Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0697

    2005/697/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta' Settembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2000/745/KE li taċċetta impenji offruti f'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u anti-sussidju dwar importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate (PET) li joriġinaw, inter alia, fl-Indja.

    ĠU L 266, 11.10.2005, p. 62–63 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 121–122 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Imħassar b' 32014D0109

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/697/oj

    2.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    121


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta' Settembru 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2000/745/KE li taċċetta impenji offruti f'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u anti-sussidju dwar importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate (PET) li joriġinaw, inter alia, fl-Indja.

    (2005/697/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1)(ir-“Regolament AD bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2)(ir-“Regolament AS bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 15 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 2604/2000 (3), il-Kunsill impona dazji definittivi anti-dumping fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċertu polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina, inter alia, fl-Indja. Importazzjonijiet ta' PET esportat minn kumpaniji li minnhom ġie aċċettat impenn ġew eżentati minn dan id-dazju skont l-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Bir-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (4), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċertu polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġina, inter alia, fl-Indja. Importazzjonijiet ta' PET esportat minn kumpaniji li minnhom ġie aċċettat impenn ġew eżentati minn dan id-dazju skont l-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament.

    (3)

    Fid-29 ta' Novembru 2000, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2000/745/KE (5), hi u taċċetta impenji offruti b'konnessjoni maż-żewġ proċedimenti msemmija hawn fuq mill-esportaturi msemmija fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

    (4)

    Fit-12 ta' Jannar 2005, il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 33/2005 (6) ħabbret il-bidu ta' “reviżjoni fir-rigward ta' esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament AD bażiku.

    (5)

    Fl-istess waqt u għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni aċċellerata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 (7) skont l-Artikolu 20 tar-Regolament AS bażiku.

    (6)

    Is-sejbiet definittivi u l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1646/2005 (8) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2604/2000 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 (9) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/2000.

    B.   IMPENN

    (7)

    Wara l-iżvelar li permezz tiegħu South Asian Petrochem Ltd (“SAPL”) (“il-kumpanija”) ingħarrfet bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li jiġi impost id-dazju emendat definittiv ta' anti-dumping u d-dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet tagħha fil-Komunità, il-kumpanija offriet prezz b'impenn skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament AD bażiku u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament AS bażiku. F'dak l-impenn, il-produttur esportatur offra li jbigħ il-prodott ikkonċernat bil-livelli ta' prezz jew b'livelli ogħla biex b'hekk jiġu eliminati l-effetti ta' ħsara ta' dumping u sussidju.

    (8)

    Il-kumpanija se tipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b'tagħrif regolari u fid-dettall dwar l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità u dan ifisser li l-impenn jista' jiġi ssorveljat b'mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-bejgħ ta' din il-kumpanija hija tali li l-Kummissjoni tqis li r-riskju ta' evażjoni mill-impenn miftiehem huwa limitat.

    (9)

    Fid-dawl ta' dan, l-impenn offrut minn South Asian Petrochem Ltd (“SAPL”) huwa aċċettabbli.

    (10)

    Biex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja b'mod effettiv il-konformità tal-kumpanija mal-impenn meħud, meta t-talba għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont l-impenn tiġi ppreżentata lill-awtorità doganali rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju se tkun marbuta ma' preżentazzjoni ta' fattura li jkun fiha mill-inqas dawk il-punti ta' tagħrif elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) 2604/2000. Dan il-livell ta' tagħrif huwa wkoll meħtieġ biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jiżguraw b'biżżejjed ċertezza li l-kunsinna tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Fejn fattura bħal din ma tiġix ppreżentata, jew meta ma tkunx tikkorrispondi mal-prodott ippreżentat lid-dwana, se titħallas ir-rata xierqa ta' dazju anti-dumping u kumpensatorju.

    (11)

    F'każ li jkun hemm ksur jew irtirar mill-impenn, jew jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li l-impenn qiegħed jinkiser, jista' jiġi impost dazju provviżorju jew definittiv skont l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament AD bażiku u, fejn ikun applikabbli, skont l-Artikolu 13(9) u (10) tar-Regolament AS bażiku.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2000/745/KE hija b'dan emendata billi jiżdied dan li ġej:

    Pajjiż

    Produttur

    Kodiċi Addizzjonali Taric

    “L-Indja

    South Asian Petrochem Ltd (‘SAPL’)

    A 585 ”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 12 ta' Settembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Peter MANDELSON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

    (3)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 823/2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 7).

    (4)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 822/2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 3).

    (5)  ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni (KE) Nru 2002/232/KE (ĠU L 78, 21.3.2002, p. 12).

    (6)  ĠU L 8, 12.1.2005, p. 9.

    (7)  ĠU C 8, 12.1.2005, p. 2.

    (8)  Ara paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

    (9)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali


    Top