This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0386
Council decision 2006/386/CFSP of 1 June 2006 implementing Common Position 2005/411/CFSP concerning restrictive measures against Sudan
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/386/PESK ta' l- 1 ta' Ġunju 2006 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/386/PESK ta' l- 1 ta' Ġunju 2006 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan
ĠU L 148, 2.6.2006, p. 61–62
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 177–178
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2011; Imħassar b' 32011D0423
25.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
177 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/386/PESK
ta' l-1 ta' Ġunju 2006
li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Mejju 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK sabiex jimplimenta l-miżuri imposti kontra s-Sudan mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1591 (2005). |
(2) |
Fil-25 ta' April 2006 il-Kunsill tas-Sigurtà adotta r-Riżoluzzjoni 1672 (2006) fejn, waqt li jaġixxi taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa ddeċieda li l-Istati kollha għandhom jimplimentaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni 1591 (2005) rigward ċerti individwi nnominati li dwarhom il-Kumitat stabbilit skond ir-riżoluzzjoni 1591 (2005) produċa l-ġustifikazzjoni dettaljata meħtieġa. Dak il-Kumitat se jżomm ukoll u jaġġorna l-lista ta' individwi, kif xieraq, u se jikkunsidra talbiet għal eżenzjonijiet skond ir-rwol assenjat lill-Kumitat fis-subparagrafu 3 a tar-riżoluzzjoni 1591 (2005). |
(3) |
L-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK għandu jkun komplut għaldaqstant, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista ta' persuni stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar l-1 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
L. PROKOP
(1) ĠU L 139, 2.6.2005, p. 25.
ANNESS
“1. |
Kunjom, isem (ismijiet): ELHASSAN Gaffar Mohamed Informazzjoni oħra: Il-Maġġur Ġenerali u Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forzi Armati Sudaniżi |
2. |
Kunjom, isem (ismijiet): HILAL Sheikh Musa Informazzjoni oħra: Kap Prinċipali tat-Tribù Jalul fit-Tramuntana tad-Darfur |
3. |
Kunjom, isem (ismijiet): SHANT Adam Yacub Informazzjoni oħra: Kmandant ta' l-Armata tal-Liberazzjoni tas-Sudan (SLA) |
4. |
Kunjom, isem (ismijiet): BADRI Gabril Abdul Kareem Informazzjoni oħra: Kmandant tal-Kamp tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD)” |