lbies tat-tfal — Qfieli u lazzijiet fi lbies tat-tfal — Speċifikazzjonijiet”

    (13)

    EN 14764:2005 “Roti għall-użu fl-ibliet u fit-toroq — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (14)

    EN 14766:2005 “Mountain-bicycles — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (15)

    EN 14781:2005 “Roti għat-tlielaq — Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar”

    (16)

    EN 14872:2006 “Roti — Aċċessorji għal roti — Kontenitur fejn jinġarru l-bagalji”


    Top