Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0631

2005/631/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Awwissu 2005 dwar rekwiżiti essenzjali kif imsemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/5/KE li jiżguraw l-aċċess lis-servizzi ta’ l-emerġenza għall-emittenti ta' sinjali ta' lokalizzazzjoni COSPAS-SARSAT (notifikata taħt dokument numru C(2005) 3059) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 225, 31.8.2005, p. 28–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 315–315 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/631/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

315


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Awwissu 2005

dwar rekwiżiti essenzjali kif imsemmija fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/5/KE li jiżguraw l-aċċess lis-servizzi ta’ l-emerġenza għall-emittenti ta' sinjali ta' lokalizzazzjoni COSPAS-SARSAT

(notifikata taħt dokument numru C(2005) 3059)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/631/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet u l-għarfien reċiproku tal-konformità tagħhom (1), u partikolarment l-Artikolu 3(3)(e) tagħha,

Billi:

(1)

L-emittenti ta’ emerġenza (EPIRBs), emittenti ta' sinjali għal-lokalizzazzjoni li joperaw fuq 406 MHz bis-sistema COSPAS-SARSAT, huma element tas-Sistema Globali għall-Emerġenza u s-Sikurezza Marittima (Global Maritime Distress and Safety System (GMDSS)).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE ta’ l-4 ta’ Settembru 2003 dwar rekwiżiti essenzjali marbuta mat-tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju fuq il-baħar li jkun maħsub biex jintuża minn bastimenti li mhumiex SOLAS u biex jieħu sehem fil-Sistema Globali għall-Emerġenza u s-Sigurtà Marittima (GMDSS) (2) il-manifatturi ta’ l-EPIRBs jeħtiġilhom jiżguraw illi t-tagħmir ikun iddiżinjat b’tali mod li jaħdem sew, jilħaq ir-rekwiżiti operattivi kollha tal-GMDSS f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jipprovdi komunikazzjoni ċara u u sikura.

(3)

Madankollu, l-emittenti ta' sinjali għal-lokalizzazzjoni maħsuba għall-użi oħra mhumiex koperti mid-Deċiżjoni 2004/71/KE. Minħabba li huwa mistenni li dawk it-tipi ta’ emittenti ta' sinjali għal-lokalizzazzjoni COSPAS-SARSAT jintużaw f’numri kbar biex jibagħtu sinjali ta’ emerġenza, jeħtieġ li jiġi pprovdut li, safejn huma koperti mid-Direttiva 1999/5/KE, għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod illi jaħdmu kif suppost skond ir-rekwiżiti operattivi aċċettati u jilħqu r-rekwiżiti kollha tas-sistema COSPAS-SARSAT.

(4)

(4) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni tal-Konformità tat-Telekommunikazzjoni u s-Sorveljanza tas-Suq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għal emittenti ta' sinjali għal-lokalizzazzjoni li huma maħsuba biex joperaw fuq 406 MHz bis-sistema COSPAS-SARSAT u li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Deċiżjoni 2004/71/KE.

Artikolu 2

Jeħtieġ li l-emittenti tas-sinjali għal-lokalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 ikunu ddisinjati b’tali mod li jiżguraw li jaħdmu sew skond ir-rekwiżiti operattivi aċċettati meta jkunu esposti għall-ambjent li fih jistgħu jintużaw. F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, jeħtiġilhom jipprovdu komunikazzjoni ċara u sikura bi grad għoli ta’ fedeltà billi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tas-sistema COSPAS-SARSAT.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar id-29 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54.


Top