EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0386

386/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2005 tat- 8 ta' Marzu 2005 li jemenda diversi regolamenti dwar il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix

ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 157–158 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/386/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

157


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 386/2005

tat-8 ta' Marzu 2005

li jemenda diversi regolamenti dwar il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta’ Settembru 2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika [in-nomenklatura tariffarja u statistika] u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) jipprovdi għal emendi għan-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix.

(2)

Ir-Regolamenti li jemendaw l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (3) fi snin preċedenti kienu daħħlu wkoll tibdil fin-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix, imma dawn l-emendi mhux kollha jinsabu riflessi fir-Regolamenti li ġejjin li jirregolaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex kif ukoll tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1591/87 tal-5 ta’ Ġunju 1987 li jistabbilixxi standards ta’ kwalità għall-kaboċċi, il-brussels sprouts [il-kaboċċi ta’ Brussell], il-karfus irrigat, l-ispinaċi u l-għajnbaqar (4); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1677/88 tal-15 ta’ Ġunju 1988 li jistabbilixxi l-livelli ta’ kwalità tal-ħjar (5); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta’ Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef (6); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (7); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għal dazji tal-importazzjoni fuq frott u ħxejjex (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifondi tal-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (9).

(3)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1591/87, (KEE) Nru 1677/88, (KE) Nru 399/94, (KE) Nru 3223/94, (KE) Nru 1555/96 u (KE) Nru 1961/2001 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(4)

L-emendi għandhom japplikaw fl-istess żmien ta’ meta jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1591/87, l-ewwel paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“L-istandards ta’ kwalità għall-prodotti li ġejjin huma stipulati fl-Annessi I, II, III, IV u V:

il-kaboċċi, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0704 90,

il-kaboċċi ta’ Brussell (Brussels sprouts), li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0704 20 00,

il-karfus irrigat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0709 40 00,

l-ispinaċi, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0709 70 00.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1677/88, l-ewwel paragrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“L-istandards ta’ kwalità għall-ħjar li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0707 00 05 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.”

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94, l-ewwel paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi marbuta mal-kwalità tal-għeneb imnixxef prodott fil-Komunità u kopert mill-kodiċi NM 0806 20 10 u 0806 20 30 b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4.”.

Artikolu 4

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3223/94, il-Parti A hi emendata kif ġej:

1.

Fil-ħames linja tat-tabella, il-kodiċi NM għal-larinġ ħelu, frisk “ex 0805 10 10, ex 0805 10 30 u ex 0805 10 50” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0805 10 20”.

2.

Fl-għaxar linja tat-tabella, il-kodiċi NM għat-tuffieħ “ex 0808 10 20, ex 0808 10 50 u ex 0808 10 90” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0808 10 80”.

Artikolu 5

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-ħames linja tat-tabella, il-kodiċi NM għal-larinġ “ex 0805 10 10, ex 0805 10 30 u ex 0805 10 50” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0805 10 20”.

2.

Fl-għaxar linja tat-tabella, il-kodiċi NM għat-tuffieħ “ex 0808 10 20, ex 0808 10 50 u ex 0808 10 90” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0808 10 80.”

Artikolu 6

Fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1961/2001, it-tielet subparagrafu huwa emendat kif ġej:

1.

Il-ħames inċiż għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“—

larinġ kopert mill-kodiċi NM 0805 10 20,”;

2.

Il-ħdax u t-tnax-il inċiż għandhom jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

“—

lumi (Citrus limon, Citrus limonum) kopert mill-kodiċi NM 0805 50 10,

xkomp (Citrus aurantifolia) kopert mill-kodiċi NM 0805 50 90,”;

3.

L-erbatax-il inċiż hu ssostitwit b’dan li ġej:

“—

tuffieħ kopert mill-kodiċi NM 0808 10 10 u 0808 10 80,”.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).

(2)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004, p. 5).

(4)  ĠU L 146, 6.6.1987, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).

(5)  ĠU L 150, 16.6.1988, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 907/2004.

(6)  ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2).

(7)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 537/2004 (ĠU L 86, 24.3.2004, p. 9).

(8)  ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1844/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 12).

(9)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 537/2004.


Top