Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0195

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Marzu 2006 fir-rigward ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għas-sena 2006, lil ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja tar-residwi (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 604)

    ĠU L 70, 9.3.2006, p. 78–79 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 378–379 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/195/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    378


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta' Marzu 2006

    fir-rigward ta' l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għas-sena 2006, lil ċerti laboratorji ta' referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja tar-residwi

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 604)

    (It-testi bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bl-Olandiz biss huma awtentiċi)

    (2006/195/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam tal-veterinarja (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprevedi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-ispezzjonijiet veterinarji billi tagħti għajnuna finanzjarja lil laboratorji ta' referenza. Kwalunkwe laboratorju ta' referenza indikat bħala tali, jista' jirċievi għajnuna tal-Komunità skond il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità, taħt ċerti kondizzjonijiet.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 156/2004 tad-29 ta' Jannar 2004 dwar l-assistenza finanzjarja tal-Komunità lil laboratorji ta' referenza tal-Komunità skond l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE (2) jipprevedi li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta' ħidma approvati jitwettqu b'mod effiċjenti u jekk il-benefiċjarji jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa f'ċerti limiti ta' żmien.

    (3)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta' ħidma u l-estimi ta' baġit korrispondenti, ippreżentati mil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità kkonċernati għas-sena 2006.

    (4)

    Skond dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji tar-referenza Komunitarji għall-funzjonijiet u dmirijiet previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri tagħha dwar il-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi f'annimali u prodotti ta' annimali ħajjin u li tirrevokaw id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (3).

    (5)

    Flimkien ma' l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità, aktar għajnuna għandha tingħata għall-organizzazzjoni ta' workshops f'oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-laboratorji ta' referenza tal-Komunità.

    (6)

    Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (4), il-miżuri tas-saħħa tal-veterinarja u l-pjanti li ttieħdu skond ir-regoli tal-Komunità huma ffinanzjati taħt it-Taqsima tal-Fond Ewropew Agrikolu ta' Gwida u Garanzija. Għal skopijiet ta' kontroll finanzjarju, l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, japplikaw għal din id-Deċiżjoni.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Ġermanja għall-funzjonijiet u dmirijiet previsti fl-Anness V, Kapitolu 2, għad-Direttiva 96/23/KE li jridu jitwettqu mill-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (dawk li kien il-Bundesinstitut für gesundheitlichen Verbraucherschutz und Veterinärmedizin (BGVV)), Berlin, il-Ġermanja, għad-detezzjoni tar-residwi ta' ċerti sustanzi.

    Għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja mhijiex se tiskorri l-425 000 EUR.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu previst fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Ġermanja għall-organizzazzjoni ta' workshop mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna mhijiex se tiskorri t-30 000 EUR.

    Artikolu 2

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Franza għall-funzjonijiet u dmirijiet previsti fl-Anness V, Kapitolu 2, għad-Direttiva 96/23/EC li jridu jitwettqu mil-Laboratoire d'études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L'Agence Française de Sécurité Sanitaire des aliments, (dak li kien il-Laboratoire des médicaments veterinaries (CNEVA-LMV)), Fougères, Franza, għad-detezzjoni tar-residwi ta' ċerti sustanzi.

    Għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja mhijiex se tiskorri l-425 000 EUR.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu previst fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Franza għall-organizzazzjoni ta' workshop mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna mhijiex se tiskorri t-30 000 EUR.

    Artikolu 3

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Italja għall-funzjonijiet u dmirijiet previsti fl-Anness V, Kapitolu 2, għad-Direttiva 96/23/KE li jridu jitwettqu mill-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, għad-detezzjoni tar-residwi ta' ċerti sustanzi.

    Għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja mhijiex se tiskorri l-255 000 EUR.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu previst fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Italja għall-organizzazzjoni ta' workshop mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna mhijiex se tiskorri t-30 000 EUR.

    Artikolu 4

    1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Olanda għall-funzjonijiet u dmirijiet previsti fl-Anness V, Kapitolu 2, għad-Direttiva 96/23/KE li jridu jitwettqu mill-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieuhygiëne (RIVM), Bilthoven, l-Olanda, għad-detezzjoni tar-residwi ta' ċerti sustanzi.

    Għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006, dik l-għajnuna finanzjarja mhijiex se tiskorri l-425 000 EUR.

    2.   Flimkien ma' l-ammont massimu previst fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Olanda għall-organizzazzjoni ta' workshop mil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1. Dik l-għajnuna mhijiex se tiskorri t-30 000 EUR.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u r-Renju ta' l-Olanda.

    Magħmula fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

    (2)  ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 5.

    (3)  ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1), kif korreġut mil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

    (4)  ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.


    Top