This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1751
Commission Regulation (EC) No 1751/2005 of 25 October 2005 amending Regulation (EC) No 1725/2003 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council, as regards IFRS 1, IAS 39 and SIC 12 (Text with EEA relevance)
1751/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1751/2005 tal- 25 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-addozzjoni ta’ ċertu standards internazzjonali ta’ kontabilità b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ IFRS 1, IAS 39 u SIC 12 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
1751/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1751/2005 tal- 25 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-addozzjoni ta’ ċertu standards internazzjonali ta’ kontabilità b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ IFRS 1, IAS 39 u SIC 12 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 282, 26.10.2005, p. 3–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 97–102
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1126
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
97 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1751/2005
tal-25 ta’ Ottubru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-addozzjoni ta’ ċertu standards internazzjonali ta’ kontabilità b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ IFRS 1, IAS 39 u SIC 12
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 (1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ċertu standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu jeżistu fl-14 ta’ Settembru 2002 kienu addottati, inklużi l-interpretazzjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Interpretazzjonijiet (SIC) 12 Konsolidazzjoni –Entitajiet bi skop speċjali. |
(2) |
Fis-17 ta’ Dicembru 2003 il-Bord Internazzjonali ta’ l-Istandard tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Standard Internazzjonali tal-Kontabilità rivedut (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. IAS 39 stabbilixxa l-aktar prinċipji bażiċi għar-rikonoxximent u l-kejl ta’ assi finanzjarji u responsabilitajiet finanzjarji u li kienu addottati mill-Kummissjoni Ewropea mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2086/2004 (3) tad-19 ta’ Novembru 2004, bl-eċċezzjoni ta’ ċertu dispoizzjonijiet għall-użu f’opzjoni ta’ valur ġust sħiħ u kontabilità ta’ l-ilqugħ. |
(3) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2004, l-IASB ippubblika emenda għal IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl- Transazzjoni u Rikonoxximent Inizjali ta’ l-Assi Finanzjarji u Responsabilitajiet Finanzjarji bħala parti mill-inizjattiva ta’ l-IASB biex tiffaċilita l-kambju għall-IAS/IFRS għall-kumpaniji Ewropej, speċjalment dawk reġistrati mas-Sigurtajiet Amerikani u Kummissjoni tal-Kambju (SEC). L-emendi jippermettu, imma ma jinħtiġux, entitajiet biex jaddottaw metodu għat-transizzjoni li jgħamilha iktar faċli biex timplimenta mill-verżjoni ta’ qabel ta’ l-IAS 39, u għandu jgħin entitajiet biex jeliminaw kwalunkwe differenzi fir-rikonċiljazzjoni bejn l-Istandards ISSB u l-US GAAP. |
(4) |
Fil-11 ta’ Novembru 2004, il-Kumitat Internazzjonali dwar l-Interpretazzjonijiet tar-Raportaġġ Finanzjarju (IFRIC) uża emenda għall-Interpretazzjoni IFRIC SIC 12 Skop tas-SIC 12; Konsolidazzjoni — Entitajiet bi Skop Speċjali. L-emenda titratta dwar l-iskop kurrenti fl-esklużjoni tas-SIC 12 għal pjanijiet ta’ benefiċċji ta’ wara l-impjieg u pjanijiet ta’ kumpens b'ekwità (SIC-12.6). L-għan ta’ bdil fl-iskop hu li jassigura konsistenza mal-ħtiġijiet ta’ l-IAS 19 Benefiċċji ta’ l-Impjegat u għall-introduzzjoni ta’ bdil konsegwenzjali mill-addozzjoni riċenti ta’ l-IFRS 2 ħlas ibbażat fuq l-ishma (4). |
(5) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard emendat u l-interpretazzjoni emendata jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Il-konsultazzjoni ma’ esperti tekniċi fil-qasam jgħinu wkoll li ż-żewġ emendi jilħqu il-kriterja teknika għall-addozzjoni. |
(6) |
L-addozzjoni ta’ l-emendi għall-IAS 39 timplika, permezz ta’ konsegwenza, emendi għall-IFRS 1 Addozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju biex jassigura konsistenza bejn l-istandards ta’ kontabilità internazzjonali. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(8) |
L-emendi għandhom b’mod eċċezzjonali jidħlu fis-seħħ għas-sena finanzjarja tal-kumpanija li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2005, i.e f'mument qabel il-pubblikazzjoni ta' dan ir-regolament. L-applikazzjoni retrospettiva hi eċċezzjonalment ġustifikata sabiex tiffaċilita l-addotturi għall-ewwel darba l-preparazzjonijiet ta’ kontijiet b’mod konformi ma’ l- IAS/IFRS. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
L-Anness mar-regolament (KE) Nru 1725/2003 hu emendat kif gej:
(1) |
It-test ta’ l-Emendi għal Standards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl – Transizzjoni u Rikonoxximent Inizjali ta’ l-Assi Finanzjarji u Responsabilitajiet Finanzjarji hu mdaħħal kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
It-test ta’ l-Emenda IFRIC għal SIC 12 Skop ta’ SIC 12; Konsolidazzjoni — Entitajiet bi Skop Speċjali hu mdaħħal kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-addozzjoni ta’ l-emendi għall-IAS 39 timplika, permezz ta’ konsegwenza, emendi għall-IFRS 1 Addozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards internazzjonali ta’ Rapportaġġ Finanzjarju biex tassigura konsistenza bejn l-istandards ta’ kontabilità internazzjonali. |
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hu għandu japplika ghal kull sena finanzjarja tal-kumpanija fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2005 mill-iktar tard.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2003, p. 1.
(2) ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Reglament (KE) Nru 707/2004 ĠU L 175, 8.7.2004, p. 3).
(3) ĠU L 363, 9.12.2004, p. 1.
ANNESS
STANDARDS TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJI INTERNAZZJONALI
IAS 39 |
Emendi għal Standards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl – Transizzjoni u Rikonoxximent Inizjali ta’ Assi Finanzjarji u Responsabiltajiet Finanzjarji |
SIC 12 |
Emenda IFRIC għas-SIC 12 Skop tas-SIC 12; Konsolidazzjoni — Entitajiet b' Għan Speċjali |
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha huma riservati barra iż-ŻEE, ħlief bl-eċċezzjoni għar-riproduzzjoni għal skopijiet ta’ użu personali jew mezz ta’ kummerċ ieħor ġust. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn IASB f’ www.iasb.org.uk”
Emendi għal IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
DATA EFFETTIVA U TRANSIZZJONI
107A. |
Minkejja dak li jgħid il-paragrafu 104, entità tista' tapplika l-ħtiġijiet fl-aħħar sentenza tal-paragrafi AG76 u AG76A, f'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
Gwida għall-Applikazzjoni
Kejl (paragrafi 43-70)
L-Ebda Suq Attiv: Teknika tal-Valutazzjoni
…
AG76A. |
Il-kejl sussegwenti ta' l-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti ta' qligħ jew telf għandu jkun konsistenti mal-ħtiġijiet ta' dan l-Istandard. L-applikazzjoni tal- paragrafu AG76 tista' ma tirriżulta f’ebda qligħ jew telf li jiġi rikonoxxut fir-rikonoxximent inizjali ta' assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. F'każ bħal dan, l-IAS 39 jeħtieġ li qligħ jew telf għandu jiġi rikonoxxut wara r-rikonoxximent inizjali biss sal-punt li dan ġej minn bidla f'fattur (li jinkludi ż-żmien) li l-parteċipanti tas-suq kienu jikkunsidraw meta kienu qed jistabbilixxu prezz. |
Appendiċi
Emendi għal IFRS 1
L-emendi f'din l-Appendiċi għandhom jiġu applikati għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar, 2005, jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 1 għal perijodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perijodu aktar bikri.
A1. IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba ta' Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju hu emendat kif deskritt hawn taħt.
F'paragrafu 13, sotto-paragrafi (j) u (k) huma emendati, u sotto-paragrafu (l) miżjud, kif ġej:
(j) |
obbligi tad-dekummissjonament inklużi fil-kost tal-proprjetà, impjant u tagħmir (paragrafu 25E); |
(k) |
kuntratti ta' kiri (paragrafu 25F); u |
(l) |
kejl tal-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali (paragrafu 25G). |
Wara paragrafu 25F intestatura ġdida u paragrafu 25G huma miżjuda kif ġej:
Kejl tal-valur ġust ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji
25G |
Minkejja l-ħtiġijiet ta' paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika l-ħtiġijiet fl-aħħar sentenza tal-paragrafi AG76 u AG76A ta' IAS 39, f'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ - Kumitat ta' l-Interpretazzjoni
IFRIC
IFRIC EMENDA GĦAL SIC-12
Ambitu ta' SIC-12
Konsolidament — Entitajiet b'Għanijiet Speċjali
REFERENZI
|
IAS 19 Benefiċċji ta' l-Impjegati |
|
IAS 32 Strumenti Finanjarji: Żvelar u Preżentazzjoni |
|
IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma |
|
SIC-12 Konsolidament — Entitajiet b'Għanijiet Speċjali |
SFOND
1 |
Sakemm din l-emenda ssir effettiva, SIC-12 jeskludi mill-ambitu tiegħu pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg u pjani ta' kumpens bl-ishma (SIC-12.6). Sakemm l-IFRS 2 isir effettiv, pjani bħal dawn huma fl-ambitu ta' IAS 19 (kif emendat fl-2002). |
2 |
IFRS 2 hu effettiv għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar, 2005, jew wara. IFRS 2 ser jemenda IAS 19 billi:
|
3 |
Barra minn hekk, IAS 32 jeħtieġ li l-ishma tat-teżor jitnaqqsu mill-ishma. Meta l-IFRS 2 isir effettiv, dan ser jemenda IAS 32 biex jiddikjara li paragrafi 33 u 34 ta' IAS 32 (relatati ma' l-ishma tat-teżor) għandhom jiġu applikati għall-ishma tat-teżor mixtrija, mibjugħa, maħruġa jew imħassra li huma relatati ma' pjani ta' opzjoni ta' ishma ta' l-impjegati, pjani ta' xiri ta' ishma mill-impjegati, u l-arranġamenti l-oħrajn kollha bbażati fuq l-ishma. |
TEMI
4 |
L-ewwel tema indirizzata minn din l-Emenda hi l-inkużjoni ta' pjani ta' kumpens bl-ishma fl-ambitu ta' SIC-12. |
5 |
It-tieni tema indirizzata minn din l-Emenda hi li jkunu esklużi mill-ambitu ta' SIC-12 pjani oħrajn ta' benefiċċju għat-tul ta' l-impjegati. Sakemm din l-Emenda ssir effettiva, SIC-12 ma jeskludix pjani oħrajn ta' benefiċċju għat-tul ta' l-impjegati mill-ambitu tiegħu. Madankollu, IAS 19 jeħtieġ li dawk il-pjani ikunu rrappurtati b'mod simili għall-kontabilità ta' pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg. |
EMENDA
6 |
Paragrafu 6 ta' SIC-12 hu emendat kif ġej. Din l-Interpretazzjoni ma tapplikax għall-pjani ta' benefiċċju ta' wara l-impjieg jew għall-pjani oħrajn ta' benefiċċju għat-tul ta' l-impjegati li għalihom japplika IAS 19. |
DATA EFFETTIVA
7 |
Entità għandha tapplika din l-Emenda għall-perijodi annwali li jibdew fl-1ta' Jannar, 2005, jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 2 għal perijodu aktar bikri, din l-emenda għandha tiġi applikata għal dak il-perijodu aktar bikri. |