Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0060

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Frar 2006 li temenda l-Anness C għad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 193) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 118–120 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/60(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    118


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-2 ta' Frar 2006

    li temenda l-Anness C għad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 193)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2006/60/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1), u b'mod partikolari tal-Artikolu 16 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tistabbilixxi kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat.

    (2)

    Dik id-Direttiva tipprevedi, inter alia, li l-embrijoni ta' l-ifrat m'għandhomx jintbagħtu minn Stat Membru għall-ieħor sakemm ma jkunux ġew ikkonċeputi permezz ta' inseminazzjoni artifiċjali jew fertilizzazzjoni in vitro b'sperma minn raġel donatur li jinsab fil-post tal-ġbir ta' l-isperma approvat mill-awtorità kompetenti għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta' l-isperma jew b'sperma importata skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' deep frozen semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-bovini (2).

    (3)

    Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa ta' l-annimali għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat huwa stabbilit fl-Anness C għad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE. Dak iċ-ċertifikat ma fihx xi rekwiżiti speċifiċi dwar l-isperma li ntużat għall-fertilizzazzjoni.

    (4)

    Kien hemm problemi fil-kummerċ ta' l-embrijoni b'mod partikolari wara l-adozzjoni ta' regoli aktar stretti għad-dħul tal-barrin fiċ-ċentri tal-ġbir ta' l-isperma fid-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE (3).

    (5)

    Sabiex il-problemi għaċ-ċertifikazzjoni jistgħu jiġu evitati, għandu jiġi inkluż rekwiżit addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni fiċ-ċertifikat mudell tas-saħħa ta' l-annimali attwali li jipprevedi obbligazzjoni li l-isperma li tintuża għall-fertilizzazzjoni tikkonforma mad-Direttiva 88/407/KEE.

    (6)

    Id-Direttiva 89/556/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness C għad-Direttiva 89/556/KEE hu mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mit-23 ta' Frar 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).

    (3)  ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.


    ANNESS

    “ANNESS C

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top