Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0100

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/100/PESK tat- 2 ta’ Frar 2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar

    ĠU L 31, 4.2.2005, p. 74–74 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 106–106 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/100/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    106


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/100/PESK

    tat-2 ta’ Frar 2005

    li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-8 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġuna 2003/872/PESK (1) li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar.

    (2)

    Fit-28 ta’ Ġunju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/532/PESK (2), li testendi sat-28 ta’ Frar 2005 l-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK.

    (3)

    Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK, kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2004/532/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal sitt xhur oħra,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Heikki TALVITIE bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK u kif emendat bl-Azzjoni Konġunta 2004/532/PESK, huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awwissu 2005.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 370 000.”

    .

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta’ Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 326, 13.12.2003, p. 44.

    (2)  ĠU L 234, 3.7.2004, p. 16.


    Top