Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0086

    2005/86/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/86/KE tal- 5 ta’ Diċembru 2005 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fir-rigward tal-camphechlor Test b’rilevanza ghaż-ŻEE.

    ĠU L 318, 6.12.2005, p. 16–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 318–320 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/86/oj

    21.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    318


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/86/KE

    tal-5 ta’ Diċembru 2005

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fir-rigward tal-camphechlor

    (Test b’rilevanza ghaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar il-prodotti mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/32/KE tistipola li l-użu ta’ prodotti li huma intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipolati fl-Anness I miegħu huwa pprojbit.

    (2)

    Meta d-Direttiva 2002/32/KE ġiet adottata, il-Kummissjoni stipolat li d-dispożizzjonijiet stipolati fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva għandhom jiġu riveduti fuq il-bażi ta’ l-assessjar tar-riskju xjentifiku aġġornat u billi titqies l-projbizzjoni ta’ kull dilwizzjoni ta’ prodotti kkontaminati li mhumiex f’ konformità li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem.

    (3)

    Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) adottat opinjoni fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-camphechlor bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fit-2 ta’ Frar 2005.

    (4)

    Il-camphechlor huwa insettiċida mhux sistemiku li l-użu tiegħu qiegħed jispiċċa f’ bosta partijiet tad-dinja. It-taħlit tal-camphechlor huwa ta’ kompożizzjoni kumplessa, ta’ mill-inqas 202 konġeneru differenti identifikati. Minħabba l-persistenza u l-proprjetajiet kimiċi tiegħu, il-camphechlor għadu jinstab fl-ambjent.

    (5)

    Filwaqt li ċerti konġeneri, bħalma huwa s-CHB 32, li huma kostitwenti ewlenin fit-taħlit tekniku, huma soġġetti għall-bijotrasformazzjoni relattivament rapida, konġeneri oħrajn bħalma huma is-CHB 26, 50 u 62 huma iktar persistenti u jibbijoakkumulaw sew fil-katina alimentari. Il-konġeneri CHB 26, 50 u 62 jistgħu jservu ta’ indikaturi tal-kontaminazzjoni bil-camphechlor. Il-preżenza tas-CHB 32 hija indikazzjoni dwar kontaminazzjoni reċenti u tista’ tiġi inkluża fil-programmi ta’ monitoraġġ sabiex jiġu identifikati prattiċi frawdolenti possibbli.

    (6)

    Is-sorsi ewlenin ta’ l-espożizzjoni għall-camphechlor ta’ l-annimali mill- għalf huma ż-żejt tal-ħuta u oġġetti ta’ l-għalf li fihom il-ħut (fish meal). L-għalf tal-ħut (partikolarment għal speċi karnivori) jista’ jkun fih ammonti ta’ oġġetti ta’ l-għalf li fih il-fish meal jew iż-żejt tal-ħuta. Għal annimali oħrajn l-użu ta’ l-oġġetti ta’ l-għalf li fih il-ħut huwa baxx, għalhekk l-espożizzjoni tagħhom permezz ta’ l-għalf hija iktar baxxa.

    (7)

    Il-ħut huwa l-iktar sensittiv għat-tossiċità minħabba l-camphechlor. It-trasferiment tal-Camphechlor f’ tessuti li jittieklu ta’ ħut li fih ħafna xaħam huwa għoli, filwaqt li t-trasferiment f’ annimali tar-razzett oħrajn huwa iktar baxx. Il-ħut, partikolarment l-speċi li fihom ħafna xaħam (lipidi), huma s-sors ewlieni ta’ l-espożizzjoni għall-bniedem, filwaqt li sorsi oħrajn huma ta’ inqas importanza.

    (8)

    Huwa xieraq li jiġu sostitwiti l-livelli massimi ġenarali attwali fir-rigward tal-camphechlor fl-oġġetti ta’ l-għalf kollha, b’ livell massimu ta’ camphechlor fiż-żejt tal-ħuta, fl-oġġetti ta’ l-għalf li fihom il-ħut u fl-għalf għall-ħut sabiex ikun aċċertat li dawn il-prodotti ma jirrappreżentaw ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali. Is-sikurezza ta’ l-għalf isaħħet, minħabba li l-livell ta’ għalf għall-ħut, li jingħata lill-ħut, tnaqqas sew u l-infurzar permezz ta’ kontroll immirat fuq dawn il-prodotti intenzjonati għan-nutriment ta’ l-annimali identifikat bħala s-sors ewlieni ta’ l-espożizzjoni għall-camphechlor għandu jtejjeb is-sikurezza ta’ l-għalf.

    (9)

    Il-livell massimu ġenerali attwali għall-camphechlor ma jirrifflettix il-livelli attwali normali tal-kontaminazzjoni fl-isfond taż-żejt tal-ħuta. Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu fiż-żejt tal-ħuta fejn jitqiesu l-livelli fl-isfond mingħajr ma jkun hemm periklu għas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku. Il-livell massimu għandu jiġi rivedut fid-dawl ta’ l-applikazzjoni meħtieġa fuq skala usa’ ta’ proċeduri ta’ dekontaminazzjoni.

    (10)

    Id-Direttiva 2002/32/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’ mod xieraq.

    (11)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’ konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax–il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’ referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/8/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 44).


    ANNESS

    Anness I mad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat, il-filliera 19 tinbidel, Camphechlor (toxaphene) b’ li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

    Kontenut massimu fi mg/kg (ppm) li huma relattivi għal oġġet ta’ l-għalf b’ kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “19.

    Camphechlor (toxaphene) — somma ta’ indikaturi ta’ konġeneri CHB 26, 50 u 62 (*)

    Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta

    0,02

    Żejt tal-ħuta (**)

    0,2

    Oġġetti ta’ l-għalf għall-ħut (**).

    0,05


    (*)  sistema ta’ numri skond Parlar, bil-prefiss ‘CHB’ jew ‘Parlar #’

    :

    CHB 26

    :

    2-endo,3-exo,5-endo, 6-exo, 8,8,10,10-octochlorobornane

    :

    CHB 50

    :

    2-endo,3-exo,5-endo, 6-exo, 8,8,9,10,10-nonachlorobornane

    :

    CHB 62

    :

    2,2,5,5,8,9,9,10,10-nonachlorobornane

    (**)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2007 bil-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi”.


    Top