Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0384

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Mejju 2006 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/135/KE fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' żoni A u B f'ċerti Stati Membri minħabba tifqigħat ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2090) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 148, 2.6.2006, pp. 53–55 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 823–825 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0415

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/384/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

823


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Mejju 2006

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/135/KE fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' żoni A u B f'ċerti Stati Membri minħabba tifqigħat ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2090)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/384/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku, applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (4), u partikolarment l-Artikolu 66(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tal-vajrus A sottotip H5N1 fit-tjur ta' l-irziezet f'ċerti żoni tat-territorju tagħha u ħadet il-miżuri xierqa previsti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/135/KE tat-22 ta' Frar 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni konnessi ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fil-Komunità (5).

(2)

Wara dik it-tifqigħa, id-Danimarka ħadet il-miżuri meħtieġa skond id-Deċiżjoni 2006/135/KE. Wara n-notifika ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni eżaminathom bil-kollaborazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat, u tinsab sodisfatta li ż-żoni A u B stabbiliti minn dak l-Istat Membru jinsabu f'distanza suffiċjenti mit-tifqigħa fit-tjur ta' l-irziezet. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti żoni A u B fid-Danimarka u jiġi ffissat iż-żmien għal tali reġjonalizzazzjoni.

(3)

Bil-konsiderazzjoni ta' l-Artikolu 2(4)(b) u (c) tad-Deċiżjoni 2006/135/KE u valutazzjoni finali tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 f'ċerti partijiet ta'l-Iżvezja u l-Ġermanja, il-miżuri stabbiliti għal dawn iż-żoni skond l-Artikolu 2(2) ta' dik id-Deċiżjoni mhumiex iktar meħtieġa.

(4)

Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati l-Partijiet A u B ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/135/KE kif jixraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/135/KE qed jinbidel bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar id-29 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/41/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33). Verżjoni kkoreġġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2006 (ĠU L 104, 13.4.2006, p. 8).

(4)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)   ĠU L 52, 23.2.2006, p. 41. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/293/KE (ĠU L 107, 20.4.2006, p. 44).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/135/KE huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS I

Parti A

Żona A kif imsemmija fl-Artikolu 2(1):

KodiċiISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm applikabbli

Kodiċi

Isem

DK

ID-DANIMARKA

 

Il-muniċipalitajiet ta'

28.6.2006

 

 

 

ÅRSLEV

 

 

 

 

KERTEMINDE

 

 

 

 

LANGESKOV

 

 

 

 

MUNKEBO

 

 

 

 

NYBORG

 

 

 

 

ODENSE

 

 

 

 

ØRBÆK

 

 

 

 

OTTERUP

 

 

 

 

RINGE

 

 

 

 

RYSLINGE

 

 

 

 

ULLERSLEV

 

Parti B

Iż-żona B kif imsemmija fl-Artikolu 2 (2):

KodiċiISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sakemm applikabbli

Kodiċi

Isem

DK

ID-DANIMARKA

ADNS

Il-muniċipalità ta'

28.6.2006

 

 

00700

FUNEN”

 


Top