Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0748

    2005/748/KE: Deżiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE dwar iż-żoni li tħallew barra mil-lista ta’ żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4081) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 491–493 (MT)
    ĠU L 280, 25.10.2005, p. 20–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0177

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/748/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    491


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE dwar iż-żoni li tħallew barra mil-lista ta’ żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4081)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2005/748/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u prodotti ta' l-akwakultura (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE tat-18 ta’ April 2002 li tistabbilixxi l-lista taż-żoni li għandhom l-approvazzjoni rigward il-Bonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens  (2), tistabilixxi ż-żoni fil-Komunità meqjusa li ħielsa mill-mard tal-molluskiBonamia ostreae u/jew il-Marteilia refringens.

    (2)

    L-Irlanda u r-Renju Unit, permezz ta’ ittri tal-5 ta’ Ġunju 2005, infurmaw lill-Kummissjoni li l-Bonamia ostreae nstabet f'Lough Foyle, żona ta’ ilma tal-kosta komuni fil-fruntiera ta' bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Dik iż-żona qabel kienet meqjusa ħielsa mill-Bonamia ostreae għalhekk iżda ma tistax tibqa’ meqjusa bħala ħielsa minn dik il-marda.

    (3)

    Barra dan, l-Irlanda ressqet talba biex il-lista ta’ żoni li għandhom l-approvazzjoni fl-Irlanda rigward il-Bonamia ostreae fid-Deċiżjoni 2002/300/KE, tkun emendata sabiex id-deskrizzjoni ġeografika ta’ waħda miż-żoni affetwati minn dik il-marda tkun aktar preċiża. Għalhekk, id-deskrizzjoni “Logmore, Belmullet” għandha tinbidel f“Loughmore, Blacksod Bay”.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2002/300/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq,

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/300/KE qed jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar l-24 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 103, 19.4.2002, p. 24. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/104/KE (ĠU L 33, 5.2.2005, p. 71).


    ANNESS

    “ANNESS

    ŻONI APPROVATI GĦAL WIEĦED JEW AKTAR TIPI TA' MARD TAL-MOLLUSKI TAL-BONAMIA OSTREAE U MARTEILIA REFRINGENS

    1.A.   Iż-żoni Fl-Irlanda approvati fir-rigward tal-B. Ostreae

    Il-kosta kollha ta' l-Irlanda, minbarra s-seba’ żoni li jmiss:

    Cork Harbour

    Galway Bay

    Ballinakill Harbour

    Clew Bay

    Achill Sound

    Loughmore, Blacksod Bay

    Lough Foyle

    1.B.   Iż-żoni fl-irlanda approvati fir-rigward tal-M. Refringens

    Il-kosta kollha ta' l-Irlanda

    2.A.   Iż-żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-isle of Man approvati fir-rigward tal-B. Ostreae

    Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, minbarra t-tliet żoni li jmiss:

    il-kosta tan-nofsinhar ta' Cornwall minn Lizard sa Start Point

    iż-żona madwar l-estwarju ta' Solent minn Portland Bill sa Selsey Bill

    iż-żona li tinsab mal-kosta ta' Essex minn Shoeburyness sa Landguard Point

    Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta’ Fuq, minbarra ż-żona li miss:

    Lough Foyle

    Il-kosta kollha ta' Guernesey u Herm

    Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: din iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta' tifrigħ tal-baħar u x-xatt bejn il-linja medja tal-mili tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey u l-linja immaġinarja impinġija tliet mili nawtiċi 'l bogħod mil-linja medja tal-frugħ tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t'isfel tal-Kanal Ingliż.

    Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

    2.B.   Iż-żoni fir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u l-isle of Man Approvati fir-rigward tal-M. Refringens

    Il-kosta kollha tal-Gran Brittanja

    Il-kosta kollha ta' l-Irlanda ta’ Fuq

    Il-kosta kollha ta' Guernesey u Herm

    Iż-żona ta' l-Istati ta' Jersey: Din iż-żona tikkorrispondi għaż-żona ta' tifrigħ tal-baħar u x-xatt bejn il-linja medja tal-mili tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey u l-linja immaġinarja impinġija tliet mili nawtiċi 'l bogħod mil-linja medja tal-frugħ tal-baħar fuq il-Gżira ta' Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normann-Brittaniku, fin-naħa t'isfel tal-Kanal Ingliż.

    Il-kosta kollha ta' l-Isle of Man

    3.   Iż-żoni fid-Danimarka approvati fir-rigward tal-B. Ostreae u M. Refringens

    Limfjorden minn Thyborøn fil-punent għal Hals fil-lvant.”


    Top