This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1357
Commission Regulation (EC) No 1357/2005 of 18 August 2005 supplementing the Annex to Regulation (EC) No 2400/96 as regards the entry of a name in the Register of protected designations of origin and protected geographical indications Chevrotin (PDO)
1357/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1357/2005 tat- 18 ta' Awwissu 2005 li jikkompleta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f’dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir- Reġistru tad-denominazzonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Chevrotin (DPO)
1357/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1357/2005 tat- 18 ta' Awwissu 2005 li jikkompleta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f’dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir- Reġistru tad-denominazzonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Chevrotin (DPO)
ĠU L 214, 19.8.2005, p. 6–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 229–231
(MT)
In force
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
229 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1357/2005
tat-18 ta' Awwissu 2005
li jikkompleta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f’dak li jirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru tad-denominazzonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” Chevrotin (DPO)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7(5)(b) tiegħu u l-Artikolu 6(3) u (4), l-ewwel inċiż, tiegħu.
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Chevrotin” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
L-Italja opponiet ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, u tat bħala raġunijiet li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 mhumiex qed jiġu osservati, li r-reġistrazzjoni se tkun ta' ħsara għall-prodotti li jinsabu fis-suq fl-Italja, b'mod partikolari dawk imsejħa “caprino” u li t-traduzzjoni għal-lingwa Taljana tal-isem konċernat (“caprino”) hija waħda ġenerika. |
(3) |
Il-Kummissjoni, b'ittra tas-7 ta' Diċembru 2004, stiednet lill-Istati Membri kkonċernati jaslu għal ftehim bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. |
(4) |
Ġaladarba ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn Franza u l-Italja fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2081/92. |
(5) |
Madankollu, Franza argumentat uffiċjalment illi r-reġistrazzjoni tal-isem “Chevrotin” mhux se jwassal għall-projbizzjoni tal-użu tal-espressjoni “de chèvre” jew “fromage de chèvre” biex tiddeskrivi l-ġobon magħmul mill-ħalib tal-mogħża, jew bl-istess mod, l-użu tat-traduzzjoni ta' dawn it-termini (bit-Taljan, “caprino” jew “formaggio di capra”). |
(6) |
It-terminu “chevrotin” ma jistax jiġi kkunsidrat bħala traduzzjoni tat-terminu “caprino” u bil-maqlub, anke jekk it-terminu “caprino” huwa ġeneriku kif iddikjaraw l-awtoritajiet Taljani, ma jfissirx li t-terminu “chevrotin” sar ġeneriku. Barra minn hekk, l-Italja ma pprovdiet l-ebda evidenza li tikkonkludi li t-terminu “chevrotin” innifsu huwa ġeneriku. |
(7) |
Fl-aħħarnett, l-Italja ma pprovdiet l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. |
(8) |
Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-isem għalhekk għandu jiddaħħal fir-“Reġistru ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta' Awwissu 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU C 262, 31.10.2003, p. 12.
(3) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 886/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 32).
ANNESS
PRODOTTI TAL-ANNESS I GĦAT-TRATTAT MAĦSUBA GĦALL-ALIMENTAZZJONI UMANA
Ġobnijiet
FRANZA
Chevrotin (DPO)