Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0142

    Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/142/PESK tas- 17 ta’ Frar 2005 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/789/PESK dwar l-estensjoni tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPOL PROXIMA)

    ĠU L 48, 19.2.2005, p. 45–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 136–136 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/142/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    136


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/142/PESK

    tas-17 ta’ Frar 2005

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/789/PESK dwar l-estensjoni tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPOL PROXIMA)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 25(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Novembru 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/789/PESK (1) li testendi l-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPOL PROXIMA) f’Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) mill-15 ta’ Diċembru 2004 għall-14 ta’ Diċembru 2005.

    (2)

    Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà għandu jkun awtorizzat biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri għall-EUPOL PROXIMA, b’mod konformi mad-dokument dwar “Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontribut ta’ Stati mhux membri ta’ l-UE għall-Immaniġġar ta’ Kriżijiet Ċivili ta’ l-UE” approvat mill-Kunsill fl-10 ta’ Diċembru 2002.

    (3)

    L-Azzjoni Konġunta 2004/789/PESK għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Dan il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 9 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/789/PESK:

    “7.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà għandu jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri.”

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, nhar is-17 ta’ Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. JUNCKER


    (1)  ĠU L 348, tal-24.11.2004, p. 40.


    Top