Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1293

    1293/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2005 tal- 5 ta' Awwissu 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid

    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 219–222 (MT)
    ĠU L 205, 6.8.2005, p. 12–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0606

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1293/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    219


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1293/2005

    tal-5 ta' Awwissu 2005

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-metodu tal-kejl tal-pressjoni żejda tal-inbejjed li jfexfxu u dawk spumanti kien stabbilit skont kriterji rikonoxxuti internazzjonalment. L-Uffiċju Internazzjonali tad-Dwieli u tal-Inbid adotta d-deskrizzjoni ġdida ta' dan il-metodu fl-Assemblea Ġenerali tiegħu tal-2003.

    (2)

    L-użu ta' dan il-metodu jiżgura monitoraġġ iktar sempliċi u preċiż tal-pressjoni żejda f'dawn l-inbejjed.

    (3)

    Id-deskrizzjoni tal-metodu li jintuża s-soltu fil-Kapitolu 37 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 (2) mhijiex meħtieġa iktar u għalhekk il-paragrafu 3 tal-Kapitolu 37 għandu jitneħħa. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni aġġornata ta' dan il-metodu għandha tiddaħħal f'kapitolu ġdid tal-Anness għal dak ir-Regolament.

    (4)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2676/90 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta' Awwissu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bil-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (2)  ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 355/2005 (ĠU L 56, 2.3.2005, p. 3).


    ANNESS

    L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Kapitolu 37. “Diossidu tal-karbonju” huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. PRINĊIPJU TAL-METODU”

    (ii)

    il-punt 1.2 għandu jitħassar.

    (b)

    Fil-paragrafu 2, it-titlu tal-punt 2.3 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Kalkolu tal-pressjoni żejda teoretika”.

    (c)

    Il-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħassru.

    (2)

    Wara l-Kkapitolu 37, it-test illi ġej għandu jiddaħħal bħala l-Kapitolu 37-bis:

    “37 bis —   IL-KEJL TAL-PRESSJONI ŻEJDA FL-INBEJJED SPUMANTI U DAWK LI JFEXFXU

    1.   IL-PRINĊIPJU

    Wara li tkun ġiet stabilizzata t-temperatura u l-flixkun ikun tqanqal, il-pressjoni żejda titkejjel bl-afrometru (gejġ tal-pressjoni). Hija titkejjel f'Pascals (Pa) (metodu tat-tip I). Il-metodu japplika wkoll għall-inbejjed spumanti bil-gass miżjud u għal dawk ifexfxu bil-gass miżjud.

    2.   L-APPARAT

    L-apparat li jkejjel il-pressjoni żejda fil-fliexken tal-inbejjed spumanti u dawk li jfexfxu jissejjaħ afrometru. Dan għandu għamliet differenti skont it-tappijiet li jintużaw biex jingħalaq il-flixkun (kapsula tal-metall, kapsula forma ta' ras, tapp tas-sufra jew tal-plastik).

    2.1.   Fliexken li għandhom il-kapsuli

    Huwa magħmul minn tliet partijiet (dijagramma 1):

    Il-parti ta' fuq (jew kamin bil-labra) hija magħmula minn manometru, ċirku li jissikka bl-id, kamin bla tmiem li jgħaddi għall-parti tan-nofs, u labra li tgħaddi minn ġol-kapsula. Il-labra għandha toqba laterali li tgħaddi l-pressjoni lill-manometru. Ġonta tiżgura li kollox ikun issiġillat fuq il-kapsula tal-flixkun.

    Il-parti tan-nofs (jew l-iskorfina) tintuża biex tiċċentra l-parti ta' fuq. Hija tinvita ruħha fil-parti t'isfel b'mod li l-apparat kollu jinżamm sod fuq il-flixkun.

    Il-parti ta' isfel (jew morsa) tkun mgħammra bi xprun li jiżżerżaq taħt iċ-ċirku tal-flixkun, b'mod li jinżamm l-apparat kollu. Hemm ċrieki adattati għal kull tip ta' flixkun.

    2.2.   Fliexken li għandhom it-tapp

    Huwa magħmul minn żewġ partijiet (dijagramma 2):

    Il-parti ta' fuq hija l-istess bħal fl-apparat ta' qabel; madankollu, il-labra hija itwal. Din tal-aħħar hija magħmula minn tubu twil u vojt li f'tarf minnhom hemm ponta biex tgħin il-labra tidħol fit-tapp. Din il-ponta tista' tinqala' u taqa' fl-inbid ladarba t-tapp jittaqqab.

    Il-parti ta' taħt hija magħmula minn skorfina bil-bażi tagħha li sserraħ fuq it-tapp. Din għandha erba' viti li jissikkaw sabiex kollox jinżamm fuq it-tapp.

    Image

    Image

    Rimarki rigward il-manometri li jinsabu ma' dawn iż-żewġ tipi ta' apparat:

    Jistgħu jkunu jew mekkaniċi b’tubu tat-tip Bourdon inkella sensuri diġitali pjeżoelettriċi. Fl-ewwel każ, it-tubu tat-tip Bourdon għandu jkun tal-istainless steel.

    Jġu gradati f'pascals (abbrevjazzjoni Pa). Għall-inbejjed spumanti huwa iktar prattiku li wieħed juża 105 pascals (105 Pa) jew il-kilopascal (kPa) bħala unità.

    Jista' jkun hemmklassijiet differenti. Il-klassi tal-manometru hija l-preċiżjoni tal-qari meta mqabbel ma' qari sħiħ espress bil-persentaġġ (eż.: Manometru 1 000 kPa klassi 1, tfisser il-pressjoni massima użata 1 000 kPa, qari sa ±10 kPa). Il-klassi 1 hija rakkomandata għal kejl iktar preċiż.

    3.   IL-PROĊEDURA

    Il-kejl irid isir fuq fliexken li tagħhom it-temperatura tkun ilha stabbli tal-anqas għal 24 siegħa. Wara li jiġu minfuda, ir-ras, it-tapp tas-sufra jew tal-plastik, il-flixkun irid jitqanqal bil-qawwi sakemm tintlaħaq pressjoni kostanti, sabiex ikun jista' jseħħ il-qari.

    3.1.   Fliexken bil-kapsuli

    L-ixprun tal-morsa jiżżerżaq taħt iċ-ċirku tal-flixkun. L-iskorfina tiġi ssikkata sakemm l-apparat kollu jkun sod fuq il-flixkun. Il-parti ta' fuq imbagħad tiġi ssikkata fl-iskorfina. Sabiex ma jkunx hemm telf ta' gass it-titqib tal-kapsula għandu jsir malajr kemm jista' jkun, sabiex il-ġonta tiġi tmiss mal-kapsula. Il-flixkun imbagħad irid jitħallat tajjeb ħafna sakemm tintlaħaq pressjoni kostanti u sabiex iseħħ il-qari.

    3.2.   Fliexken bit-tapp

    Il-ponta titpoġġa f'tarf il-labra. Dan kollu jitqiegħed fuq it-tapp. Jiġu ssikkati l-erba' viti fuq it-tapp. Tiġi ssikkata l-parti ta' fuq (il-labra tidħol fit-tapp). Il-ponta trid taqa' fil-flixkun sabiex il-pressjoni tkun tista' tgħaddi għall-manometru. Il-qari jsir wara li l-flixkun jitħallat tajjeb sakemm tintlaħaq pressjoni kostanti. Il-ponta tinġabar wara l-qari.

    4.   L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

    Il-pressjoni żejda li tilħaq l-20 °C (Paph20) tiġi espressa f'pascals (Pa) jew f'kilopascals (kPa). Dan irid ikun skont il-preċiżjoni tal-manometru (per eżempju: 6,3 × 105 Pa jew 630 kPa u mhux 6,33 × 105 Pa jew 633 kPa għal manometru ta' klassi 1 b'qari ta' skala sħiħa ta' 1 000 kPa).

    Meta l-kejl tat-temperatura jkun differenti minn 20 °C ikun hemm bżonn korrezzjoni billi l-pressjoni mkejla tiġi multiplikata bil-koeffiċjent xieraq (ara t-tabella 1).

    Tabella 1

    Il-proporzjon bejn il-pressjoni żejda Paph20 tal-inbid li jfexfex jew dak spumanti f'temperatura ta' 20 °C u l-pressjoni żejda Paph t f'temperatura t

    °C

     

    0

    1,85

    1

    1,80

    2

    1,74

    3

    1,68

    4

    1,64

    5

    1,59

    6

    1,54

    7

    1,50

    8

    1,45

    9

    1,40

    10

    1,36

    11

    1,32

    12

    1,28

    13

    1,24

    14

    1,20

    15

    1,16

    16

    1,13

    17

    1,09

    18

    1,06

    19

    1,03

    20

    1,00

    21

    0,97

    22

    0,95

    23

    0,93

    24

    0,91

    25

    0,88

    5.   IL-KONTROLL TAR-RIŻULTATI

    Il-metodu tad-determinazzjoni diretta tal-parametri fiżiċi (metodu tal-kriterji tat-tip I)

    L-iċċekkjar tal-afrometri

    L-afrometri jridu jiġu ċċekkjati regolarment (għallinqas darba fis-sena).

    L-iċċekkjar isir permezz ta' kejl ta' kalibrazzjoni. Dan iqabbel il-manometru għall-ittestjar ma' manometru ta' referenza, ta' kwalità għolja mkejjel bl-istandards nazzjonali, immuntat b'mod parallel. L-iċċekkjar isir biex jitqabblu l-valuri indikati miż-żewġ apparati għal-livelli ta' pressjonijiet li jitilgħu u jinżlu. Jekk ikun diferenza bejn dawn it-tnejn, il-manometru jista' jiġi rregolat permezz ta' vit.

    Il-laboratorji u l-entitajiet awtorizzati huma kollha mgħammra b'dan il-kejl ta' kalibrazzjoni; jinsabu wkoll disponibbli mingħand il-manifatturi tal-manometri.”


    Top